{"id":100119,"date":"2021-04-08T14:12:23","date_gmt":"2021-04-08T12:12:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=100119"},"modified":"2021-04-08T15:09:31","modified_gmt":"2021-04-08T13:09:31","slug":"min-ikollu-l-hila-li-jigdeb-dwar-il-vaccin-ikollu-wkoll-il-hila-li-jigdeb-dwar-egrant","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/04\/min-ikollu-l-hila-li-jigdeb-dwar-il-vaccin-ikollu-wkoll-il-hila-li-jigdeb-dwar-egrant\/","title":{"rendered":"Min ikollu l-\u0127ila li jigdeb dwar il-va\u010b\u010bin, ikollu wkoll il-\u0127ila li jigdeb dwar Egrant"},"content":{"rendered":"<p>\u2018Tinsab iswed fuq l-abjad,\u2019 stqarr il-biera\u0127 Robert Abela. \u2018Iswed fuq l-abjad. Skont ir-ri\u017cultat tal-inkjesta, sid <em>Egrant Inc.<\/em> huwa Brian Tonna.\u2019<\/p>\n<p>L-inkjesta dwar <em>Egrant<\/em> tg\u0127odd mal-1,500 pa\u0121na u l-intervistatur ta&#8217; Robert Abela l-biera\u0127 ma kellux kopja f&#8217;idejh. I\u017cda Mark Laurence Zammit ftakar li r-rapport tal-inkjesta kellu jikkonkludi biss dwar jekk Joseph Muscat huwiex jew le s-sid ta&#8217; Egrant u mhux dwar min effettivament huwa s-sid.<\/p>\n<p>Robert Abela madankollu g\u0127a\u017cel li jibblaffja.<\/p>\n<div class=\"video-shortcode\"><iframe title=\"Robert Abela: Egrant ta&#039; Brian Tonna\" width=\"1100\" height=\"619\" src=\"https:\/\/www.youtube.com\/embed\/Vd92f8D5JwE?feature=oembed\" frameborder=\"0\" allow=\"accelerometer; autoplay; clipboard-write; encrypted-media; gyroscope; picture-in-picture\" allowfullscreen><\/iframe><\/div>\n<p>Nag\u0127milha \u010bara li r-rapport tal-inkjesta ma jikkonkludix li s-sidien tal-<em>Egrant<\/em> m&#8217;humiex Joseph u Michelle Muscat. Ir-rapport ikkonkluda li ma n\u0121abux provi biex setg\u0127et twassal g\u0127all-konklu\u017cjoni li l-koppja Muscat huma s-sidien. Di\u0121\u00e0 tkellmina \u0127afna dwar ir-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-ma\u0121istrat tal-inkjesta ma fittixx fejn kellu jfittex, i\u017cda dan m&#8217;huwiex is-su\u0121\u0121ett tal-kwistjoni li g\u0127andna quddiemna.<\/p>\n<p>Ir-rapport tal-inkjesta jg\u0127id &#8220;iswed fuq l-abjad&#8221; li sid l-<em>Egrant<\/em> huwa Brian Tonna? Sa \u010bertu punt, iva. I\u017cda dan jing\u0127ad (f&#8217;pa\u0121na 325) fl-istess kuntest tal-fatt li g\u0127al \u010bertu perijodu Brian Tonna kien re\u0121istrat b\u0127ala s-sid tal-<em>Egrant,<\/em> tal-<em>Hearnville<\/em> u tat-<em>Tillgate.<\/em><\/p>\n<p>\u201cIl-provi li n\u0121abru minn din l-inkjesta jikkonfermaw li t-tliet kumpanniji\u00a0 <em>Tillgate Inc, Hearnville Inc<\/em> u <em>Egrant Inc<\/em> kienu \u0121ew re\u0121istrati fil-Panama minn <em>Mossack Fonseca<\/em>. Mill-provi jirri\u017culta li t-tliet kumpanniji kienu identi\u010bi. U l-provi jikkonfermaw li t-tliet kumpanniji kienu nxtraw minn Brian Tonna li minn na\u0127a tieg\u0127u u\u017ca s-servizzi ta&#8217; Karl Cini u ta&#8217; <em>BTI Management Limited<\/em> fl-istess \u0127in. Il-provi jikkonfermaw ukoll li Brian Tonna kien talab is-servizzi ta&#8217; nominee g\u0127al azzjoni wa\u0127da ming\u0127and\u00a0 <em>Mossack Fonseca<\/em> u kellhom ukoll jipprovdu l-ismijiet tad-diretturi. Sa Lulju 2015, it-tliet kumpanniji kellhom storja identika.\u201d<\/p>\n<p>Ir-rapport tal-inkjesta mbag\u0127ad ikompli jg\u0127id li je\u017cistu provi li s-sidien ta&#8217; <em>Tillgate<\/em> u ta&#8217; <em>Hearnville<\/em> huma Keith Schembri u Konrad Mizzi rispettivament.<\/p>\n<p>Ir-rapport tal-inkjesta g\u0127aldaqstant ig\u0127id li, f&#8217;\u010bertu \u017cmien, is-sid ta&#8217; <em>Egrant<\/em> kien Brian Tonna i\u017cda dan ma jfissirx li din il-kumpannija kellha tibqa&#8217; fuq ismu.<\/p>\n<p>Fid-dinja tal-\u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in, tal-korruzzjoni u tat-&#8220;<em>tax structuring<\/em>&#8221; u tal-&#8220;<em>layering<\/em>&#8220;, issib li bosta affarjiet ikunu &#8220;iswed fuq l-abjad&#8221;. Is-sidien ta&#8217; <em>Egrant<\/em> &#8211; \u201ckumpannija iswed fl-abjad\u201d &#8211; kienu numru ta&#8217; avukati, skrivani u sefturi. Id-diretturi tag\u0127ha kienu wkoll diretturi f&#8217;mijiet tal-eluf ta&#8217; kumpanniji o\u0127rajn li bosta minnhom kienu j\u0127addmu l-\u0121id ta&#8217; barunijiet tad-droga, ta&#8217; prim ministri korrotti, ta&#8217; nies mag\u0127rufin fl-ispettaklu, sinjuruni kbar fil-qasam tan-negozju ta\u017c-\u017cejt, negozjanti tal-armi, e\u010b\u010betra.<\/p>\n<p>Kollox \u201ciswed fl-abjad&#8221; li ma jfisser xejn.<\/p>\n<p>U darba g\u0127al dejjem ejjew naqtg\u0127u d-diskors dwar dak li wie\u0127ed g\u0127andu &#8220;jemmen&#8221; jew li g\u0127andu ma &#8220;jemminx&#8221;. F&#8217;dan il-filmat, kemm Robert Abela kif ukoll Mark Laurence Zammit tkellmu \u0127afna dwar dak li &#8220;jemmnu&#8221;. Dan m&#8217;huwiex xi att ta&#8217; fidi. M&#8217;huwiex dwar l-an\u0121li, dwar il-\u0127ajja eterna jew xi indul\u0121enza wara li tkun lissint <em>pater-ave-gloria<\/em> quddiem xi statwa. Dak li tista&#8217; temmen jew li ma temminx m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn.<\/p>\n<p>Quddiemna g\u0127andna l-fatti. L-inkjesta ma rri\u017cultalhiex permezz ta&#8217; provi li seta&#8217; jwassal lill-ma\u0121istrat biex jikkonkludi li sid l-<em>Egrant<\/em> huwa Joseph Muscat. I\u017cda Robert Abela g\u0127andu kull interess li jg\u0127id li dak li stqarr Brian Tonna dwar x&#8217;kien g\u0127amel bl-<em>Egrant<\/em> huwa prova ta&#8217; dak li fil-fatt se\u0127\u0127.<\/p>\n<p>Hemm ukoll fatt ie\u0127or.<\/p>\n<p>Brian Tonna huwa bniedem korrott u giddieb.<\/p>\n<p>Min jasal biex \u201cjemmnu\u201d huwa korrott u giddieb daqsu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u2018Tinsab iswed fuq l-abjad,\u2019 stqarr il-biera\u0127 Robert Abela. \u2018Iswed fuq l-abjad. Skont ir-ri\u017cultat tal-inkjesta, sid Egrant Inc. huwa Brian Tonna.\u2019 L-inkjesta dwar Egrant tg\u0127odd mal-1,500 pa\u0121na u l-intervistatur ta&#8217; Robert Abela l-biera\u0127 ma kellux kopja f&#8217;idejh. I\u017cda Mark Laurence Zammit ftakar li r-rapport tal-inkjesta kellu jikkonkludi biss dwar jekk Joseph Muscat huwiex jew le s-sid [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":100114,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100119\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=100119"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100119\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":100123,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100119\/revisions\/100123\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/100114\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=100119"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=100119"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=100119"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}