{"id":100248,"date":"2021-04-14T20:34:51","date_gmt":"2021-04-14T18:34:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=100248"},"modified":"2021-04-15T09:45:24","modified_gmt":"2021-04-15T07:45:24","slug":"mhawn-hadd-fil-pajjiz-li-jinsab-konvint-li-ttiehdu-passi-kontra-kull-min-kien-imdahhal-fil-kaz","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/04\/mhawn-hadd-fil-pajjiz-li-jinsab-konvint-li-ttiehdu-passi-kontra-kull-min-kien-imdahhal-fil-kaz\/","title":{"rendered":"\u201cM&#8217;hawn \u0127add fil-pajji\u017c li jinsab konvint li ttie\u0127du passi kontra kull min kien imda\u0127\u0127al fil-ka\u017c\u201d."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-100232\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/04\/raymondfenech-1024x576-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p>Hekk stqarr darbtejn illum fil-qorti d-Deputat Avukat \u0120enerali fil-pro\u010bess kriminali kontra Yorgen Fenech.<\/p>\n<p>Diskors b\u0127al dan ta&#8217; min li wie\u0127ed jixtarru.<\/p>\n<p>Kif spjega llum l-Ispettur Keith Arnaud, ir-rimarka li kien g\u0127adda l-Kummissarju Angelo Gaf\u00e0 dakinhar li kienu \u0121ew arrestati l-a\u0127wa tal-Maksar u Jamie Vella, ma tistax \u0127lief tinftiehem li l-Pulizija g\u0127ad g\u0127andha g\u0127alxiex tibqa&#8217; tinvestiga biex tikxef kull min kien imda\u0127\u0127al fil-kon\u0121ura dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Dan huwa importanti. G\u0127aliex il-\u0121ustizzja li jist\u0127oqq li ssir ma&#8217; Daphne u mal-pajji\u017c, ma&#8217; tistax isse\u0127\u0127 qabel jin\u0121abar, ji\u0121i pro\u010bessat u jg\u0127addi \u0121uri kull min kien imda\u0127\u0127al fit-twettiq tad-delitt.<\/p>\n<p>Xandart din il-kwotazzjoni min\u0127abba l-kuntest tar-rimarki li g\u0127adda d-Deputat Avukat \u0120enerali. Dan kien qed jipprova jipperswadi lill-qorti li Yorgen Fenech m&#8217;g\u0127andux jing\u0127ata l-libert\u00e0 provvi\u017corja.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/melvin-theuma-cross-examined-in-case-against-yorgen-fenech.864573\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Philip Galea Farrugia llum wera&#8217; li ma kienx lest li jittollera l-\u0127merijiet. <\/a>Wera&#8217; li d-diskors li ng\u0127ad fis-sens li, f&#8217;Novembru 2019, mhux minnu li Yorgen Fenech ried li ja\u0127rab mill-pajji\u017c u li kellu biss bl-intenzjoni li jie\u0127u l-lan\u010ba tieg\u0127u g\u0127at-tiswija (minkejja li \u0127a mieg\u0127u ukoll balla ta&#8217; flus kontanti). m&#8217;huwa xejn \u0127lief diskors fierag\u0127.<\/p>\n<p>Il-prosekutur qara&#8217; numru ta&#8217; messa\u0121\u0121i li g\u0127addew bejn Yorgen Fenech, \u0127u\u0127, zijuh, il-kaptan tal-lan\u010ba u \u0127bieb li g\u0127andhom il-mezzi biex jo\u0127or\u0121uh mill-pajji\u017c u li ja\u0127rab mill-\u0121ustizzja. Dawn huma l-persuni li stennew li Yorgen Fenech &#8211; l-img\u0127allem &#8211; kien ser ji\u0121i arrestat fuq qtil u li kienu lesti li jg\u0127inuh ja\u0127rab.<\/p>\n<p>Ray Fenech kien \u0127e\u0121\u0121e\u0121 lil neputih biex ja\u0127rab mill-pajji\u017c b&#8217;kemm g\u0127andu sa\u0127\u0127a u sabiex jifta\u0127 g\u0127ajnejh bera\u0127 g\u0127all-fatt li, bis-sa\u0127\u0127a tal-i\u017cviluppi li kienu qed ise\u0127\u0127u, seta&#8217; jin\u0121abar mill-pulizija.<\/p>\n<p>Tg\u0127id Ray Fenech bil\u0121ri ser jo\u0127ro\u0121 xi stqarrija dwar kemm ta&#8217; Tumas huma dejjem b&#8217;seba&#8217; g\u0127ajnejn biex jikkonformaw strettament mal-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c? Li kieku kien ziju tal-affari tieg\u0127u, lil neputih kien jag\u0127tih parir biex jikkopera mal-pulizija u jg\u0127inhom fl-investigazzjoni tag\u0127hom biex jin\u0121abru l-kompli\u010bi kollha. U, jekk dak li qed jistqarr Yorgen Fenech dwar id-delitt huwa minnu, sabiex jg\u0127in fil-kxif ta&#8217; kull min kien imda\u0127\u0127al.<\/p>\n<p>Dan ma kienx il-parir li Ray Fenech ta lil neputih. Lil neputih qallu biex ja\u0127rab mill-\u0121ustizzja u tarraflu nformazzjoni dwar il-mod kif seta&#8217; jg\u0127addiha lixxa.<\/p>\n<p>Zijuh ma \u0121abx ru\u0127u ta&#8217; qarib u ta&#8217; missier. \u0120ab ru\u0127u ta&#8217; kompli\u010bi f&#8217;delitt u ta sehmu biex ixekkel il-kors tal-\u0121ustizzja. Tg\u0127id Ray Fenech \u0121ab ru\u0127u b&#8217;dan il-mod g\u0127aliex kellu xi motivazzjonijiet altruwisti\u010bi fil-konfront ta&#8217; neputih? Jew inkella ried i\u0127arrab lil neputih biex ikun jista&#8217; j\u0127ares l-interessi tieg\u0127u u tal-familja tieg\u0127u? Hemm xi proxxmu li qed jistaqsih dawn il-mistoqsijiet?<\/p>\n<p>Sal-lum Ray Fenech g\u0127adu jgawdi minn negozji tal-<em>casin\u00f2<\/em> ta&#8217; Yorgen Fenech. U g\u0127adu jgawdi mill-pro\u0121ett tal-<em>Electrogas<\/em> ta&#8217; Yorgen Fenech.<\/p>\n<p>Tabil\u0127aqq li ftit huma dawk li jemmnu li n\u0121abar kull min kien imda\u0127\u0127al fit-twettiq tad-delitt. B&#8217;mod partikolari a\u0127na u nisimg\u0127u, \u0121img\u0127a wara \u0121img\u0127a, dwar in-numru ta&#8217; persuni li \u0127admu biex isa\u0127\u0127u l-isforzi ta&#8217;\u00a0 Joseph Muscat biex ixekkel u jidfen l-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-qtil ta&#8217; Daphne.<\/p>\n<p>Madankollu, b&#8217;xorti tajba, jidher li f&#8217;din il-taqtieg\u0127a hemm ukoll min g\u0127andu subg\u0127ajh dritt.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Hekk stqarr darbtejn illum fil-qorti d-Deputat Avukat \u0120enerali fil-pro\u010bess kriminali kontra Yorgen Fenech. Diskors b\u0127al dan ta&#8217; min li wie\u0127ed jixtarru. Kif spjega llum l-Ispettur Keith Arnaud, ir-rimarka li kien g\u0127adda l-Kummissarju Angelo Gaf\u00e0 dakinhar li kienu \u0121ew arrestati l-a\u0127wa tal-Maksar u Jamie Vella, ma tistax \u0127lief tinftiehem li l-Pulizija g\u0127ad g\u0127andha g\u0127alxiex tibqa&#8217; tinvestiga [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":100233,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100248\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=100248"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100248\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":100252,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100248\/revisions\/100252\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/100233\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=100248"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=100248"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=100248"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}