{"id":10044,"date":"2018-08-23T10:15:14","date_gmt":"2018-08-23T08:15:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10044"},"modified":"2018-08-24T14:05:08","modified_gmt":"2018-08-24T12:05:08","slug":"l-isqof-ta-ghawdex-ihedded-blogger-fir-renju-unit-bi-proceduri-legali","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/l-isqof-ta-ghawdex-ihedded-blogger-fir-renju-unit-bi-proceduri-legali\/","title":{"rendered":"L-Isqof ta&#8217; G\u0127awdex ihedded blogger fir-Renju Unit bi pro\u010beduri legali"},"content":{"rendered":"<p>L-Isqof ta&#8217; G\u0127awdex Mario Grech qabbad avukati biex ihedded blogger Kattoliku fir-Renju Unit bi pro\u010beduri \u010bivili u kriminali fuq kummenti li dan g\u0127adda dwar allegazzjonijiet li kienu xxandru fl-2015 f&#8217;rapport fil-<em>Malta Today.\u00a0<\/em><\/p>\n<p>Ir-rapport kien ittratta l-ka\u017c ta&#8217; qassis G\u0127awdxi Joseph Bezzina u l-allegazzjoni li l-Isqof Mario Grech g\u0127attielu fuq allegazzjonijiet li se\u0127\u0127ew xi abbu\u017ci fuq subien. <a href=\"http:\/\/marklambert.blogspot.com\/2018\/08\/worrying-abuse-allegations-in-sciclunas.html\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-blog tal-kittieb Kattoliku Mark Lambert<\/a>, ig\u0127id li <em>dossier<\/em> dwar il-ka\u017c ta&#8217; Joseph Bezzina \u201cg\u0127eb\u201d.<\/p>\n<div id=\"attachment_10056\" style=\"width: 630px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-10056\" class=\"size-full wp-image-10056\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/Unknown-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"620\" height=\"348\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/Unknown-1-300x168.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/Unknown-1-481x270.jpeg 481w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/Unknown-1.jpeg 620w\" sizes=\"(max-width: 620px) 100vw, 620px\" \/><p id=\"caption-attachment-10056\" class=\"wp-caption-text\">Joseph Bezzina u Mario Grech<\/p><\/div>\n<p>Ir-rapport ta&#8217; Mark Lambert isemmi wkoll il-ka\u017c ta&#8217; Dominic Camilleri li fl-2003 kien \u0121ie kundannat minn tribunal tal-Knisja f&#8217;Malta i\u017cda li, sal-2105, dan kien g\u0127adu jilbes is-suttana. Din l-istorja kienet ixxandret <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/56861\/cardinal_told_of_bishops_bullying_nature#.W35mPy2B1Bx\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">dak i\u017c-\u017cmien minn Jurgen Balzan fil-<em>Malta Today<\/em>.<\/a><\/p>\n<p>Skond il-blogger, dawn il-ka\u017cijiet kif ukoll l-akku\u017ci minn na\u0127a ta&#8217; membri tal-kleru f&#8217;G\u0127awdex kontra l-Isqof Mario Grech ta&#8217; \u201cim\u0121ieba mhux professjonali\u201d, qed iqajmu mistoqsijiet dwar l-impenn tal-Kurja G\u0127awdxija li tie\u0127u azzjoni kontra l-abbu\u017ci fuq it-tfal.<\/p>\n<p>F&#8217;<a href=\"http:\/\/marklambert.blogspot.com\/2018\/08\/bishop-grech-strongly-denies.html\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">ittra lil Mark Lambert<\/a>, l-avukat ta&#8217; Mario Grech ji\u010b\u0127ad l-allegazzjonijiet u jhedded li jag\u0127ti bidu g\u0127al \u201cpro\u010beduri \u010bivili u kriminali\u201d kontra l-awtur.<\/p>\n<p>Mark Lambert jipparaguna l-Kurja ta&#8217; G\u0127awdex ma&#8217; dik ta&#8217; Malta immexxija mill-Ar\u010bisqof Charles Scicluna li, skond kif qed jing\u0127ad, se jintbag\u0127at Philadelphia biex jinvestiga s-sitwazzjoni ta&#8217; hemmhekk wara li xxandar rapport mill-awtoritajiet li kixef stejjer ta&#8217; abbu\u017ci fuq mill-inqas 1000 vittma minn aktar minn 300 qassis fuq medda ta&#8217; 70 sena.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Skond il-<em>grand jury<\/em> ta&#8217; Philadelphia \u201cqassisin kienu jistupraw tfal \u017cg\u0127ar u l-qaddejja ta&#8217; Alla li kienu responsabbli mhux talli m&#8217;g\u0127amlu xejn: kienu jg\u0127attulhom ukoll\u201d.<\/p>\n<p>L-iskandlu li nkixef fuq l-abbu\u017ci li se\u0127\u0127ew fil-Philadelphia, li segwa l-istejjer li nkixfu ta&#8217; abbu\u017c mit-tfal fl-Irlanda, qieg\u0127ed iqajjem dibattitu dwar te\u017cistix il-\u0127tie\u0121a li ssir investigazzjoni simili f&#8217;Malta wkoll.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>U, fi\u010b-\u010birkostanzi, forsi jkun opportun jekk investigazzjoni tinbeda&#8217; f&#8217;G\u0127awdex.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-Isqof ta&#8217; G\u0127awdex Mario Grech qabbad avukati biex ihedded blogger Kattoliku fir-Renju Unit bi pro\u010beduri \u010bivili u kriminali fuq kummenti li dan g\u0127adda dwar allegazzjonijiet li kienu xxandru fl-2015 f&#8217;rapport fil-Malta Today.\u00a0 Ir-rapport kien ittratta l-ka\u017c ta&#8217; qassis G\u0127awdxi Joseph Bezzina u l-allegazzjoni li l-Isqof Mario Grech g\u0127attielu fuq allegazzjonijiet li se\u0127\u0127ew xi abbu\u017ci fuq [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10056,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10044\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10044"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10044\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10067,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10044\/revisions\/10067\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10056\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10044"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10044"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10044"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}