{"id":100452,"date":"2021-04-26T08:39:00","date_gmt":"2021-04-26T06:39:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=100452"},"modified":"2021-04-26T11:45:23","modified_gmt":"2021-04-26T09:45:23","slug":"dawk-li-qed-itellqu-kontrina-qed-jiddiehku-bina","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/04\/dawk-li-qed-itellqu-kontrina-qed-jiddiehku-bina\/","title":{"rendered":"Dawk li qed itellqu kontrina qed jiddie\u0127ku bina"},"content":{"rendered":"<p>G\u0127alkemm je\u017cistu \u010berti dubji dwar attivitajiet ekonomi\u010bi li jkunu msejsin fuq il-vizzji, wie\u0127ed ma jistax ma jammettix li llum l-industrija tal-<em>gaming<\/em> hi industrija li t\u0127addem l-eluf u wa\u0127da li ma ntlaqtitx \u0127a\u017cin mill-effetti tal-imxijja.<\/p>\n<p>Lil din l-industrija l-gvern qed jag\u0127tiha bis-sieq. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2021-04-25\/local-news\/Passport-Papers-investigation-is-an-attack-on-Malta-junior-minister-says-6736232914\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Hekk kif is-segretarju parlamentari Alex Muscat sejja\u0127 b\u0127ala &#8220;attakk fuq Malta&#8221; r-rapporti li qed jixxandru dwar l-iskema tal-bejg\u0127 tal-passaporti,<\/a> il-verit\u00e0 hi li l-akbar attakk fuq il-pajji\u017c qed isir mill-gvern innifsu.<\/p>\n<p>G\u0127ejjun qrib din l-industrija qaluli li tg\u0127idx kemm kien hemm da\u0127k u tka\u017car fost uffi\u010bjali regolatorji anzjani ta&#8217; pajji\u017ci o\u0127rajn meta dawn semg\u0127u li Malta kienet \u0127atret lil Ryan Pace, <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2021\/04\/21\/abela-advocates-lawyer-becomes-gaming-authority-chairman\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">persuna b&#8217;esperjenza ta&#8217; xejn fl-industrija tal-<em>gaming,<\/em> b\u0127ala <em>chairman<\/em> tal-<em>Malta Gaming Authority.<\/em><\/a><\/p>\n<p>L-istampa wkoll xejn ma mpressjonat ru\u0127\u0127a b&#8217;din il-\u0127atra. <a href=\"https:\/\/egr.global\/intel\/news\/mga-facing-backlash-over-latest-chairman-appointment\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Rapport miktub minn Robert Simmons fil-\u0121urnal EGR ig\u0127id li Pace \u201cli g\u0127andu ta\u0127t it-30 sena&#8230;&#8230;&#8230; huwa mifhum li m&#8217;g\u0127andux esperjenza fir-regolamentazzjoni tal-im\u0127atri\u201d.<\/a><\/p>\n<p>L-uni\u010bi &#8220;kwalifiki&#8221; ta&#8217; Ryan Pace huma li hu attivist fil-Partit Laburista u li \u0127adem b\u0127ala avukat prin\u010bipjant fl-uffi\u010b\u010bju legali \u017cg\u0127ir ta&#8217; Robert Abela, <em>Abela Advocates.<\/em><\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fphoto%2F%3Ffbid%3D10204974028148721%26set%3Da.1259164497524&amp;width=500&amp;show_text=true&amp;height=633&amp;appId\" width=\"500\" height=\"633\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>B\u0127alissa l-<em>Malta Gaming Authority<\/em> qed tipprova ter\u0121a&#8217; tirba\u0127 ir-rispett tal-industrija tal-<em>gaming<\/em> wara li dawk li kienu jmexxuha nkixfu li kienu mda\u0127\u0127lin fl-iskandli. Wara li nkixef li kien konsulent dwar kuntratti tal-<em>gaming<\/em> ma&#8217; Yorgen Fenech, Joseph Cuschieri kellu jdabbar rasu mill-<em>Malta Financial Services Authority <\/em>ftit jiem biss wara li kellu j\u0127alli l-<em>Malta Gaming Authority.<\/em><\/p>\n<p>U mbag\u0127ad, dak li da\u0127al floku &#8211; Heathcliff Farrugia &#8211; ddabbritlu rasu mill-MGA wara li l-pulizija kixfet li kellu rabtiet korrotti ma&#8217; Yorgen Fenech. Permezz ta&#8217; messa\u0121\u0121i li ntbag\u0127tu bejnu u bejn Yorgen Fenech, li jinsab mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, Heathcliff Farrugia kkonkoffa ma&#8217; Yorgen Fenech sabiex jitg\u0127attew twe\u0121ibiet g\u0127al mistoqsijiet dwar im\u0127atri llegali f&#8217;wie\u0127ed mi\u010b-\u010bentri tieg\u0127u tal-im\u0127atri minn wie\u0127ed minn dawk li qed ji\u0121u mixlija bl-istess qtil. Lil Fenech, Farrugia kien qallu li, b\u0127ala regolatur, ma kienx bi \u0127siebu jie\u0127u passi biex b&#8217;hekk l-a\u0127bar ma tasalx f&#8217;widnejn \u201cil-klikka ta&#8217; Daphne\u201d.<\/p>\n<p>L-g\u0127aqda dwar l-industrija tal-<em>gaming<\/em> ilmentat dwar &#8220;it-telf ta&#8217; negozju u d-daqqa ta&#8217; \u0127arta lir-reputazzjoni&#8221; min\u0127abba l-korruzzjoni u t-ta\u0127wid fl-MGA li kixfet l-istampa.<\/p>\n<p>U minflok \u0127atar li xi \u0127add li seta&#8217; jer\u0121a&#8217; jkabbar il-fidu\u010bja tal-industrija fl-MGA, Robert Abela \u0127atar prin\u010bipjant ming\u0127ajr kwalifiki u ming\u0127ajr esperjenza.<\/p>\n<p>Skont Julian Buhagiar tal-<em>RB Capital,<\/em> il-\u0127atra ta&#8217; Ryan Pace kienet &#8220;wa\u0127da li turi faqar ta&#8217; ideat. Awtorit\u00e0 li tkun trid t\u0127ares ir-reputazzjoni kien messha \u0127atret lil xi \u0127add li g\u0127andu \u010berta kredibilit\u00e0.\u201d<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127alkemm je\u017cistu \u010berti dubji dwar attivitajiet ekonomi\u010bi li jkunu msejsin fuq il-vizzji, wie\u0127ed ma jistax ma jammettix li llum l-industrija tal-gaming hi industrija li t\u0127addem l-eluf u wa\u0127da li ma ntlaqtitx \u0127a\u017cin mill-effetti tal-imxijja. Lil din l-industrija l-gvern qed jag\u0127tiha bis-sieq. Hekk kif is-segretarju parlamentari Alex Muscat sejja\u0127 b\u0127ala &#8220;attakk fuq Malta&#8221; r-rapporti li qed [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":100445,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100452\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=100452"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100452\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":100456,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100452\/revisions\/100456\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/100445\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=100452"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=100452"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=100452"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}