{"id":10058,"date":"2018-08-24T08:55:29","date_gmt":"2018-08-24T06:55:29","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10058"},"modified":"2018-08-24T14:06:06","modified_gmt":"2018-08-24T12:06:06","slug":"karl-cini-interrogat-mill-pulizija-sentejn-tard","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/karl-cini-interrogat-mill-pulizija-sentejn-tard\/","title":{"rendered":"Karl Cini interrogat mill-Pulizija. Sentejn tard."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10051\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/file-2.aspx_-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"709\" height=\"781\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/file-2.aspx_-1-245x270.jpeg 245w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/file-2.aspx_-1-272x300.jpeg 272w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/file-2.aspx_-1.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 709px) 100vw, 709px\" \/><\/p>\n<p>Il-ftira kies\u0127a tajba.<\/p>\n<p>F&#8217;dak il-lejl meta Ali Sadr inkiss inkiss \u0127are\u0121 mill-bieb ta&#8217; wara tal-Bank tieg\u0127u mg\u0127obbi b&#8217;bagalji li possibilment seta&#8217; kien fihom il-provi ta&#8217; reat kriminali, il-kummissarju tal-pulizija kien g\u0127adu kemm mela \u017caqqu b&#8217;ikla fenek f&#8217;ristorant, hemmhekk stess segwa lill-iskwadra favorita tieg\u0127u tal-<em>football<\/em> fuq it-television u mar jorqod biex imbag\u0127ad l-g\u0127ada filg\u0127odu r\u010bieva ordni biex jag\u0127mel tfittxija fil-Bank.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a saret tfittxija fl-uffi\u010b\u010bji ta&#8217; <em>Portmann Capital<\/em> u dan jumejn wara li l-gvern baxx baxx g\u0127adda informazzjoni lill-\u0121urnali li din il-kumpannija kienet suspettata li \u0127aslet ammonti kbar ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in. Mill-perspettiva tas-suspettat, il-politika li permezz tag\u0127ha dawk suspettati qed jing\u0127ataw \u017cmien bi\u017c\u017cejjed biex ig\u0127attu xturhom u j\u0127assru kull \u0127jiel ta&#8217; reat kriminali issa jidher li tjiebet.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 Karl Cini \u0121ie interrogat fil-kwartier \u0121enerali tal-pulizija. U \u0121ie nterrogat sentejn wara li xxandru l-<em>Panama Papers<\/em> li kienu kkonfermaw l-istejjer li kitbet Daphne Caruana Galizia fis-sens li kemm Cini kif ukoll il-kumpannija li ja\u0127dem mag\u0127ha ma jiswewx tebaq fwiedhom. Damu sentejn s\u0127a\u0127 ja\u0127sbuha.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a ktibt dwar it-tfittxija li saret fl-uffi\u010b\u010bji ta&#8217; <em>Portmann Capital<\/em> u dwar dawk li ja\u017c\u017cardaw itarrfu xi kelma lil min ikun suspettat b&#8217;\u0127asil ta&#8217; flus li, skond il-li\u0121ijiet tag\u0127na, jkunu qed jikkommettu reat kriminali. Per e\u017cempju, int ta\u0127dem b\u0127ala <em>accountant<\/em> u tinteba\u0127 li l-klijent tieg\u0127ek x&#8217;aktarx qieg\u0127ed ja\u0127sel il-flus ma\u0127mu\u0121in. Jekk int sa\u0127ansitra ti\u0121bed l-attenzjoni tal-klijent dwar dan, tkun qed tikser il-li\u0121i u tista&#8217; tipi\u010b\u010ba l-\u0127abs.<\/p>\n<p>Dan, i\u017cda, ma japplikax g\u0127al reati kriminali serji o\u0127ra. Jekk xi \u0127add joqtol lil \u0127addie\u0127or fil-pre\u017cenza tieg\u0127ek, mhux mistenni minnek li tag\u0127mel tabirru\u0127ek li ma rajt xejn. U ma tintbag\u0127tx il-\u0127abs g\u0127ax lill-qattiel tg\u0127idlu li bi \u0127siebek tmur tirrappurtah l-g\u0127assa tal-pulizija.<\/p>\n<p>Kull kriminal jag\u0127mel l-almu tieg\u0127u biex jg\u0127atti xturu. U fil-ka\u017c tal-\u0127asil tal-flus ma\u0127mu\u0121in, ix-xtur jistg\u0127u jitg\u0127attew b&#8217;aktar \u0127effa.<\/p>\n<p>Kultant jitfa\u010b\u010ba xi \u0127elu li fil-<em>Facebook<\/em> u jg\u0127idilna dak li hu ovvju: ji\u0121ifieri li jien m&#8217;jinix espert kwalifikat dwar il-\u0127asil tal-flus u li m&#8217;g\u0127andi xejn x&#8217;ng\u0127allem dwar dan is-su\u0121\u0121ett lill-Pulizija.<\/p>\n<p>La jien espert u lanqas nippretendi li g\u0127andi l-\u0127ila li ng\u0127allem lill-Pulizija.<\/p>\n<p>G\u0127andi nifhem li l-investigaturi kien jafu x&#8217;qed jag\u0127mlu meta li dde\u010bidew li jibg\u0127atu g\u0127al Karl Cini proprju issa, hekk kif irritorna mill-vaganzi ta&#8217; Awwissu, biex jistaqsuh dwar \u0121rajjiet li lkoll nafu li \u0121raw sentejn ilu. I\u017cda \u0127add ma jlumni jekk ng\u0127id li din id-de\u010bi\u017cjoni ttie\u0127det mhux ne\u010bessarjament biex lil Karl Cini jaraw f&#8217;hiex jistg\u0127u jaqbduh.<\/p>\n<p>Ibqg\u0127u \u010berti li se jg\u0127idulna li lil Cini interrogawh proprju issa b&#8217;ri\u0127et il-konklu\u017cjoni ri\u010benti tal-inkjesta <em>Egrant<\/em>. Sku\u017ca mill-aktar fjakka. Jekk il-kwistjoni li dwarha Cini \u0121ie nterrogat il-biera\u0127 saru jafu biha matul l-inkjesta, il-Pulizija kienu jafu biha ferm qabel il-pubblikazzjoni tar-rapport u dan g\u0127aliex rappre\u017centant tag\u0127hom kien dejjem pre\u017centi fil-kamra. U meta l-Pulizija ssir taf b&#8217;reat kriminali, jkun mistenni minnhom li jie\u0127du azzjoni, sakemm ikun ma jkunx jaqbel li jistennew ftit biex ji\u017cdiedu \u010b-\u010bansijiet tal-\u0127olqien ta&#8217; aktar provi. G\u0127ar-ra\u0121unijiet li di\u0121\u00e0 \u0121ew spjegati aktar &#8216;il fuq, hawn dan ma kienx il-ka\u017c.<\/p>\n<p>Barra minn hekk, je\u0127tie\u0121 niftakru li l-inkjesta <em>Egrant<\/em> inbdiet aktar minn sena wera li xxandru l-istejjer dwar il-\u0127idma ta&#8217; <em>Nexia BT<\/em> u l-Pulizija \u010bertament m&#8217;g\u0127andhiex g\u0127alfejn toqg\u0127od tistenna li jsiru l-inkjesti biex tag\u0127mel l-investigazzjonijiet li jkunu me\u0127tie\u0121a.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed ma jistax ma jissuspettax li l-interrogazzjoni ta&#8217; Karl Cini (naqta&#8217; rasi li lil Brian Tonna se jibg\u0127atu g\u0127alih ukoll) saret biss g\u0127al g\u0127ajn in-nies u biex tipprova ttaffi r-rabja \u0121enerali li hawn min\u0127abba l-impunit\u00e0 s\u0127i\u0127a li gawdew g\u0127al sentejn s\u0127a\u0127 dawn it-tnejn u l-bqija tal-klikka tal-Panama.<\/p>\n<p>U m&#8217;hemmx dubju li se jg\u0127idulna li ma sabu xejn \u0127a\u017cin \u2014 tg\u0127iduli xejn! \u2014 u li a\u0127na &#8220;ivvintajna gidba&#8221;.<\/p>\n<p>Dawn kemm ja\u0127sbuna bolo\u0127?<\/p>\n<p><em>Ir-ritratt huwa me\u0127ud minn The Malta Independent.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-ftira kies\u0127a tajba. F&#8217;dak il-lejl meta Ali Sadr inkiss inkiss \u0127are\u0121 mill-bieb ta&#8217; wara tal-Bank tieg\u0127u mg\u0127obbi b&#8217;bagalji li possibilment seta&#8217; kien fihom il-provi ta&#8217; reat kriminali, il-kummissarju tal-pulizija kien g\u0127adu kemm mela \u017caqqu b&#8217;ikla fenek f&#8217;ristorant, hemmhekk stess segwa lill-iskwadra favorita tieg\u0127u tal-football fuq it-television u mar jorqod biex imbag\u0127ad l-g\u0127ada filg\u0127odu r\u010bieva ordni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10051,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10058\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10058"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10058\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10068,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10058\/revisions\/10068\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10051\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10058"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10058"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10058"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}