{"id":100691,"date":"2021-05-10T11:17:08","date_gmt":"2021-05-10T09:17:08","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=100691"},"modified":"2021-05-10T12:37:37","modified_gmt":"2021-05-10T10:37:37","slug":"jekk-tassew-carmelo-abela-jridna-nemmnuh-ma-kellu-xejn-xjaqsam-ma-attentat-ta-serqa-minn-bank-kien-messu-hareg-bi-skuza-kredibbli","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/05\/jekk-tassew-carmelo-abela-jridna-nemmnuh-ma-kellu-xejn-xjaqsam-ma-attentat-ta-serqa-minn-bank-kien-messu-hareg-bi-skuza-kredibbli\/","title":{"rendered":"Jekk Carmelo Abela jridna nemmnuh li ma&#8217; kellu xejn x&#8217;jaqsam ma&#8217; attentat ta&#8217; serqa minn bank, kien messu \u0127are\u0121 bi sku\u017ca kredibbli."},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-minister-had-access-to-hsbc-heist-security-equipment.870739\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-\u0121urnalisti tat-<em>Times of Malta<\/em> Ivan Martin u Jacob Borg, lil Carmelo Abela staqsewh dwar x&#8217;kien stqarr lill-Pulizija meta dawn kienu bg\u0127atu g\u0127alih u nterrogawh wara li fl-2010 kien se\u0127\u0127 l-attentat ta&#8217; serqa mill-bank tal-HSBC Bank<\/a>. Dak i\u017c-\u017cmien huwa kien ja\u0127dem hemm u, g\u0127alkemm dan huwa ma kkonferma\u0127x, il-\u0121urnalisti ssu\u0121\u0121erewlu li huwa kellu a\u010b\u010bess g\u0127all-makna li tipprodu\u010bi l-<em>passes<\/em> li kienu ntu\u017caw mill-kriminali mda\u0127\u0127lin fir-reat.<\/p>\n<p>Hemm bosta affarijiet li Carmelo Abela seta&#8217; qal lill-Pulizija. Seta&#8217; qalilhom li kien tabil\u0127aqq ta l-g\u0127ajnuna tieg\u0127u lill-Pulizija u li kien g\u0127addielhom l-informazzjoni li kienu je\u0127tie\u0121u dwar operazzjonijiet\u00a0 bankarji i\u017cda li &#8211; sa fejn kien jaf hu &#8211; qatt ma kien wie\u0127ed mis-suspettati b&#8217;rabta mar-reat.<\/p>\n<p>Minflok g\u0127amel dan, lill-\u0121urnalisti qalilhom &#8211; g\u0127al darba darbtejn &#8211; li ma jiftakarx li l-Pulizija kienu nterrogawh.<\/p>\n<p>Issa huwa minnu li, wara medda ta&#8217; g\u0127axar snin, ikun hemm bosta \u0127wejje\u0121 li wie\u0127ed ma jibqax jiftakarhom. I\u017cda lil Carmelo Abela, l-\u0121urnalisti ma talbu\u0127x ig\u0127idilhom x&#8217;kien kiel f&#8217;nofsinhar f&#8217;jum minnhom fi Frar tal-2011. Carmelo Abela stqarr li ma setax jiftakar li l-Pulizja kienet bg\u0127atat g\u0127alih u nterrogatu \u017cmien wara li kien se\u0127\u0127 l-attentat ta&#8217; serqa armata minn bank minn grupp ta&#8217; kriminali li f&#8217;idejh kellu tag\u0127rif dwar is-sistema li hu u numru \u017cg\u0127ir ta&#8217; impjegati o\u0127rajn setg\u0127u g\u0127addewlhom.<\/p>\n<p>\u0120aladarba lil Carmelo Abela qabditu amnesija, ma jkunx a\u0127jar jistaqsi lilu nnifsu jekk g\u0127adux ig\u0127odd g\u0127ax-xog\u0127ol fil-politika?<\/p>\n<p>Lil dawk li jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 g\u0127ami tag\u0127hom lil Carmelo Abela ser jirnexxielu jikkonvin\u010bihom li hu ma kienx \u0121ie interrogat meta huwa baqa&#8217; jistqarr li ma jiftakarx?<\/p>\n<p>Jew inkella ser ikun bi\u017c\u017cejjed g\u0127alihom li Carmelo Abela jistqarr li l-istorja dwar ir-rabta tieg\u0127u mas-serqa hi biss &#8220;gidba&#8221; ta&#8217; Jason Azzopardi? Wara kollox, issa donnu li da\u0127let il-moda li wie\u0127ed ig\u0127id li kulma jistqarr Jason Azzopardi m&#8217;huwiex minnu.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Jason Azzopardi m&#8217;g\u0127andu xejn x&#8217;jaqsam ma&#8217; dan kollu. L-ewwel darba li ssemma&#8217; Carmelo Abela kien minn wie\u0127ed minn dawk li kienu \u0127adu sehem fl-attentat ta&#8217; serq minn bank \u2013 \u010aensu Muscat il-Ko\u0127\u0127u \u2013 u l-a\u0127wa Degiorgio taw x&#8217;jifhmu li kien imda\u0127\u0127al hekk kif dawn ippruvaw bla ma rnexxielhom li jakkwistaw proklama.<\/p>\n<p>Lil martu, tg\u0127id Carmelo Abela issa jmissu jg\u0127idilha li ma jiftakarx li kien i\u017c\u017cewwi\u0121ha?<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-100683\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"454\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png-200x133.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png-300x199.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png-400x265.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png-600x398.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/5175_carmelo_abela.png.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0121urnalisti tat-Times of Malta Ivan Martin u Jacob Borg, lil Carmelo Abela staqsewh dwar x&#8217;kien stqarr lill-Pulizija meta dawn kienu bg\u0127atu g\u0127alih u nterrogawh wara li fl-2010 kien se\u0127\u0127 l-attentat ta&#8217; serqa mill-bank tal-HSBC Bank. Dak i\u017c-\u017cmien huwa kien ja\u0127dem hemm u, g\u0127alkemm dan huwa ma kkonferma\u0127x, il-\u0121urnalisti ssu\u0121\u0121erewlu li huwa kellu a\u010b\u010bess g\u0127all-makna li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":100684,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100691\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=100691"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100691\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":100696,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100691\/revisions\/100696\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/100684\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=100691"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=100691"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=100691"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}