{"id":100976,"date":"2021-05-28T10:49:20","date_gmt":"2021-05-28T08:49:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=100976"},"modified":"2021-05-29T09:58:22","modified_gmt":"2021-05-29T07:58:22","slug":"ma-tridx-wisq-gherf-biex-tintebah-minn-qed-igawdi-mid-dewmien-fkawzi-li-ghandhom-bixra-politika","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/05\/ma-tridx-wisq-gherf-biex-tintebah-minn-qed-igawdi-mid-dewmien-fkawzi-li-ghandhom-bixra-politika\/","title":{"rendered":"Ma tridx wisq g\u0127erf biex tinteba\u0127 min qed igawdi mid-dewmien f&#8217;kaw\u017ci li g\u0127andhom bixra politika"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-100971\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1920\" height=\"1280\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/f43ca8fe68fb63a8accddb9fa640663e1a52b2a8-1598267556-5f43a0a4-1920x1280-1-1536x1024.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1920px) 100vw, 1920px\" \/><\/p>\n<p>Bosta huma dawk li jiftakru li fl-2010, ji\u0121ifieri 11 il-sena ilu, \u0121gajta ta&#8217; \u0127allelin kienet g\u0127amlet attentat biex tisraq mill-kwartier tal-HSBC f&#8217;\u0126al Qormi. Dakinhar kienu \u0121ew sparati 60 tir. Ma kienitx \u0121rajja li wie\u0127ed jinsieha kif \u0121ieb u le\u0127aq.<\/p>\n<p>Matul dik is-sena stess, \u010aensu Muscat il-Ko\u0127\u0127u u Darren Debono it-T\u00f4po (mhux Darren Debono l-<em>coach<\/em> tal-futbol, sid ta&#8217; ristoranti, kuntrabandist u \u0127assiel tal-flus &#8211; galantom ie\u0127or li g\u0127andu l-istess isem) kienu \u0121ew arrestati, kienu \u0121ew im\u0127arrka u mbag\u0127ad kienu ng\u0127ataw il-libert\u00e0 provi\u017corja sakemm ig\u0127addu \u0121uri mixlijin bis-sehem tag\u0127hom fl-attentat. Ftit huma dawk li huma tal-fehma li dawn a\u0121ixxew wa\u0127idhom.<\/p>\n<p>Sentejn wara, fl-2013, l-Avukat \u0120enerali ppre\u017centa att ta&#8217; akku\u017ca kontra dawn it-tnejn. U wara li g\u0127addew 9 snin, il-\u0121uri kien g\u0127adu ma bediex. Kienu disa&#8217; snin li matulhom tressqu bi\u017cibilju ta&#8217; argumenti legali, saru patafjuni ta&#8217; appelli u l-biera\u0127 kien mistenni li ting\u0127ata de\u010bi\u017cjoni a\u0127\u0127arija.<\/p>\n<p>Xi \u0121img\u0127at ilu, l-Im\u0127allef Giovanni Grixti kien appunta s-smieg\u0127 ta&#8217; qabel il-\u0121uri g\u0127all-biera\u0127 u kien mistenni li tintg\u0127a\u017cel data biex jing\u0127ata bidu g\u0127all-\u0121uri. Is-seduta saret il-biera\u0127 i\u017cda dak li \u0127are\u0121 minnha xejn ma kien mistenni.<\/p>\n<p>Ejjew nag\u0127mlu ftit ta&#8217; parentesi.<\/p>\n<p>F&#8217;Novembru tal-2019 Melvyn Theuma kien \u0121ie arrestat fuq suspett ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus. Waqt li kien arrestat, ammetta li kien is-sensar fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Huwa nnegozja u akkwista proklama ta&#8217; immunit\u00e0 mill-prosekuzzjoni u ma\u0127fra bi tpartit ma&#8217; obbligu li jag\u0127ti x-xhieda tieg\u0127u fil-ka\u017c.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien \u2013 ji\u0121ifieri f&#8217;Novembru tal-2019 \u2013 kien ukoll stqarr li kellu informazzjoni dwar l-attentat tas-serqa fl-HSBC u ammetta li wie\u0127ed mill-per\u010bimes tar-reat kien talbu biex ja\u0127bilu xi \u0127a\u0121a li aktar tard Melvyn Theuma sar jaf li kellha xi rabta tal-attentat tas-serq. U sabiex ikopri lilu nnifsu minn kull rokna, Melvyn Theuma akkwista ma\u0127fra g\u0127alih innifsu dwar kull illegalit\u00e0 li seta&#8217; wettaq b&#8217;rabta mal-attentat tas-serqa tal-HSBC bi tpartit ma&#8217; obbligu li jixhed f&#8217;dan il-ka\u017c ukoll.<\/p>\n<p>Dan kollu se\u0127\u0127 f&#8217;Novembru tal-2019.<\/p>\n<p>Ner\u0121g\u0127u naqilbu g\u0127al dak li se\u0127\u0127 il-biera\u0127 27 ta&#8217; Mejju 2021.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 l-Im\u0127allef Giovanni Grixti lill-avukati tal-Ko\u0127\u0127u u tat-Topo qalilhom li ma kienx f&#8217;po\u017cizzjoni li jappunta data biex jinbeda&#8217; l-\u0121uri g\u0127aliex il-pro\u010bess tal-ka\u017c tal-HSBC m&#8217;g\u0127adux g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u. Il-\u0121urnata ta&#8217; qabel, ji\u0121ifieri jumejn ilu &#8211; is-26 ta&#8217; dan ix-xahar &#8211; l-Avukat \u0120enerali kiteb lill-Im\u0127allef u talbu jibg\u0127at il-pro\u010bess tal-ka\u017c tal-HSBC lill-Ma\u0121istrat Inkwirenti u dan bl-iskop li l-istess Ma\u0121istrat ikun jista&#8217; jisma&#8217; x-xhieda ta&#8217; Melvyn Theuma. Kull darba li l-Avukat \u0120enerali jitlob li ji\u010b\u010baqlaq pro\u010bess tal-qorti minn post g\u0127al ie\u0127or, dak huwa appuntu li jse\u0127\u0127.<\/p>\n<p>Ifhmu ftit dan li \u0121ej.<\/p>\n<p>Fl-2011, l-Avukat \u0120enerali kien idde\u010bieda li kellhom ji\u0121u m\u0127arrkin kemm \u010aensu Muscat kif ukoll Darren Debono u l-Pulizija kienet xliethom bl-attentat tas-serq fl-HSBC. Fl-2013, l-Avukat \u0120enerali kien ippre\u017centa Att tal-Akku\u017ca kontrihom. Fl-2021, l-Istat kien lest biex, lil dawn it-tnejn, ig\u0127addihom \u0121uri. Malajr wie\u0127ed jifhem li, matul dan i\u017c-\u017cmien kollu, l-Avukat \u0120enerali kien konvint li seta&#8217; jwassal biex it-tnejn li huma ji\u0121u kundannati mill-qorti u dan ming\u0127ajr l-intervent tax-xhieda ta&#8217; Melvyn Theuma.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li wie\u0127ed jifhem ukoll li meta fl-2011 il-qorti kienet idde\u010bidiet &#8211; g\u0127al darba darbtejn &#8211; li tag\u0127ti l-libert\u00e0 provi\u017corja lil \u010aensu Muscat (u lil Darren Debono) sakemm dawn ig\u0127addu \u0121uri, l-Pulizija taha tal-qamar u l-Avukat \u0120enerali spi\u010b\u010ba biex appella. Dan iddikjara li l-Ko\u0127\u0127u kien ta&#8217; periklu g\u0127as-so\u010bjet\u00e0 u kien je\u0127tie\u0121 li jin\u017camm &#8216;il bog\u0127od minnha. L-Avukat \u0120enerali kellu ra\u0121un biex ibieg\u0127.<\/p>\n<p>U minkejja dan, il-ka\u017c baqa&#8217; mdendel u l-Ko\u0127\u0127u (u t-Topo) komplew ikunu ta&#8217; periklu g\u0127as-so\u010bjet\u00e0. Wie\u0127ed minnhom spi\u010b\u010ba biex qatel lil\u00a0 Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Il-biera\u0127 ittamajna li nilm\u0127u xi ftit tad-dawl f&#8217;tarf mina mudlama. Ma kellux ikun. Fl-a\u0127\u0127ar \u0127in, l-Avukat \u0120enerali ftakar li g\u0127al dawn l-a\u0127\u0127ar tmintax il-xahar kellu xhud g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tieg\u0127u. Melvyn Teuma kien g\u0127ad-dispo\u017cizzjoni tal-Avukat \u0120enerali g\u0127aliex dan kien tah ma\u0127fra u immunit\u00e0 ma jmissu ma&#8217; xejn bi tpartit mal-koperazzjoni tieg\u0127u anki fil-ka\u017c tal-HSBC.<\/p>\n<p>Issa anke jekk il-pro\u010bess tal-kaw\u017ca jer\u0121a&#8217; lura g\u0127and l-Im\u0127allef fi \u017cmien, ng\u0127idu a\u0127na, 3 jew 5 \u0121img\u0127at, il-ka\u017c ser ikompli jitwal u ser ikun hemm aktar dewmien u tlajjar.<\/p>\n<p>U meta jse\u0127\u0127 dan kollu, ma tridx wisq g\u0127erf biex tinteba\u0127 min ikun qed igawdi.<\/p>\n<p>\u010aensu Muscat in\u010ba\u0127ditlu ma\u0127fra dwar il-ka\u017c tal-HSBC u dan minkejja l-fatt li wieg\u0127ed li jixhed kontra dawk li kienu l-per\u010bimes. Il-koperazzjoni tal-Ko\u0127\u0127u hi wkoll me\u0127tie\u0121a fil-ka\u017c kontra l-qattiela ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, ka\u017c li dwaru di\u0121\u00e0 we\u0127el il-\u0127abs. Id-dewmien li qed ise\u0127\u0127 f&#8217;wa\u0127da mill-kaw\u017ci x&#8217;aktarx ser jeffettwa l-kaw\u017ca l-o\u0127ra.<\/p>\n<p>Sadattant il-ka\u017c tal-HSBC huwa ta&#8217; interess g\u0127aliex minn dan il-pro\u010bess jista&#8217; jinkixef l-g\u0127awwar ta&#8217; eks politi\u010bi u politi\u010bi pre\u017centi tal-Partit Laburista. \u010aertament qed jittamaw li l-ka\u017c jibqa&#8217; ji\u0121i differit g\u0127al wara Ottubru, ji\u0121ifieri g\u0127al wara l-elezzjoni \u0121enerali, g\u0127ax dan jista&#8217; jkun jaqbel g\u0127all-Partit.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm tal-Labour jinsabu ottimisti li jer\u0121g\u0127u jirb\u0127u, dawn jafu u li n-nies xejn m&#8217;huma ser jie\u0127du pja\u010bir meta jinteb\u0127u li fost il-ministri hemm min kellu sehem f&#8217;attentat ta&#8217; serqa minn bank.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li minn dan kollu m&#8217;hemm xejn, li m&#8217;hu qed isir ebda manuvrar politiku u li dan huwa biss frott tal-ima\u0121inazzjoni tieg\u0127i. U f&#8217;dan il-ka\u017c ma jkun ifisser xejn \u0127lief li s-sistema \u0121udizzjarja tag\u0127na hi wa\u0127da tan-nejk. Sistema li fiha l-prosekuturi tag\u0127na jitfixklu f&#8217;saqajhom u, 11 il-sena wara li nqabdu \u017cew\u0121 persuni f&#8217;attentat ta&#8217; serq fuq bank, g\u0127anda ma nafux meta ser ig\u0127addu \u0121uri biex i\u0127allsu ta&#8217; g\u0127emilhom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Bosta huma dawk li jiftakru li fl-2010, ji\u0121ifieri 11 il-sena ilu, \u0121gajta ta&#8217; \u0127allelin kienet g\u0127amlet attentat biex tisraq mill-kwartier tal-HSBC f&#8217;\u0126al Qormi. Dakinhar kienu \u0121ew sparati 60 tir. Ma kienitx \u0121rajja li wie\u0127ed jinsieha kif \u0121ieb u le\u0127aq. Matul dik is-sena stess, \u010aensu Muscat il-Ko\u0127\u0127u u Darren Debono it-T\u00f4po (mhux Darren Debono l-coach tal-futbol, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":100972,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100976\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=100976"}],"version-history":[{"count":6,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100976\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":106650,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/100976\/revisions\/106650\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/100972\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=100976"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=100976"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=100976"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}