{"id":101019,"date":"2021-05-31T09:46:43","date_gmt":"2021-05-31T07:46:43","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=101019"},"modified":"2021-05-31T17:14:24","modified_gmt":"2021-05-31T15:14:24","slug":"il-mostru-li-tela-fuq-il-palk-u-li-bela-lil-dawk-kollha-li-jfittxu-s-sewwa","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/05\/il-mostru-li-tela-fuq-il-palk-u-li-bela-lil-dawk-kollha-li-jfittxu-s-sewwa\/","title":{"rendered":"Il-mostru li tela&#8217; fuq il-palk u li bela&#8217; lil dawk kollha li jfittxu s-sewwa"},"content":{"rendered":"<p>Dan li \u0121ej huwa estratt minn diskors li kien g\u0127amel fil-Parlament Alfred Sant fl-a\u0127\u0127ar jiem tieg\u0127u b\u0127ala Mexxej tal-Partit Laburista. Dan id-diskors kien g\u0127amlu fit-12 ta&#8217; Mejju 2008. Alfred Sant kien g\u0127adu kemm tilef it-tielet elezzjoni \u0121enerali in fila wara dawk tal-1998 u tal-2003 u fi ftit \u0121img\u0127at kien ser jie\u0127odlu postu \u0127addie\u0127or. Fis-6 ta&#8217; \u0120unju 2008, ir-ra\u0121el tas-segretarja tieg\u0127u \u0127adlu postu u bdiet l-era ta&#8217; Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Permezz ta&#8217; diskors b&#8217;ton apolo\u0121etiku li bih immaskra l-bi\u017cg\u0127at u t-tamiet foloz li kellu g\u0127all-partit tieg\u0127u bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; kritika g\u0127all-avversarji politi\u010bi, Alfred Sant hawn jirreferi g\u0127all-mostru li huwa lema\u0127, u li bil-kemm jidher, li huwa lest biex jikkorrompi u ja\u0127taf ir-ru\u0127 tal-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Fi tmiem il-karriera politika ta&#8217; Joseph Muscat u b&#8217;Partit Laburista li g\u0127adu sal-lum mg\u0127obbi b&#8217;agnosti\u010bi\u017cmu ideolo\u0121iku u b&#8217;\u010bini\u017cmu amorali, kliem Alfred Sant tal-2008 ma jinftiehmux b\u0127allikieku huma xi profezija brillanti jew xi intervall qasir ta&#8217; onest\u00e0 f&#8217;nofs karriera s\u0127i\u0127a ta&#8217; ipokresija grassa.<\/p>\n<p>Kliem Alfred Sant tal-2008 qishom tbassira kerha ta&#8217; narratur fl-introduzzjoni ta&#8217; tra\u0121edja li jwieg\u0127ed li g\u0127all-\u0121usti m&#8217;hux ser ikun hemm min jag\u0127tihom xi ftit tan-nifs. G\u0127all-\u0121usti mhux ser ikun hemm reb\u0127a a\u0127\u0127arija.<\/p>\n<p>I\u017cda ser ikun hemm biss it-terrur tal-\u0127akma ta&#8217; mostru li tela&#8217; fuq il-palk u li bela&#8217; lil dawk kollha li jfittxu s-sewwa.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-101009\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png.jpeg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"458\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png-200x134.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png-300x201.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png-400x268.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png-600x402.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/05\/mistra-and-the-aftermath.png.jpeg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<blockquote><p>Id-demokrazija f\u2019pajji\u017cna qieg\u0127da tiffa\u010b\u010bja theddida \u0121dida.\u00a0 Infirxet fostna xibka ta\u2019 poter mag\u0127mula minn nies, li \u0127afna minnhom, g\u0127allinqas fid-deher, m\u2019humiex fuq quddiem tax-xena politika imma g\u0127andhom kontroll fuq mezzi kbar pubbli\u010bi u privati. Dawn huma ffokati sabiex id-de\u010bi\u017cjonijiet il-kbar fil-pajji\u017c jittie\u0127du skond l-g\u0127anijiet u l-interessi tag\u0127hom.\u00a0 Ix-xibka ta\u2019 poter hija minsu\u0121a minn nies influwenti \u0127afna fin-negozju, fl-organizzazzjoni politika, fil-medja u fil-professjonijiet.\u00a0 Dawn huma nies li jg\u0127ixu tajjeb u jg\u0127ixu a\u0127jar mill-ma\u0121\u0121oranza l-kbira ta\u010b-\u010bittadini l-o\u0127ra.\u00a0 Din hija xibka ta\u2019 poter li terda mill-istrutturi ta\u2019 l-istat fejn l-abbu\u017c tal-poter u l-korruzzjoni ji\u0121u sekondarji g\u0127all-\u0127tie\u0121a li l-poter li tgawdi x-xibka jibqa\u2019 ji\u0121i salvagwardjat.<\/p>\n<p>Sur President, m\u2019hemmx g\u0127alfejn ng\u0127idu li issa se jqumu l-korijiet tas-soltu li jg\u0127idu li jien qieg\u0127ed nitfa\u2019 t-tajn u li qed no\u0127loq xenarji fittizji, korijiet li mdorrija ja\u0127dmu l-interessi u l-a\u0121enti tag\u0127hom, korijiet iggwidati mix-xibka ta\u2019 poter.\u00a0 Imma l-verita\u2019 tibqa\u2019 dik li hi, anke jekk tifgaha jew ma t\u0127allihiex tinstema\u2019 jew tinftiehem. U jg\u0127idu x\u2019jg\u0127idu wie\u0127ed mill-aqwa g\u0127anijiet tal-politika tag\u0127na llum hija dik li tin\u0127oloq tmexxija serja u trasparenti, tmexxija li turi tolleranza \u017cero lejn il-korruzzjoni u l-abbu\u017c tal-poter, b\u2019impenn mija fil-mija favur il-good governance, tmexxija serja, retta u effi\u010bjenti, ibba\u017cata fuq il-mertu, tmexxija li tkun \u0121usta ma\u010b-\u010bittadini kollha u li tirrispondi g\u0127al dak li jixtiequ \u010b-\u010bittadini fil-ma\u0121\u0121oranza tag\u0127hom u mhux g\u0127al dak li jaqbel lill-membri tax-xibka tal-poter.\u00a0 Jiena mmur aktar \u2018il bog\u0127od minn hekk.\u00a0 Fost dawk li \u0121ew mminati mix-xibka tal-poter huwa l-Partit Nazzjonalista nnifsu.<\/p>\n<p>Il-Partit Nazzjonalista tant in\u0127akem mix-xibka tal-poter li f\u2019daqqa t\u2019g\u0127ajn seta\u2019 jibdlu fi brand.\u00a0 Qed jispi\u010b\u010ba jirrappre\u017centa l-valur ta\u2019 klikka nies u mhux ta\u2019 firxa wiesg\u0127a ta\u2019 \u010bittadini mag\u0127quda ma\u2019 dawn il-prin\u010bipji.\u00a0 Se jkun hemm min jg\u0127id li l-aqwa tirba\u0127 u li l-branding g\u0127andek b\u017connu sabiex tirba\u0127 fil-politika.\u00a0 Imma li rajna mhux il-branding ta\u2019 partit imma li l-brand jie\u0127u post ta\u2019 partit fil-\u0127ajja demokratika tal-pajji\u017c.\u00a0 Ma neskludix li g\u0127al li \u0121ej ix-xibka tal-poter tipprova tara tistax tikkolonizza wkoll bl-istess mod lill-Partit Laburista u timmanipulah, kif ikkolonizzat u mmanipulat lill-Partit Nazzjonalista.\u00a0 F\u2019dak il-ka\u017c l-g\u0127a\u017cla li jing\u0127ata l-pajji\u017c tkun bejn dak li x-xirka tal-poter tkun tridu jemmen dwar partit jew ie\u0127or skond kif jaqbel lilha.<\/p>\n<p>Madanakollu jiena nemmen fis-sa\u0127\u0127a interna tal-Partit Laburista biex ma jaqax g\u0127at-tentazzjoni li hu wkoll isir l-g\u0127odda tax-xibka tal-poter sabiex jirba\u0127 l-elezzjoni \u0121enerali.\u00a0 Anzi nemmen li fil-futur il-Partit Laburista se jibqa\u2019 jag\u0127ti xhieda s\u0127i\u0127a tat-twemmin tieg\u0127u u ta\u2019 l-impenn tieg\u0127u favur demokrazija vera, favur tmexxija tal-pajji\u017c li tirrifletti tassaw l-aqwa aspirazzjonijiet demokrati\u010bi ta\u010b-\u010bittadini kollha u mhux tkun is-seftur ta\u2019 ftit interessi akuti, qawwija u organizzati ponn.\u00a0 Aktar u aktar huwa me\u0127tie\u0121 li jsir dan g\u0127ax fl-a\u0127\u0127ar snin kompliet tikkarga qasma kerha fil-pajji\u017c.\u00a0 Meta 16-il sena ilu \u0127adt l-ewwel \u0121urament tieg\u0127i b\u0127ala kap ta\u2019 l-oppo\u017cizzjoni quddiem il-President ta\u2019 dak i\u017c-\u017cmien, Dr. \u010aensu Tabone, kont stqarrejt li kien \u0127a\u017cin li f\u2019pajji\u017cna, ta\u0127t gvern ta\u2019 na\u0127a wa\u0127da, nofs il-poplu tan-na\u0127a l-o\u0127ra dejjem i\u0127ossu esklu\u017c mill-\u0127ajja pubbliku.<\/p>\n<p>Kont g\u0127edt ukoll li huwa importanti li pajji\u017cna jag\u0127ti lil kul\u0127add is-sentiment li dan hu tassew pajji\u017cu.\u00a0 Bejn l-1996 u l-1998 g\u0127amilna sforzi b\u0127ala gvern Laburista sabiex din il-\u0127a\u0121a tibda sse\u0127\u0127 f\u2019pajji\u017cna.\u00a0 Madankollu dawn l-isforzi sabu skjerati kontra tag\u0127hom interessi vestiti li akkost ta\u2019 kollox ma riedu xejn jinbidel.\u00a0 Dawn\u00a0 irnexxielhom fis-sabota\u0121\u0121i tag\u0127hom, tant li b\u2019xorti \u0127a\u017cina, l-isforzi li wettaqna \u0127allew ri\u017cultati kontro-produ\u010benti.\u00a0 G\u0127alkemm wie\u0127ed ma jridx jaqta\u2019 qalbu, ikolli ng\u0127id li llum mhux biss il-qasma fostna b\u0127ala poplu baqg\u0127et hemm jew issa\u0127\u0127et, imma l-qasma saret tifred ukoll lil dawk ta\u2019 twemmin Nazzjonalista.\u00a0 Fost dawn in-nies hemm \u0127afna li qed i\u0127ossuhom esklu\u017ci sakemm ma tasalx elezzjoni u allura jaraw kif se jag\u0127mlu biex jag\u0127lqulhom \u0127alqhom.<\/p><\/blockquote>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan li \u0121ej huwa estratt minn diskors li kien g\u0127amel fil-Parlament Alfred Sant fl-a\u0127\u0127ar jiem tieg\u0127u b\u0127ala Mexxej tal-Partit Laburista. Dan id-diskors kien g\u0127amlu fit-12 ta&#8217; Mejju 2008. Alfred Sant kien g\u0127adu kemm tilef it-tielet elezzjoni \u0121enerali in fila wara dawk tal-1998 u tal-2003 u fi ftit \u0121img\u0127at kien ser jie\u0127odlu postu \u0127addie\u0127or. Fis-6 ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":101010,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101019\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=101019"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101019\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":101021,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101019\/revisions\/101021\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/101010\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=101019"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=101019"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=101019"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}