{"id":10122,"date":"2018-08-24T18:38:30","date_gmt":"2018-08-24T16:38:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10122"},"modified":"2018-08-27T10:48:41","modified_gmt":"2018-08-27T08:48:41","slug":"sacerdot-anzjan-sospiz-wara-li-ammetta-li-abbuza-sesswalment-minn-minuri-16-il-sena-ilu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/sacerdot-anzjan-sospiz-wara-li-ammetta-li-abbuza-sesswalment-minn-minuri-16-il-sena-ilu\/","title":{"rendered":"Sa\u010berdot anzjan sospi\u017c wara li ammetta li abbu\u017ca sesswalment minn minuri 16 il-sena ilu"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10093\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/IMG_8016-500.jpg\" alt=\"\" width=\"500\" height=\"375\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/IMG_8016-500-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/IMG_8016-500-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/IMG_8016-500.jpg 500w\" sizes=\"(max-width: 500px) 100vw, 500px\" \/><\/p>\n<p>Membru anzjan tal-kleru G\u0127awdxi, li llum huwa rtirat, \u0121ie sospi\u017c mill-qadi ta&#8217; dmirijietu b\u0127ala sa\u010berdot wara li tfa\u010b\u010baw allegazzjonijiet li abbu\u017ca sesswalment minn persuna ta\u0127t l-et\u00e0 fuq medda ta&#8217; erba&#8217; snin li \u0121iet fi tmiemha 16 il-sena ilu.<\/p>\n<p>Karistu Sultana serva b\u0127ala l-Ar\u010bipriet tax-Xag\u0127ra g\u0127al bosta snin u kien persuna rispettata \u0127afna mill-komunit\u00e0 G\u0127awdxija.<\/p>\n<p>Huwa allegat li kien ikollu x&#8217;jaqsam sesswalment ma&#8217; tfajjel ta\u0127t l-et\u00e0 u g\u0127al dan kien jippremja lill-vittma b&#8217;rigali. Jing\u0127ad li l-abbu\u017c intemm meta l-vittma g\u0127alaq 17 il-sena.<\/p>\n<p>Ninsab infurmat li Karistu Sultana ammetta li l-allegazzjonijiet huma minnhom.<\/p>\n<p>Ftit \u0121ranet ilu l-Ar\u010bisqof Charles Scicluna \u0121ie nfurmat b&#8217;dawn l-allegazzjonijiet u minnufih talab lill-kummissjoni indipendenti tal-Knisja biex tg\u0127arbel l-allegazzjonijiet. Karistu Sultana \u0121ie sospi\u017c mis-sa\u010berdozju u l-ka\u017c \u0121ie mg\u0127oddi lill-Pulizija.<\/p>\n<p>Ninsab infurmat li, meta f&#8217;Lulju li g\u0127adda l-Ar\u010bisqof Scicluna sar jaf bl-allegazzjonijiet, tal-anqas \u017cew\u0121 membri anzjani tal-kleru f&#8217;G\u0127awdex kienu ilhom sentejn jafu bihom.<\/p>\n<p>Meta fl-2016 Monsinjur Sultana \u0121ie konfrontat bl-allegazzjoni, huwa kien talab kollega tieg\u0127u fil-kleru G\u0127awdxi sabiex jimmedja mal-vittma u biex ji\u017cgura li l-istorja ma tixxandarx. M&#8217;jinix f&#8217;po\u017cizzjoni\u00a0 nikkonferma allegazzjoni li saret offerta ta&#8217; \u0127las mill-medjatur lill-vittma biex l-istorja tibqa&#8217; mistura.<\/p>\n<p>Membru anzjan ie\u0127or tal-kleru G\u0127awdxi \u0121ie wkoll infurmat dwar l-allegat abbu\u017c.<\/p>\n<p>Minkejja l-fatt li \u017cew\u0121 membri anzjani tal-kleru G\u0127awdxi kienu \u0121ew mg\u0127arrfa bl-allegat abbu\u017c u minkejja l-ammissjoni impli\u010bita ta&#8217; Karistu Sultana, meta huwa r\u010bieva ittra legali li fiha saru l-allegazzjonijiet, dawn l-allegazzjonijiet ma \u010ba\u0127adhomx i\u017cda ra kif g\u0127amel biex jostor l-istorja permezz ta&#8217; negozjati mal-vittma.<\/p>\n<p>Ninsab infurmat li matul is-sentejn minn meta Karistu Sultana sab ma&#8217; wi\u010b\u010bu dawn l-allegazzjonijiet mill-passat tieg\u0127u, huwa mar joqg\u0127od Malta u g\u0127al xi \u017cmien g\u0127ex f&#8217;orfanatrofju mmexxi mill-Knisja. Id-djo\u010besi ma we\u0121bitx g\u0127al mistoqsijiet li sarulha minni f&#8217;dan ir-rigward.<\/p>\n<p>It-twe\u0121iba tad-djo\u010besi tg\u0127id li \u201chekk kif ir\u010bieva l-allegazzjonijiet bil-miktub, l-Ar\u010bisqof ta&#8217; Malta u l-Isqof ta&#8217; G\u0127awdex g\u0127addew il-ka\u017c lill-Kummissjoni tal-Knisja. Monsinjur Sultana minnufi\u0127 \u0121ie sospi\u017c mis-sa\u010berdozju ming\u0127ajr pre\u0121udizzju sakemm jintemmu pro\u010beduri \u010bivili u kriminali. Il-Kummissjoni g\u0127addiet il-ka\u017c lill-Pulizija\u201d.<\/p>\n<p>L-istqarrija tinftiehem fis-sens li l-Isqof Mario Grech la kien jaf li \u017cew\u0121 membri anzjani tal-kleru G\u0127awdxi kienu \u0121ew infurmati bl-allegazzjonijiet ta&#8217; abbu\u017ci sesswali minn Karistu Sultana u lanqas bir-ra\u0121uni g\u0127aliex Karistu Sultana kien telaq mid-djo\u010besi sentejn qabel.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.timesofmalta.com\/articles\/view\/20151013\/opinion\/a-church-in-decline.588023\">F&#8217;artiklu li kiteb fl-2015<\/a>, meta x-Xag\u0127ra fakkret il-\u0127amsin sena tas-sa\u010berdozju ta&#8217; Karistu Sultana, l-avukat G\u0127awdxi u kandidat politiku Kevin Cutajar ddeskriva lis-sa\u010berdot b\u0127ala persuna \u201cmag\u0127rufa f&#8217;G\u0127awdex g\u0127all-isforzi tieg\u0127u biex jattira l-vokazzjonijiet \u0121odda\u201d.<\/p>\n<p>Fl-2015 Kevin Cutajar kiteb hekk: \u201cMatul l-ewwel g\u0127oxrin sena ta&#8217; \u0127ajti, Dun Karistu Sultana kien l-ar\u010bipriet tax-Xag\u0127ra u jien xhud tal-isforzi tieg\u0127u. Niftakar l-inizjattivi li kien jie\u0127u biex jorganizza l-attivitajiet g\u0127all-abbatini u biex ig\u0127allimhom il-prin\u010bipji Nsara\u201d.<\/p>\n<p>Is-sa\u010berdot sospi\u017c kien \u0121ie intervistat mill-mezzi tax-xandir internazzjonali dwar il-\u0121enituri Xag\u0127rin tat-trabi sijami\u017ci li kienu twieldu f&#8217;Manchester fl-2001. <a href=\"http:\/\/news.bbc.co.uk\/2\/hi\/programmes\/correspondent\/europe\/1272144.stm\">Araw l-intervista li kien ta lill-BBC dak i\u017c-\u017cmien.<\/a><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10094\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1274525_priest.jpg\" alt=\"\" width=\"150\" height=\"180\" \/><\/p>\n<p>Id-djo\u010besi temmet tg\u0127id li \u201cl-kummissjoni trodd \u0127ajr lill-vittmi li wrew kura\u0121\u0121 kbir meta tkellmu dwar l-abbu\u017c. Kull min g\u0127andu nformazzjoni dwar xi att kriminali g\u0127andu jag\u0127mel rapport direttament lill-Pulizija ta&#8217; Malta. Kull min g\u0127andu xi informazzjoni dwar xi membru tal-kleru g\u0127andu jikkuntattja lill-kummissjoni fuq <a href=\"mailto:info@safeguarding.mt\">info@safeguarding.mt<\/a>.&#8221;<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10095\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1200px-Malte_Gozo_Xaghra.jpg\" alt=\"\" width=\"1200\" height=\"800\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1200px-Malte_Gozo_Xaghra-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1200px-Malte_Gozo_Xaghra-405x270.jpg 405w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1200px-Malte_Gozo_Xaghra-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/1200px-Malte_Gozo_Xaghra.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1200px) 100vw, 1200px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Membru anzjan tal-kleru G\u0127awdxi, li llum huwa rtirat, \u0121ie sospi\u017c mill-qadi ta&#8217; dmirijietu b\u0127ala sa\u010berdot wara li tfa\u010b\u010baw allegazzjonijiet li abbu\u017ca sesswalment minn persuna ta\u0127t l-et\u00e0 fuq medda ta&#8217; erba&#8217; snin li \u0121iet fi tmiemha 16 il-sena ilu. Karistu Sultana serva b\u0127ala l-Ar\u010bipriet tax-Xag\u0127ra g\u0127al bosta snin u kien persuna rispettata \u0127afna mill-komunit\u00e0 G\u0127awdxija. Huwa [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10093,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10122\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10122"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10122\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10144,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10122\/revisions\/10144\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10093\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10122"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10122"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10122"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}