{"id":101548,"date":"2021-06-25T10:49:53","date_gmt":"2021-06-25T08:49:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=101548"},"modified":"2021-07-01T12:27:14","modified_gmt":"2021-07-01T10:27:14","slug":"omar-debono-jridna-naghmlu-l-arja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/06\/omar-debono-jridna-naghmlu-l-arja\/","title":{"rendered":"Omar Debono jridna nag\u0127mlu l-arja"},"content":{"rendered":"<p>Omar Debono ma jistax jitqies g\u0127al kollox b\u0127ala persuna pubblika. I\u017cda dak li kiteb fil-<em>Facebook<\/em> u l-kariga li jokkupa tag\u0127ti xi ftit tal-\u0127jiel dwar il-mentalit\u00e0 ta&#8217; dawk li ng\u0127ataw il-\u0127atriet u dwar il-fatt li b&#8217;nies b\u0127al dawn ftit hemm \u010bans li no\u0127or\u0121u mit-toqba li xe\u0127tuna fiha.<\/p>\n<p>Omar Debono huwa wie\u0127ed mill-kapijiet ta&#8217; entit\u00e0 li sejj\u0127ulha &#8220;l-Awtorit\u00e0 Maltija dwar l-Innovazzjoni Di\u0121itali&#8221;. Din hi a\u0121enzija li \u0127oloq dak il-ba\u0127nan ta&#8217; Silvio Schembri fi\u017c-\u017cmiem meta kienet g\u0127adha moda Malta tissejja\u0127 \u201c<em>Blockchain Island<\/em>\u201d.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-101530\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration.jpg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"384\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration-200x96.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration-300x144.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration-400x192.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration-600x288.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration-768x369.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/06\/inauguration.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><\/p>\n<p>Kien messhom sejj\u0127ulha \u201cMafia Island\u201d. Huma u jwettqu dak li kienet qieg\u0127da tbassar id-dinja, <a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/xtra\/110492\/cosying_up_to_crypto_presented_significant_issues_for_fatf_caruana_says#.YNWAgS0Ro1I\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">u kif, kontra qalbu, ammetta Clyde Caruana fuq it-televi\u017cjoni<\/a>, x&#8217;aktarx li kienet il-kwistjoni tal-<em>crypto currency<\/em> li spi\u010b\u010bat biex irran\u0121atna g\u0127all-frisk. Din kienet wa\u0127da biss mir-ra\u0121unijiet li min\u0127abba fiha tal-FATF dehrilhom li kellhom iwissu lill-investituri, lill-bankiera u lix-xerrejja biex ma jersqux lejn g\u017ciritna.<\/p>\n<p>Mijiet tal-miljuni g\u0127addew minn pajji\u017cna meta \u0121iet varata din l-idea di\u017castru\u017ca ta&#8217; Joseph Muscat. U x&#8217;aktarx ukoll li w\u0127ud minn dawn il-miljuni, li x&#8217;aktarx ukoll kienu \u0121ejjin minn attivitajiet kriminali, sabu ru\u0127\u0127om fil-bwiet tat-terroristi.<\/p>\n<p>Omar Debono huwa wie\u0127ed mill-kapijiet tal-a\u0121enzija li g\u0127amlet \u0127sara kbira lir-reputazzjoni ta&#8217; Malta &#8211; \u0127sara li ser tissarraf fit-telfien tal-\u0127ob\u017c (jew parti mill-\u0127ob\u017c) tal-\u0127addiema. L-iskandlu tal-<em>Panama Papers<\/em>, l-impunit\u00e0 li gawdew u li g\u0127adhom igawdu Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi, l-iskandlu tal-<em>Electrogas<\/em>: g\u0127al dawn kollha (u aktar) \u010bertament ma ta\u0127tix din l-a\u0121enzija li Omar Debono hu wie\u0127ed mill-mexxejja tag\u0127ha.<\/p>\n<p>I\u017cda jekk, kif stqarr Clyde Caruana, kien il-<em>crypto<\/em> li spi\u010b\u010ba biex wassalna fix-xifer, kien hemm ukoll persuni fl-a\u0121enzija li kien messhom xammew x&#8217;kien \u0121ej u kien messhom \u0127admu biex ji\u0121i evitat dan id-di\u017castru. U b&#8217;dak li se\u0127\u0127 il-biera\u0127 kont nistenna li n-nies tal-\u201c<em>Malta Digital Innovation Authority<\/em>\u201d g\u0127andhom isoddu \u0127alqhom u dan biex ma tkomplix toktor il-\u0127sara.<\/p>\n<p>Ma tarax! Omar Debono jidhirlu li g\u0127andna nkomplu nag\u0127mlu l-arja permezz tal-kitba tieg\u0127u fil-<em>Facebook. <\/em>Skont dan l-imbierek, g\u0127andna nuru lid-dinja &#8211; spe\u010bjalment lill-Amerikani, lill-Ingli\u017ci u lill-\u0120ermani\u017ci &#8211; li g\u0127andna par bajdiet imdendlin bejn ri\u0121lejna u li m&#8217;humiex ser in\u0127alluhom jag\u0127mlu l-arja mag\u0127na.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fomar.debono%2Fposts%2F10158770917647545&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"218\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Il-kitba tieg\u0127u g\u0127andha bixra Mintoffjana. Kiteb li Malta g\u0127andha \u201cl-assi\u201d. B\u0127allikieku g\u0127andna xi ammonti kbar ta&#8217; armi nukleari mo\u0127bijin x&#8217;imkien.<\/p>\n<blockquote><p><em>Tg\u0127id wasal i\u017c-\u017cmien li nirrikonsidraw il-po\u017cizzjoni tag\u0127na? Tg\u0127id wasal i\u017c-\u017cmien li nuruhom x&#8217;insarrfu? Tg\u0127id wasal i\u017c-\u017cmien biex Malta tieqaf lil dawk li qed jag\u0127mlu l-arja mag\u0127ha u turihom ir-riedni f&#8217;idejn tassew f&#8217;idejn min qieg\u0127ed?\u00a0\u00a0<\/em><\/p><\/blockquote>\n<p>Dan l-imbierek, li g\u0127al \u0121ie\u0127na huwa wie\u0127ed mill-kapijiet tal-<em>crypto agency<\/em> tal-gvern, ming\u0127alih li a\u0127na &#8211; ji\u0121ifieri Malta &#8211; &#8220;tassew g\u0127andha r-riedni f&#8217;idejha&#8221;. U jrid li nieqfu lil min irid jag\u0127mel l-arja mag\u0127na. Li tfisser li jridna nag\u0127mlu l-arja mag\u0127hom.<\/p>\n<p>Dan mhux biss inqata&#8217; sewwa mill-art. Qed ig\u0127ix fis-s\u0127ab ukoll.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 nifhmu li l-politika barranija ta&#8217; Malta &#8211; lanqas tal-Mintoffjani li kienu jxewwxu kontra l-barranin &#8211; qatt ma \u0121iet kundizzjonata mi\u010b-\u010bokon tag\u0127na. I\u010b-\u010bokon ma \u017cammniex milli nissie\u0127bu fl-Unjoni Ewropea b\u0127ala s\u0127ab ugwali g\u0127alkemm lest naqta&#8217; rasi li Omar Debono x&#8217;aktarx kien wie\u0127ed minn dawk li vvutaw g\u0127all-<em>partnership.<\/em><\/p>\n<p>Dan l-uffi\u010bjal g\u0127oli ta&#8217; a\u0121enzija f&#8217;po\u017cizzjoni strate\u0121ika li tant g\u0127amlet \u0127sara lil pajji\u017cna madankollu qed ig\u0127idilna li d-&#8220;diplomazija&#8221; li ma \u0121\u0121ibhiex \u017cew\u0121 fil-konfront tar-Russja, m&#8217;hix ser i\u0121\u0121ibha \u017cew\u0121 g\u0127al Malta.<\/p>\n<p>Fi\u010b-\u010birkostanzi li ninsabu fihom wara d-de\u010bi\u017cjoni tal-biera\u0127, bniedem b\u0127al dan imissu jsodd \u0127alqu u jmissu j\u0127alli lill-ministri li tant iqim jippruvaw isewwu huma l-\u0127sara li twettqet. Imsshom ig\u0127idulu li l-kitba tieg\u0127u fil-<em>Facebook<\/em> x&#8217;aktarx ser tasal ukoll quddiem tal-FATF.<\/p>\n<p>U lil dawn tal-FATF ma tlumhomx jekk xi darba g\u0127ad jistaqsu jekk il-Maltin humiex tassew interessati li jsewwu l-\u0127sara.<\/p>\n<p>G\u0127andi nkun jien li noqg\u0127od nag\u0127tih il-pariri biex isodd \u0127alqu? Dan \u010bertament mhux xog\u0127li.<\/p>\n<p>Xi xhur ilu, Omar Debono ing\u0127aqad ma&#8217; dawk li g\u0127adhom ma xebg\u0127ux i\u0127ambqu li jien traditur ta&#8217; pajji\u017ci dakinhar li jien tlabt lill-gvern\u00a0 biex isalva \u0127ajjet dawk l-immigranti li kienu qed imutu mg\u0127arrqin fl-ib\u0127ara tag\u0127na anki fi\u017c-\u017cmien li fih l-imxijja Covid kienet g\u0127adha mag\u0127na.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fomar.debono%2Fposts%2F10157596285382545&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"672\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien kien kiteb li jien g\u0127andi nsodd \u0127alqi g\u0127aliex ma kienx g\u0127adda \u017cmien bi\u017c\u017cejjed mi\u017c-\u017cmien tal-\u201cpudini\u201d (hawn kien qed jirreferi g\u0127ar-riforma tal-karrozzi tal-linja tal-2011) biex jien nesprimi opinjoni dwar jekk dawn in-nies g\u0127andhomx ji\u0121u salvati minn pajji\u017c li kellu l-\u0127ila li jsalvahom.<\/p>\n<p>Fis-sajf ta&#8217; g\u0127axar snin ilu, bis-sa\u0127\u0127a tal-pudina tieg\u0127i, rritardjaw il-karrozzi tal-linja u Boris Johnson kien sab l-okka\u017cjoni biex jg\u0127addina xi ftit bi\u017c-\u017cmien.<\/p>\n<p>I\u017cda l-pudina tieg\u0127ek, Sur Debono, hi l-a\u0127\u0127ar wa\u0127da minn sensiela li tista&#8217; twassalna g\u0127ar-rovina finanzjarja.<\/p>\n<p>Illum, b\u0127al kull jum ie\u0127or, nippreferi li nibqa&#8217; fi\u017c-\u017carbun tieg\u0127i milli nid\u0127ol f&#8217;tieg\u0127ek.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Omar Debono ma jistax jitqies g\u0127al kollox b\u0127ala persuna pubblika. I\u017cda dak li kiteb fil-Facebook u l-kariga li jokkupa tag\u0127ti xi ftit tal-\u0127jiel dwar il-mentalit\u00e0 ta&#8217; dawk li ng\u0127ataw il-\u0127atriet u dwar il-fatt li b&#8217;nies b\u0127al dawn ftit hemm \u010bans li no\u0127or\u0121u mit-toqba li xe\u0127tuna fiha. Omar Debono huwa wie\u0127ed mill-kapijiet ta&#8217; entit\u00e0 li sejj\u0127ulha [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":101531,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101548\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=101548"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101548\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":101600,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/101548\/revisions\/101600\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/101531\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=101548"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=101548"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=101548"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}