{"id":10158,"date":"2018-08-27T14:02:21","date_gmt":"2018-08-27T12:02:21","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10158"},"modified":"2018-08-31T09:35:54","modified_gmt":"2018-08-31T07:35:54","slug":"ix-xebh-bejn-ix-xenati-tan-nisa-tal-mexxejja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/ix-xebh-bejn-ix-xenati-tan-nisa-tal-mexxejja\/","title":{"rendered":"Ix-xeb\u0127 bejn ix-xenati tan-nisa tal-mexxejja"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-9571\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/magazine-cover.jpg\" alt=\"\" width=\"1558\" height=\"943\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/magazine-cover-300x182.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/magazine-cover-446x270.jpg 446w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/magazine-cover-768x465.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/magazine-cover.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1558px) 100vw, 1558px\" \/><\/p>\n<p>L-editorjal tat-<em>Times of Malta<\/em> tal-lum jittratta dwar ix-xeb\u0127 fil-mod kif i\u0121ibu ru\u0127\u0127om Michelle Muscat u Nickie Vella de Fremaux. L-editur isejj\u0127ilhom <em>WAG<\/em>s u jipparagunahom man-nisa ta&#8217; <em>footballers<\/em> professjonali li w\u0127ud minnhom huma mag\u0127rufa g\u0127all-vujta\u0121ni tag\u0127hom.<\/p>\n<p>U jikkritikahom talli ju\u017caw il-po\u017cizzjoni pubblika tag\u0127hom biex iwa\u0127\u0127lu f&#8217;kul\u0127add &#8211; minflok fihom infushom &#8211; kull darba li ji\u017colqu fin-niexef.<\/p>\n<p>Apprezzajt il-kontenut ta&#8217; dan l-editorjal g\u0127aliex irnexxielu jqaxxar is-sitwazzjoni \u0127afna a\u0127jar milli kelli l-\u0127ila nag\u0127mel jien dwar su\u0121\u0121ett <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/08\/while-youre-jabbering-about-bullying\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">li ppruvajt nikteb dwaru \u017cmien qabel.<\/a><\/p>\n<p>Fi <em>tweet<\/em>, id-deputat Jason Azzopardi qabel mal-editorjal. Jien ma kellimtux i\u017cda nassumi li nteba\u0127 li, hu u\u00a0 japprova l-editorjal, ser ikun ukoll qed jirrita lill-kbarat tad-Dar \u010aentrali. Ming\u0127and Jason Azzoaprdi, Michelle Muscat ma kellhiex g\u0127alfejn tistenna kumplimenti.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Nistedinkom taqraw l-editorjal. U a\u0127sbu ftit <a href=\"https:\/\/t.co\/JfV4z4KZqH\">https:\/\/t.co\/JfV4z4KZqH<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Jason Azzopardi (@AzzopardiJason) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/AzzopardiJason\/status\/1033950764752953344?ref_src=twsrc%5Etfw\">27 ta&#8217; Awwissu 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Pierre Portelli kien pront u fi <em>tweet<\/em> b&#8217;risposta, sekondata minn Hermann Schiavone, wera&#8217; l-istmerrija tieg\u0127u.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Editorjal patetiku. Dawk li huma \u0121enwinament interessati jsiru jafu x&#8217;ifisser il-PN g\u0127andhom jaqraw u jaqsmu dan li \u0121ej <a href=\"https:\/\/t.co\/OzuyTKeJ21\">https:\/\/t.co\/OzuyTKeJ21<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Pierre Portelli (@pportelli) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/pportelli\/status\/1034021917123117056?ref_src=twsrc%5Etfw\">27 ta&#8217; Awwissu 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Ma niskantax li Pierre Portelli \u0127adha kontra dak li kiteb Jason Azzopardi u b\u0127ala l-<em>factotum<\/em> tat-tmexxija tal-PN nikkon\u010bedi li kien fid-dmir li jsib mezz kif seta&#8217; j\u010banfar deputat tal-partit tieg\u0127u stess talli dan qabel pubblikament mal-kontenut ta&#8217; editorjal li kkritika lil mart l-img\u0127allem tieg\u0127u.<\/p>\n<p>I\u017cda Pierre Portelli \u017cbalja bl-ikra\u0127 fl-g\u0127odda li g\u0127a\u017cel. Huwa kkritika lill-editorjal u sejja\u0127lu &#8220;patetiku&#8221;. A\u0121\u0121ettiv b\u0127al dan ma jirriflettix tajjeb fuq partit politiku li jippretendi li qed jinqala&#8217; mill-qieg\u0127. Ir-relazzjoni tal-Partit mal-membri tal-istampa b\u0127alissa jmissha qed titjieb u r-rappre\u017centanti tieg\u0127u jmisshom qed ja\u0127dmu id f&#8217;id biex itejjbu l-\u0127idma ta&#8217; bejniethom.<\/p>\n<p>Jason Azzopardi wie\u0121eb billi kiteb li huwa &#8220;\u0121enn&#8221; li editorjal tat-Times of Malta wie\u0127ed isejja\u0127lu &#8220;patetiku&#8221;. Qal ukoll li meta wie\u0127ed ig\u0127id diskors b\u0127al dan, ikun qed jaqbe\u017c g\u0127al Michelle Muscat.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Li tg\u0127ajjar &#8220;patetiku&#8221; lil \u0121urnal li Partit rispettabbli jkun je\u0127tie\u0121u biex iwassal il-messa\u0121\u0121 politiku tieg\u0127u huwa \u0121enn. Jien kburi li l-\u0127abel ta&#8217; Michelle Muscat qatt ma \u0121bidtu. <a href=\"https:\/\/t.co\/45bipR2kP3\">https:\/\/t.co\/45bipR2kP3<\/a><\/p>\n<p>\u2014 Jason Azzopardi (@AzzopardiJason) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/AzzopardiJason\/status\/1034032922683211776?ref_src=twsrc%5Etfw\">27 ta&#8217; Awwissu 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Ma nafx x&#8217;setg\u0127et kienet l-intenzjoni ta&#8217; Pierre Portelli. I\u017cda ibqg\u0127u \u010berti li mil-lum &#8216;il quddiem il-konversazzjonijiet li ser ikollu mal-\u0121urnalisti tat-<em>Times of Malta<\/em> se jkunu kemmxejn skomdi.<\/p>\n<p>Fil-frattemp jista&#8217; forsi jibda&#8217; ja\u0127seb dwar l-iskumdit\u00e0 li jista&#8217; j\u0127oss meta jlissen xi kelmtejn ma&#8217; mart il-kap tieg\u0127u. G\u0127aliex &#8211; patetiku jew mhux &#8211; jekk jer\u0121g\u0127u jirrepetu ru\u0127\u0127om ix-xenati li tkellem dwarhom l-editorjal stennew li r-reazzjoni tkun aktar mifruxa.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-editorjal tat-Times of Malta tal-lum jittratta dwar ix-xeb\u0127 fil-mod kif i\u0121ibu ru\u0127\u0127om Michelle Muscat u Nickie Vella de Fremaux. L-editur isejj\u0127ilhom WAGs u jipparagunahom man-nisa ta&#8217; footballers professjonali li w\u0127ud minnhom huma mag\u0127rufa g\u0127all-vujta\u0121ni tag\u0127hom. U jikkritikahom talli ju\u017caw il-po\u017cizzjoni pubblika tag\u0127hom biex iwa\u0127\u0127lu f&#8217;kul\u0127add &#8211; minflok fihom infushom &#8211; kull darba li ji\u017colqu fin-niexef. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":9571,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10158\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10158"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10158\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10256,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10158\/revisions\/10256\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/9571\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10158"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10158"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10158"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}