{"id":102053,"date":"2021-07-30T08:08:53","date_gmt":"2021-07-30T06:08:53","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=102053"},"modified":"2021-07-30T11:23:53","modified_gmt":"2021-07-30T09:23:53","slug":"il-komplicita-tat-tvm","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/07\/il-komplicita-tat-tvm\/","title":{"rendered":"Il-kompli\u010bit\u00e0 tat-TVM"},"content":{"rendered":"<p>Araw il-mod kif l-istituzzjonijiet Maltin ji\u017cguraw li kul\u0127add jifhem li huma qed jinjoraw dak kollu li nkiteb dwarhom mill-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Nie\u0127du l-istazzjon TVM, ix-xandar nazzjonali.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-102049\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja.png\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"512\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja-200x150.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja-300x225.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja-400x299.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja-600x449.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/joseph_muscat_reno_bugeja.png 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p>L-Im\u0127allfin tal-inkjesta rrakkomandaw fir-rapport tag\u0127hom li g\u0127andhom isiru emendi lill-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta&#8217; Malta li jirregolaw lill-Awtorit\u00e0 tax-Xandir u dan g\u0127aliex, bil-mod kif inhuma mfasslin, m&#8217;humiex qed ikunu effettivi. Ir-ra\u0121unijiet li n\u0121iebu g\u0127al dawn it-tibdiliet huma li x-xandar nazzjonali ta&#8217; Malta naqas fid-dmir tieg\u0127u li jkun imparzjali u li jxandar b&#8217;mod korrett rapporti dwar l-allegazzjonijiet serji ta&#8217; korruzzjoni li nkixfu bis-sa\u0127\u0127a tal-\u0121urnali\u017cmu investigattiv.<\/p>\n<p>Fi kliem ie\u0127or, tat-TVM huma parzjalment responsabbli g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Li kieku tat-TVM wettqu xog\u0127olhom sewwa u lill-pubbliku infurmawh dwar dak kollu li kienet kixfet Daphne Caruana Galizia, l-pubbliku ma kienx jittollera l-impunit\u00e0 u l-protezzjoni li Joseph Muscat kien jag\u0127ti lill-politi\u010bi li jkunu nkixfu.<\/p>\n<p>I\u017cda tat-TVM lil Daphne Caruana Galizia njorawha \u0127lief meta kellhom i\u010b-\u010bans li jippruvaw jimminwha b&#8217;mod sottili. Per e\u017cempju, kienu jirrappurtaw dwar kull libell fil-qorti li kien isirilha i\u017cda kienu jonqsu li jsemmu l-kuntest tal-fastidju metodiku li kienet tin\u010bievi u l-pressjoni li kien isirilha minn uffi\u010bjali pubbli\u010bi li kienu jinqdew bil-qrati biex isawwtuha. L-Im\u0127allfin tal-inkjesta nteb\u0127u li dawk il-libelli kienu biss att ta&#8217; fastidju u g\u0127amlu rakkomandazzjonijiet g\u0127at-tfassil ta&#8217; li\u0121ijiet biex politi\u010bi ma jit\u0127allewx ju\u017caw il-libelli b\u0127ala g\u0127odda biex isawwtu lill-\u0121urnalisti. I\u017cda tat-TVM \u2013 partikolarment \u0121urnalisti tat-TVM b\u0127alma huma Reno Bugeja u Norma Saliba \u2013 dan il-kuntest injorawh totalment.<\/p>\n<p>Jekk int wie\u0127ed minn dawk li ssegwi biss l-a\u0127barijiet tal-istazzjon nazzjonali (u minn dawn hawn kemm trid) ser tisma&#8217; biss\u00a0 dwar Daphne Caruana Galizia meta jsirilha xi libell. M&#8217;intix ser issegwi rapport dwar dak li tkun kitbet. U wara li tkun segwejt \u017cew\u0121 jew tliet rapporti b\u0127al dan, f&#8217;mo\u0127\u0127ok tibda&#8217; tikklassifikaha mal-kriminali filwaqt li l-politi\u010bi favoriti tieg\u0127ek tibda&#8217; tarahom b\u0127ala &#8220;vittmi&#8221;.<\/p>\n<p>Dan il-qerq ta&#8217; TVM g\u0127en biex inqatlet Daphne.<\/p>\n<p>Hekk kif istituzzjoni tal-Istat g\u0127adha kemm irrakkomandaw li l-Kostituzzjoni ta&#8217; Malta g\u0127andha ti\u0121i emendata biex ji\u0121i \u017cgurat li l-\u0121urnalisti tat-TVM ma jer\u0121g\u0127ux jonqsu minn dmirhom, wi\u010b\u010b dawn tal-a\u0127\u0127ar g\u0127andu ji\u0127mar bil-mist\u0127ija. B&#8217;mod partikolari meta wie\u0127ed jiftakar li n-nuqqasijiet tag\u0127hom ikkontribwew biex inqatlet \u0121urnalista suppost kollega tag\u0127hom.<\/p>\n<p>I\u017cda l-verit\u00e0 hi li dawn huma kollox barra \u0121urnalisti. M&#8217;huma xejn \u0127lief propagandisti.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-102047\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40.jpeg\" alt=\"\" width=\"739\" height=\"1600\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40-139x300.jpeg 139w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40-200x433.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40-400x866.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40.jpeg 473w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40-600x1299.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/07\/WhatsApp-Image-2021-07-29-at-22.18.40-709x1536.jpeg 709w\" sizes=\"(max-width: 739px) 100vw, 739px\" \/><\/p>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan l-i<em>screenshot<\/em> tal-protesta li saret il-biera\u0127 quddiem Kastilja. Min segwa r-rapport imxandar mill-<em>website<\/em> tat-TVM ing\u0127ata l-impressjoni li jien kont qed nipprotesta wa\u0127di. Minflok ippre\u017centaw ir-rabja ta&#8217; dawk li kienu pre\u017centi g\u0127all-fatt li, lill- ministri tal-gvern, istituzzjoni tal-istat sabithom \u0127atja tal-qtil ta&#8217; \u0121urnalista, x-xandar nazzjonali pin\u0121a l-protesta b\u0127ala wa\u0127da ta&#8217; bniedem wie\u0127ed.<\/p>\n<p>Ftit tal-jiem ilu , tat-TVM xandru rapport dwar il-provi li \u0121ew pre\u017centati fil-qorti fil-ka\u017c li sar kontra Yorgen Fenech minn iben il-vittma, Matthew Caruana Galizia. Fir-rapport dawn qalu li Matthew Caruana Galizia kixef <em>emails<\/em> li juru li Yorgen Fenech ried jag\u0127mel libell lil David Casa u lil Manuel Delia.<\/p>\n<p>Riedu jpin\u0121u din l-istorja b\u0127ala wa\u0127da li hi tas-soltu.<\/p>\n<p>Min jaf x&#8217;kienu jg\u0127idu li kieku saru jafu li xi \u0127add kien qed ifassal pjan biex jag\u0127mlilhom kaw\u017ca g\u0127ad-danni ta&#8217; \u00a320 miljun jew \u00a370 miljun f&#8217;xi qorti Ngli\u017ca? Min jaf kienx itihom \u0121enn jew kienux jibqg\u0127u friski b\u0127al \u0127assa?<\/p>\n<p>I\u017cda, wara kollox, ta\u0127sbu li Yorgen Fenech kien ser joqg\u0127od i\u0127abbel rasu biex i\u0127arrek lill-propagandisti ta&#8217; Joseph Muscat?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Araw il-mod kif l-istituzzjonijiet Maltin ji\u017cguraw li kul\u0127add jifhem li huma qed jinjoraw dak kollu li nkiteb dwarhom mill-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Nie\u0127du l-istazzjon TVM, ix-xandar nazzjonali. L-Im\u0127allfin tal-inkjesta rrakkomandaw fir-rapport tag\u0127hom li g\u0127andhom isiru emendi lill-klawsoli fil-Kostituzzjoni ta&#8217; Malta li jirregolaw lill-Awtorit\u00e0 tax-Xandir u dan g\u0127aliex, bil-mod kif inhuma mfasslin, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102050,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102053\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=102053"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102053\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":102057,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102053\/revisions\/102057\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102050\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=102053"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=102053"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=102053"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}