{"id":10220,"date":"2018-08-31T09:39:07","date_gmt":"2018-08-31T07:39:07","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10220"},"modified":"2018-08-31T09:39:07","modified_gmt":"2018-08-31T07:39:07","slug":"ahjar-minn-daqqa-ta-trakk","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/ahjar-minn-daqqa-ta-trakk\/","title":{"rendered":"A\u0127jar minn daqqa ta&#8217; trakk"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10207\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/euro.jpg\" alt=\"\" width=\"656\" height=\"500\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/euro-300x229.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/euro-354x270.jpg 354w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/euro.jpg 656w\" sizes=\"(max-width: 656px) 100vw, 656px\" \/><\/p>\n<p>Gvernijiet Laburisti m&#8217;g\u0127amlu xejn ta&#8217; barra minn hawn. Il-gvern li g\u0127andna llum \u017cgur ma vvinta xejn \u0121did. Gvernijiet Nazzjonalisti wkoll kienu jibg\u0127atu \u010bekkijiet lil bosta persuni b\u0127ala rifu\u017cjoni ta&#8217; \u0127a\u0121a jew o\u0127ra. M&#8217;hux daqstant importanti min jag\u0127mel dawn l-affarijiet: din il-prattika hi wa\u0127da populista, mimlija \u0127ela u bla skop.<\/p>\n<p>Illum il-Ministru tal-Finanzi \u0127abbar li l-gvern se jwettaq weg\u0127da elettorali Laburista billi jag\u0127mel pagament prattikament lil kull min i\u0127allas it-taxxa. Dawk li s-sena li g\u0127addiet qalg\u0127u inqas minn \u20ac15,000 se jir\u010bievu \u20ac68. U kull min qala&#8217; sa \u20ac60,000 se jir\u010bievi ftit anqas.<\/p>\n<p>Dawn il-\u0127lasijiet se jfissru spi\u017ca totali ta&#8217; \u20ac11.4 million u dan ming\u0127ajr ma wie\u0127ed iqis l-ispejje\u017c amministrattivi, dawk tal-istampar ta\u010b-\u010bekkijiet u l-ispejje\u017c tal-posta u tal-ippro\u010bessar ta&#8217; kull pagament individwali. Anki l-<em>carbon footprint<\/em> ta&#8217; dan l-e\u017cer\u010bizzju huwa m&#8217;g\u0127ola s-smewwiet.<\/p>\n<p>Din il-mi\u017cura sserra\u0127 fuq il-per\u010bezzjoni \u0121enerali li l-gvern huwa \u2018\u0127addie\u0127or\u2019. U allura je\u0127tie\u0121 li nkunu grati g\u0127al dawn il-\u0127lasijiet li jitqiesu b\u0127allikieku huma xi manna nie\u017cla mis-sema jew xita qliel fil-bnazzi: m&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-gvern mo\u0127\u0127u fil-\u0121bir tal-premju politiku.<\/p>\n<p>Fi<em> tweet<\/em>, il-prim ministru dan sejja\u0127lu \u201cprosperit\u00e0 bi skop\u201d.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\">Kif wieg\u0127edna qabel l-elezzjoni, il-<a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/workers?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#\u0127addiema<\/a> u dawk li jaqilg\u0127u anqas minn \u20ac60,000 se jir\u010bievu l-ewwel rifu\u017cjoni mit-<a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/tax?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#taxxa<\/a>. 200,000 ru\u0127 se jibbenefikaw minn somma totali \u20ac11.4 million bil-g\u0127an li kul\u0127add ikollu sehem mis-su\u010b\u010bess ta&#8217; <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Malta?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Malta<\/a>. Din hija <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Prosperity?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Prosperit\u00e0<\/a> bi <a href=\"https:\/\/twitter.com\/hashtag\/Purpose?src=hash&amp;ref_src=twsrc%5Etfw\">#Skop<\/a> -JM<\/p>\n<p>\u2014 Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/JosephMuscat_JM\/status\/1034794446209073153?ref_src=twsrc%5Etfw\">29 ta&#8217; Awwissu 2018<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p>Ftit kien hawn <em>taglines<\/em> imdendlin ma&#8217; \u010bekk adatti daqs dan. Il-\u0127las ta&#8217; darba ta&#8217; ammonti li jvarjaw bejn l-\u20ac40 u t-\u20ac68 lin-nies mhux se jag\u0127milhom aktar sinjuri. \u010aertament hi a\u0127bar tajba g\u0127al dawk li jirra\u0121unaw li \u201ca\u0127jar minn daqqa ta\u2019 trakk\u201d. Jew li \u201cqatt ma rrifjutajna qam\u0127\u201d.<span class=\"Apple-converted-space\">\u00a0<\/span><\/p>\n<p>Dan se jkun \u0127las li se jintesa&#8217; malli jit\u0127allsu l-ispejje\u017c tal-iskola tat-tfal jew ma&#8217; l-ewwel pizza li tinxtara.<\/p>\n<p>Dan il-\u0127las la se jag\u0127mel sinjur lil kull min jir\u010bievih u lanqas jista&#8217; jitqies b\u0127ala spi\u017ca bi skop. G\u0127aliex filwaqt li l-\u0127las individwali ta&#8217; xi ftit ewro mhux se jag\u0127mel differenza g\u0127all-ispi\u017ca ta&#8217; kuljum tal-familja, il-\u0127ru\u0121 malajr malajr ta&#8217; \u20ac12 miljun mill-kaxxa ta&#8217; Malta hija spi\u017ca konsiderevoli.<\/p>\n<p>Fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam l-infieq ta&#8217; flejjes pubbli\u010bi, l-aktar kritika fa\u010bli li tista&#8217; ssir lill-Ministri tal-Finanzi hi dwar kif dawn setg\u0127u nefqu l-flus a\u0127jar. Filwaqt li setg\u0127u intefqu flus biex inxtraw aktar lo\u017cor g\u0127all-isptarijiet, setg\u0127u \u0121ew iffrankati flejjes ta&#8217; safar fil-<em>business class<\/em>. Jew setg\u0127u \u0121ew iffrankati flejjes li soltu jintefqu f&#8217;ri\u010bevimenti barra minn Malta biex dawn jintefqu g\u0127all-irran\u0121ar ta&#8217; xi <em>playing field.<\/em><\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andix grazzja mar-ra\u0121unar superfi\u010bjali. I\u017cda nista&#8217; ng\u0127id b&#8217;sa\u0127\u0127a li \u0121aladarba l-gvern sab \u20ac12 miljun mill-kaxxa ta&#8217; Malta, kien ikun ferm a\u0127jar li kieku dde\u010bieda li jonfoqhom g\u0127all-\u0121id komuni milli\u00a0 jispezzettahom fi frazzjonijiet \u010bkejknin.<\/p>\n<p>Darb&#8217;o\u0127ra l-Ministru tal-Finanzi jmissu jdur fuq s\u0127abu u jitlobhom ig\u0127addulu l-ideat tag\u0127hom dwar kif tista&#8217; ssir nefqa b\u0127al din g\u0127all-\u0121id komuni. \u20ac12 il-miljun jistg\u0127u jag\u0127mlu differenza kbira g\u0127al \u0127ajjet x&#8217;u\u0127ud.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Gvernijiet Laburisti m&#8217;g\u0127amlu xejn ta&#8217; barra minn hawn. Il-gvern li g\u0127andna llum \u017cgur ma vvinta xejn \u0121did. Gvernijiet Nazzjonalisti wkoll kienu jibg\u0127atu \u010bekkijiet lil bosta persuni b\u0127ala rifu\u017cjoni ta&#8217; \u0127a\u0121a jew o\u0127ra. M&#8217;hux daqstant importanti min jag\u0127mel dawn l-affarijiet: din il-prattika hi wa\u0127da populista, mimlija \u0127ela u bla skop. Illum il-Ministru tal-Finanzi \u0127abbar li l-gvern [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10207,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10220\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10220"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10220\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10258,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10220\/revisions\/10258\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10207\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10220"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10220"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10220"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}