{"id":102230,"date":"2021-08-03T10:39:27","date_gmt":"2021-08-03T08:39:27","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=102230"},"modified":"2021-08-03T12:01:06","modified_gmt":"2021-08-03T10:01:06","slug":"ian-abdilla-sospiz-u-ser-ikun-is-suggett-ta-investigazzjoni-dixxiplinarja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/08\/ian-abdilla-sospiz-u-ser-ikun-is-suggett-ta-investigazzjoni-dixxiplinarja\/","title":{"rendered":"Ian Abdilla sospi\u017c u ser ikun is-su\u0121\u0121ett ta&#8217; investigazzjoni dixxiplinarja"},"content":{"rendered":"<p>G\u0127adni kemm sirt naf li dak li sa ftit ilu kien imexxi l-<em>Economic Crimes Unit<\/em> tal-korp tal-Pulizija, Ian Abdilla, \u0121ie sospi\u017c mill-korp u ser ji\u0121i investigat ta\u0127t ir-regolamenti ta&#8217; dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.<\/p>\n<p>F&#8217;\u0120unju tas-sena l-o\u0127ra, ftit wara li l-Kummissarju pre\u017centi An\u0121lu Gaf\u00e0 ng\u0127ata l-\u0127atra, Ian Abdilla kien tne\u0127\u0127a mill-<em>Economic Crimes Unit<\/em>\u00a0u \u0121ie trasferit lejn dipartiment li jie\u0127u \u0127sieb xog\u0127ol amministrattiv intern.<\/p>\n<p>Meta dalg\u0127odu staqsejt lill-Pulizija dwar jekk Ian Abdilla kienx \u0121ie sospi\u017c, dawn ikkonfermaw mieg\u0127i li \u201cl-Pulizija ta&#8217; Malta issospendiet uffi\u010bjal tal-Pulizija ta\u0127t ir-regolamenti ta&#8217; dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u dan ser jibqa&#8217; sospi\u017c sakemm jintemmu l-investigazzjonijiet.\u201d<\/p>\n<p>I\u017cda kienu l-konklu\u017cjonijiet tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li wasslu g\u0127al din is-sospensjoni u g\u0127at-tnedija tal-pro\u010beduri li jistg\u0127u jwasslu g\u0127at-tke\u010b\u010bija tieg\u0127u mill-korp.<\/p>\n<p>F&#8217;Marzu 2020 l-Im\u0127allfin tal-inkjesta kienu xxukkjaw ru\u0127\u0127om huma u jisimg\u0127u lil Ian Abdilla jammetti li fl-2017 kien iltaqa&#8217; ma&#8217; Keith Schembri f&#8217;Kastilja sabiex mieg\u0127u jiddiskuti rapporti tal-<em>Financial Intelligence Agency<\/em>\u00a0li kienu waslu g\u0127al konklu\u017cjoni li je\u017cistu suspetti li Keith Schembri kien imda\u0127\u0127al fil-kriminalit\u00e0.<\/p>\n<p>Abdilla kien ammetta li Keith Schembri kien bg\u0127at g\u0127alih u li hu kien tah parir sabiex ifittex parir legali biex ikun jista&#8217; jirribatti r-rapporti dwar l-e\u017cistenza ta&#8217; korruzzjoni u ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flejjes ma\u0127mu\u0121in.<\/p>\n<p>Fl-istess waqt, il-Pulizija kienet \u010ba\u0127det rapporti fl-istampa fis-sens li Keith Schembri kien ta\u0127t suspett dwar twettiq ta&#8217; reati kriminali u ddikjarat li ma te\u017cisti ebda ba\u017ci biex issir investigazzjoni.<\/p>\n<p>Fir-rapport tag\u0127hom, l-Im\u0127allfin tal-inkjesta rrimarkaw li Ian Abdilla baqa&#8217; ma \u0127a ebda passi kontra tan-<em>Nexia BT<\/em> u dan min\u0127abba parir li ng\u0127ata mill-Avukat \u0120enerali li kien tal-fehma li kieku l-Pulizija kellha tissekwestra <em>files<\/em> u <em>servers<\/em> biex tkun tista&#8217; tinvestiga l-kriminalit\u00e0, kienet tkun intrusiva \u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p>L-Im\u0127allfin irri\u017cultalhom ukoll li minn Frar 2017 &#8216;il quddiem Ian Abdilla kien refa&#8217; f&#8217;kexxun il-provi u l-evidenza li kienu g\u0127addewlu l-pulizija ta&#8217; ta\u0127tu. Fi Frar 2020, dawn xehdu fil-qorti u qalu li minkejja l-parir li kienu tawh biex jibda&#8217; pro\u010beduri kriminali bil-qorti, Ian Abdilla baqa&#8217; ma \u010b\u010baqlaqx.<\/p>\n<p>Sa dakinhar f&#8217;Marzu 2020 li Ian Abdilla xehed quddiem l-Im\u0127allfin tal-inkjesta, l-Pulizija kienet g\u0127adha ma nterrogat lil \u0127add dwar il-<em>Panama Papers<\/em> minkejja l-fatt li dan l-iskandlu kien inkixef minn Daphne Caruana Galizia g\u0127all-ewwel darba sa minn Frar 2016.<\/p>\n<p>Lill-Im\u0127allfin irri\u017cultalhom li din in-nuqqas ta&#8217; azzjoni min-na\u0127a tal-istituzzjonijiet \u0127olqot atmosfera ta&#8217; impunit\u00e0 li wasslet g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Il-konklu\u017cjoni li l-Istat Malti hu responsabbli g\u0127all-qtil ta&#8217; \u0121urnalista hi msejjsa fuq dan il-fatt.<\/p>\n<p>Dalg\u0127odu Repubblika xandret kitba b&#8217;rabta ma&#8217; Ian Abdilla b\u0127ala parti minn sensiela ta&#8217; kitbiet li jsejj\u0127u lill-Pulizija biex tie\u0127u passi kontra persuni li g\u0127andhom is-setg\u0127a li sal-lum g\u0127adhom igawdu l-impunit\u00e0.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frepubblika%2Fposts%2F968260730415062&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"716\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>G\u0127adni kemm sirt naf li dak li sa ftit ilu kien imexxi l-Economic Crimes Unit tal-korp tal-Pulizija, Ian Abdilla, \u0121ie sospi\u017c mill-korp u ser ji\u0121i investigat ta\u0127t ir-regolamenti ta&#8217; dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. F&#8217;\u0120unju tas-sena l-o\u0127ra, ftit wara li l-Kummissarju pre\u017centi An\u0121lu Gaf\u00e0 ng\u0127ata l-\u0127atra, Ian Abdilla kien tne\u0127\u0127a mill-Economic Crimes Unit\u00a0u \u0121ie trasferit [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102226,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102230\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=102230"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102230\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":102232,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102230\/revisions\/102232\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102226\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=102230"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=102230"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=102230"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}