{"id":102318,"date":"2021-08-04T10:43:31","date_gmt":"2021-08-04T08:43:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=102318"},"modified":"2021-08-04T12:02:32","modified_gmt":"2021-08-04T10:02:32","slug":"ir-raguni-ewlenija-ghala-ghandu-jwarrab-edward-zammit-lewis","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/08\/ir-raguni-ewlenija-ghala-ghandu-jwarrab-edward-zammit-lewis\/","title":{"rendered":"Ir-ra\u0121uni ewlenija g\u0127ala g\u0127andu jwarrab Edward Zammit Lewis"},"content":{"rendered":"<p>Ir-ra\u0121uni ewlenija l-g\u0127ala Edward Zammit Lewis g\u0127andu jwarrab m&#8217;hix g\u0127aliex dan offenda lill-votanti u partitarji tieg\u0127u stess bi kliem dispre\u0121\u0121jattiv meta g\u0127ajjarhom &#8220;\u0121a\u0127an&#8221;. Dawn g\u0127andhom ra\u0121un jie\u0127du g\u0127alihom u x&#8217;aktarx li din it-tg\u0127ajjira ser jibqg\u0127u jiftakruha dakinhar li jmorru jivvutaw fl-elezzjoni li \u0121ejja.<\/p>\n<p>Meta semma&#8217; l-kelma &#8220;\u0121a\u0127an&#8221;, Edward Zammit Lewis kien f&#8217;nofs konversazzjoni ma&#8217; bniedem li g\u0127alih kien u g\u0127adu &#8220;\u0127abib&#8221; &#8211; Yorgen Fenech. Dak i\u017c-\u017cmien jista&#8217; jkun li ma kienx g\u0127adu ssuspetta li l-&#8220;\u0127abib&#8221; tieg\u0127u kien qatel \u0121urnalista. I\u017cda jibqa&#8217; l-fatt li xorta wa\u0127da ma nafx kif seta&#8217; jkompli jiddefendi pubblikament il-\u0127biberija tieg\u0127u ma&#8217; Yorgen Fenech ming\u0127ajr ma&#8217; juri sog\u0127ba li l-&#8220;\u0127abib&#8221; tieg\u0127u huwa ta\u0127t suspett ra\u0121jonevoli li qatel \u0121urnalista.<\/p>\n<p>I\u017cda anki jekk hemm dubju dwar dan, Edward Zammit Lewis ma setg\u0127ax jinjora s-suspett li kellu kwa\u017ci kul\u0127add f&#8217;mo\u0127\u0127u li s-sid ta&#8217; 17 Black &#8211; bniedem li Edward Zammit Lewis kien jaf daqs \u0127addie\u0127or li hu Yorgen Fenech &#8211; kien bniedem li jxa\u0127\u0127am lill-politi\u010bi.<\/p>\n<p>Dan ma jistax \u0127lief ifisser li jew Edward Zammit Lewis innifsu kien qed jixxa\u0127\u0127am minn Yorgen Fenech (u b&#8217;ri\u0127et dan ikollu jwarrab u ji\u0121i m\u0127arrek fil-qorti kriminalment) jew inkella xejn ma ddardar li jkun &#8220;\u0127abib&#8221; ta&#8217; negozjant li kien ixa\u0127\u0127am lill-kollegi tieg\u0127u (u b&#8217;ri\u0127et dan ikollu jwarrab u jfittex li jing\u0127ata l-g\u0127ajnuna medika).<\/p>\n<p>Dawn huma kollha ra\u0121unijiet il-g\u0127ala g\u0127andu jwarrab jew inkella jitke\u010b\u010ba. I\u017cda dawn m&#8217;humiex ir-ra\u0121unijiet ewlenin.<\/p>\n<p>Ir-ra\u0121uni ewlenija li dwarha Edward Zammit Lewis g\u0127andu jwarrab jew jitke\u010b\u010ba hi li fil-Parlament Edward Zammit Lewis kien ipprova jxekkel il-pro\u010bess li kellu jwassal biex tinkixef il-verit\u00e0 dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Il-verit\u00e0 dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia kienet qed timmina l-interessi tal-&#8220;\u0127abib&#8221; tieg\u0127u Yorgen Fenech. U issa l-verit\u00e0 dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia \u0121iet stabilita minn Im\u0127allfin ta&#8217; inkjesta indipendenti li ddikjaraw li l-provi li semg\u0127u u l-evidenza li raw b&#8217;g\u0127ajnejhom kienet bi\u017c\u017cejjed biex setg\u0127u jikkonkludu li Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet min\u0127abba l-investigazzjonijiet li kienet qed tag\u0127mel dwar l-iskandlu Electrogas, liema investigazzjonijiet kienu qed jimminaw l-interessi ta&#8217; dawk li riedu jaraw il-pro\u0121ett varat.<\/p>\n<p>U dawn kienu grupp \u0121mielu ta&#8217; persuni. U kien il-&#8220;\u0127abib&#8221; tieg\u0127u Yorgen Fenech li allegatament xa\u0127\u0127am ministri biex akkwista l-kuntratt u li allegatament qatel \u0121urnalista f&#8217;attentat biex jg\u0127atti xturu.<\/p>\n<p>Huwa tassew fatt ironiku li kellu jkun il-Ministru tal-\u0120ustizzja li g\u0127andna illum li kien \u0121ab ru\u0127u b&#8217;dan il-mod. Fil-Parlament dan kien sa\u0127ansitra tkellem kontra li ssir inkjesta indipendenti biex il-pajji\u017c isir jaf jekk l-Istat kellux sehem jew le fil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Dak i\u017c-\u017cmien kien g\u0127adu ma le\u0127aqx Ministru tal-\u0120ustizzja. Kien biss membru parlamentari li, minflok tkellem biex i\u0121ib &#8216;il quddiem l-interessi tal-poplu li jirrappre\u017centa u mhux l-interessi personali tieg\u0127u, tkellem biex i\u0121ib &#8216;il quddiem l-interessi tal-\u0127bieb mhux dikjarati tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Ag\u0127atu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-filmat li n\u0121ibed f&#8217;Di\u010bembru 2018. Din hi r-ra\u0121uni ewlenija l-g\u0127ala Edward Zammit Lewis g\u0127andu jwarrab &#8211; mhux biss mill-Kabinett i\u017cda anki mill-Parlament.<\/p>\n<p>Membri parlamentari li jippruvaw ixekklu l-\u0121ustizzja meta din tkun qed timmira fuq il-\u0127bieb tag\u0127hom m&#8217;hemmx posthom fil-\u0127ajja pubblika. \u010aertament m&#8217;hemmx posthom f&#8217;pajji\u017c demokratiku li jag\u0127ti x&#8217;jifhmu lill-qattiela ta&#8217; \u0121urnalisti li jistg\u0127u joqtlu kemm iridu b&#8217;impunit\u00e0 s\u0127i\u0127a. Din m&#8217;hix id-demokrazija li tixirqilna.<\/p>\n<p>U dan qed niktbu ukoll f&#8217;isem il-votanti \u0121a\u0127an li Edward Zammit Lewis tant jistmerr &#8211; u wkoll f&#8217;isem dawk il-votanti \u0121a\u0127an li sal-lum g\u0127adhom japo\u0121\u0121jawh.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=321&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Faquilinakarol%2Fvideos%2F350166093499481%2F&amp;show_text=true&amp;width=560&amp;t=0\" width=\"560\" height=\"436\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ir-ra\u0121uni ewlenija l-g\u0127ala Edward Zammit Lewis g\u0127andu jwarrab m&#8217;hix g\u0127aliex dan offenda lill-votanti u partitarji tieg\u0127u stess bi kliem dispre\u0121\u0121jattiv meta g\u0127ajjarhom &#8220;\u0121a\u0127an&#8221;. Dawn g\u0127andhom ra\u0121un jie\u0127du g\u0127alihom u x&#8217;aktarx li din it-tg\u0127ajjira ser jibqg\u0127u jiftakruha dakinhar li jmorru jivvutaw fl-elezzjoni li \u0121ejja. Meta semma&#8217; l-kelma &#8220;\u0121a\u0127an&#8221;, Edward Zammit Lewis kien f&#8217;nofs konversazzjoni ma&#8217; bniedem [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102308,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102318\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=102318"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102318\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":102323,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102318\/revisions\/102323\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102308\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=102318"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=102318"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=102318"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}