{"id":102391,"date":"2021-08-10T09:43:05","date_gmt":"2021-08-10T07:43:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=102391"},"modified":"2021-08-10T16:42:03","modified_gmt":"2021-08-10T14:42:03","slug":"il-flus-huma-s-sahha-taghna","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/08\/il-flus-huma-s-sahha-taghna\/","title":{"rendered":"\u2018Il-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na\u2019"},"content":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 fil-qorti Melvyn Theuma xehed li Yorgen Fenech kien stqarr li &#8220;l-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na&#8221; dakinhar li Theuma ssu\u0121\u0121erielu li seta&#8217; jwaqqaf il-\u0127lasijiet ta&#8217; eluf ta&#8217; ewro li l-a\u0127wa Degiorgio &#8211; li issa kienu arrestati fil-\u0127abs &#8211; kienu qed jerdg\u0127u minn fuq dahru. Kienu kliem tipi\u010bi ta&#8217; kap tal-mafja.<\/p>\n<p>\u2018Il-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na\u2019<\/p>\n<p>Ma kienu xejn \u0127lief kliem li jirriflettu l-mentalit\u00e0 ta&#8217; Yorgen Fenech, wie\u0127ed mill-kapijiet tal-mafja lokali.<\/p>\n<p>Skont Melvyn Theuma, dawn il-kliem kien lissinhom Yorgen Fenech stess u ma jirri\u017cultawx minn xi <em>recording.<\/em> G\u0127alkemm Yorgen Fenech x&#8217;aktarx m&#8217;huwiex ser ikun xhud fil-\u0121uri tieg\u0127u, huwa mistenni li ser ji\u010b\u0127ad li kien lissen dawn il-kliem jew li kien g\u0127amel dak li Melvyn Theuma xehed li kien g\u0127amel hu u jlissinhom.<\/p>\n<p>Ix-xhieda ta&#8217; Melvyn Theuma tinsab korroborata minn sensiela ta&#8217; fatti. Wa\u0127da minn dawn il-fatti hi r-ri\u010bevuti li Melvyn Theuma kien wera&#8217; lill-Pulizija, liema ri\u010bevuti kienu nkitbu minn Mario Degiorgio f&#8217;isem \u0127utu. Tg\u0127id din tammonta g\u0127al forensika a\u010b\u010bettabbli? Jista&#8217; jkun li le. I\u017cda hemm fatt wie\u0127ed li \u0127add ma jista&#8217; ji\u010b\u0127du: xi \u0127add kien qed i\u0127allas il-kontijiet g\u0127oljin tal-avukat tal-a\u0127wa Degiorgio kif ukoll id-drittijiet tal-esperti tekni\u010bi g\u0127ar-rapporti li dawn fasslu u li dwarhom jien kont ktibt ukoll.<\/p>\n<p>Yorgen Fenech igawdi l-appo\u0121\u0121. Ma niskanta xejn b&#8217;dan. Tot\u00f2 Riina ukoll kellu l-appo\u0121\u0121 u qabel \u0121ie arrestat, kien ilu snin twal jg\u0127ix f&#8217;mo\u0127ba. Yorgen Fenech kien fil-qu\u010b\u010bata ta&#8217; piramida ta&#8217; \u0121id li minnha kienu jgawdu mijiet ta&#8217; persuni li kienu jag\u0127mlu minn kollox biex jikkuntentawh.<\/p>\n<p>Dawn g\u0127adhom sal-lum jaqilg\u0127u l-g\u0127ajxien tag\u0127hom minn fuq dahru. Dakinhar li erba&#8217; attivisti ta&#8217; Repubblika saqu g\u0127al quddiem il-bieb prin\u010bipali tal-Lukanda Hilton biex jipprotestaw kontra n-namrar ina\u010b\u010bettabbli li kien hemm bejn Yorgen Fenech u Edward Zammit Lewis, tfa\u010b\u010baw numru ta&#8217; manigoldi u g\u0127amlu xenata s\u0127i\u0127a talli dawn l-attivisti a\u017c\u017cardaw jersqu qrib il-maqdes tal-eroj tag\u0127hom.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Ffrau.kanzler2007%2Fposts%2F6021144281261409&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"771\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Wa\u0127da mara li, mid-dehra, tridha ta&#8217; xi eroj g\u0127amlet plejtu s\u0127i\u0127 quddiem dawn l-erba&#8217; attivisti talli\u00a0 &#8211; skont hi &#8211; dawn taw fastidju lil omm Yorgen Fenech. <a href=\"https:\/\/simonmercieca.com\/2021\/08\/06\/tar-repubblika-marru-quddiem-il-hilton-l-anqas-rispett-lejn-il-haddiema-ma-ghandhom\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">U Simon Mercieca g\u0127amel \u0127afna g\u0127a\u0121eb dwar l-attivisti u kiteb li bl-im\u0121ieba tag\u0127hom dawn heddew il-\u0127ob\u017c tal-\u0127addiema bie\u017clin tal-Lukanda Hilton.<\/a><\/p>\n<p>U proprju hemm, fil-maqdes li hi Lukanda Hilton fejn Yorgen Fenech huwa meqjus b\u0127ala eroj u ommu kunsidrata b\u0127allikieku kienet id-Duluri, tidwi l-g\u0127ajta li ttarrax: \u201cil-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na\u201d.<\/p>\n<p>Il-manigoldi tal-kan\u010bell tal-Hilton u dawk li jmexxuhom, dik il-mara li g\u0127amlet plejtu, dak il-lag\u0127qi Simon Mercieca u sa\u0127ansitra anki omm Yorgen Fenech &#8211; dawn m&#8217;huma qatt ser ji\u0121bdu konklu\u017cjonijiet lo\u0121i\u010bi mill-fatt li Yorgen Fenech, meta kien g\u0127adu ji\u0121ri barra, kien qed i\u0127allas l-avukat tal-a\u0127wa Degiorgio &#8211; l-persuni li kienu ntbag\u0127tu l-\u0127abs sakemm ig\u0127addu \u0121uri mixlijin bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Lil dawn lanqas biss ig\u0127addilhom minn mo\u0127\u0127hom x&#8217;tassew ifisser dan kollu. G\u0127aliex dawn jinsabu ma\u0127kumin mis-sa\u0127\u0127a li g\u0127andu Yorgen Fenech kif ukoll minn flusu.<\/p>\n<p>Il-familja Fenech g\u0127adha sal-lum is-sid tal-Hilton. U g\u0127adhom sal-lum s\u0127ab mas-Siemens fl-Electrogas. G\u0127adhom sal-lum jaqilg\u0127u l-mijiet tal-eluf mill-casin\u00f2 tag\u0127hom minkejja r-rabtiet li nkixfu mal-kriminalit\u00e0 organizzata. Flus li \u0121ew u g\u0127adhom qed ji\u0121u \u0121enerati minn dawn in-negozji g\u0127addew minn id Yorgen Fenech g\u0127al g\u0127and l-assassini u l-avukati tag\u0127hom. U issa dawn il-flejjes ma\u0127mu\u0121in qed jintefqu biex issir difi\u017ca lir-reputazzjoni tieg\u0127u fil-qorti u barra mill-g\u0127atba tag\u0127ha.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, kul\u0127add g\u0127andu dritt li fil-qorti jkollu difi\u017ca xierqa. Jekk Yorgen Fenech m&#8217;g\u0127andux flus nodfa biex ikun jista&#8217; j\u0127allas lill-avukati, l-Istat g\u0127andu jipprovdilu avukat.<\/p>\n<p>I\u017cda, b\u0127al fi\u017c-\u017cmien meta kien g\u0127adu ji\u0121ri barra, Yorgen Fenech jaf li l-flus huma s-sa\u0127\u0127a tieg\u0127u.<\/p>\n<p>U li l-flus ma\u0127mu\u0121in huma s-sa\u0127\u0127a ma\u0127mu\u0121a li g\u0127andu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-biera\u0127 fil-qorti Melvyn Theuma xehed li Yorgen Fenech kien stqarr li &#8220;l-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na&#8221; dakinhar li Theuma ssu\u0121\u0121erielu li seta&#8217; jwaqqaf il-\u0127lasijiet ta&#8217; eluf ta&#8217; ewro li l-a\u0127wa Degiorgio &#8211; li issa kienu arrestati fil-\u0127abs &#8211; kienu qed jerdg\u0127u minn fuq dahru. Kienu kliem tipi\u010bi ta&#8217; kap tal-mafja. \u2018Il-flus huma s-sa\u0127\u0127a tag\u0127na\u2019 Ma kienu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102376,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102391\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=102391"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102391\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":102395,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102391\/revisions\/102395\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102376\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=102391"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=102391"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=102391"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}