{"id":102459,"date":"2021-08-12T09:28:01","date_gmt":"2021-08-12T07:28:01","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=102459"},"modified":"2021-08-12T18:22:47","modified_gmt":"2021-08-12T16:22:47","slug":"raguni-ohra-l-ghala-ma-sarux-tahrikiet-fil-qorti-dwar-l-iskandlu-electrogas","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/08\/raguni-ohra-l-ghala-ma-sarux-tahrikiet-fil-qorti-dwar-l-iskandlu-electrogas\/","title":{"rendered":"Ra\u0121uni o\u0127ra l-g\u0127ala ma sarux ta\u0127rikiet fil-qorti dwar l-iskandlu Electrogas"},"content":{"rendered":"<p><strong>L-orizzont<\/strong> illum \u0127ar\u0121et tiddefendi lill-uniku persuna fil-PN li mieg\u0127u g\u0127andha l-grazzja, ji\u0121ifieri Adrian Delia. U ddie\u0127ku bl-istqarrija li g\u0127amlet <strong>Repubblika<\/strong> fis-sens li, kemm il-darba ji\u0121u pruvati l-allegazzjonijiet li Adrian Delia kien ikkonfoffa ma&#8217; Yorgen Fenech dakinhar li kien qed isir dibattitu fil-Parlament dwar is-17 Black, huwa g\u0127andu jwarrab g\u0127al kollox mill-\u0127ajja pubblika.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-102443 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23.jpeg\" alt=\"\" width=\"828\" height=\"656\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-200x158.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-300x238.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-400x317.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-600x475.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-768x608.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23-800x634.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/WhatsApp-Image-2021-08-12-at-07.24.23.jpeg 828w\" sizes=\"(max-width: 828px) 100vw, 828px\" \/><\/p>\n<p><strong>L-orizzont<\/strong> stqarret li <strong>Repubblika<\/strong> \u0127aditha drawwa li titlob ir-ri\u017cenji &#8220;g\u0127al kull \u0127a\u0121a ta&#8217; xejn&#8221;, b\u0127al meta baqg\u0127et tinsisti li Edward Zammit Lewis g\u0127andu jwarrab.<\/p>\n<p>\u201cG\u0127al kull \u0127a\u0121a ta\u2019 xejn\u201d.<\/p>\n<p>Ejjew niflu ftit il-ka\u017c tal-avukat \u0121enerali Victoria Buttigieg li hi g\u0127aldaqstant ukoll il-prosekutur ewlieni.<\/p>\n<p>L-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia kkritikaw il-parir li din kienet tat lill-Ministri fis-sens li l-ftehim li kien intle\u0127aq bejn il-gvern u l-Electrogas seta&#8217; ji\u0121i ffirmat minn Konrad Mizzi ming\u0127ajr il-barka tal-kollegi tieg\u0127u tal-Kabinett jew tal-Parlament.<\/p>\n<p>Fir-rapport tag\u0127hom, it-tliet Im\u0127allfin taw x&#8217;jifhmu li l-parir li kienu jag\u0127tu huma kien ikun ferm differenti. Je\u0127tie\u0121 nifhmu li din m&#8217;hix biss kwistjoni ta&#8217; opinjonijiet jew dwar min dak i\u017c-\u017cmien kien inzerta li qed okkupa l-kariga u li allura kwistjoni ta&#8217; &#8220;mitt bniedem mitt fehma&#8221;. L-Im\u0127allfin qalu li meta Victoria Buttigieg (dak i\u017c-\u017cmien kienet tokkupa l-kariga ta&#8217; Deputat Avukat \u0120enerali u g\u0127aldaqstant kienet ukoll l-avukat tal-Istat) kienet tat il-parir li tat, kienet ukoll \u0127alltet ir-rwol tag\u0127ha ta&#8217; avukat tal-Istat mal-idea \u017cbaljata li hi kienet ukoll qed tirrappre\u017centa l-interessi ta&#8217; Konrad Mizzi.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwiex punt legali. M&#8217;hix kwistjoni ta&#8217; g\u0127oti ta&#8217; parir li Im\u0127allef ma kienx jaqbel mieg\u0127u. I\u017cda l-qofol hu li l-Im\u0127allfin tal-inkjesta kkonkludew li Victoria Buttigieg naqset fid-dmirijiet kostituzzjonali tag\u0127ha. Minflok qdiet l-interessi tal-Istat, qdiet l-interessi ta&#8217; Ministru. U f&#8217;dan il-ka\u017c, fejn l-interessi tal-Istat kienu \u010bari u tondi f&#8217;kunflitt mal-interessi ta&#8217; Konrad Mizzi, Victoria Buttigieg g\u0127a\u017clet l-interessi tal-Ministru.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed je\u0127tie\u0121\u00a0 jikkunsidra wkoll li l-ftehim li se\u0127\u0127 bejn il-gvern u l-Electrogas kien il-frott ta&#8217; ftehim ie\u0127or li kien se\u0127\u0127 barra l-qorti. Dan il-ftehim xi \u0127tie\u0121a kien hemm g\u0127alih? Kien me\u0127tie\u0121 g\u0127aliex meta kienu g\u0127adhom biss qasmu nofs ix-xmara, tal-Electrogas tilfu s-s\u0127ab fin-negozju li f&#8217;idejhom kellhom il-finanzjament kollu. Kien hawn li tal-Electrogas kien messhom \u0121ew skwalifikati mill-pro\u010bess tal-g\u0127a\u017cla. U l-banek urew ma kienux lesti li jiffinanzjaw il-pro\u0121ett kemm il-darba l-gvern ma kienx lest li jiggarantixxi x-xiri tal-elettriku ming\u0127and Electrogas bi prezz miftiehem, kien x&#8217;kien il-prezz tas-suq dinji, minkejja l-fatt li l-gvern seta&#8217; jixtri l-elettriku bi prezz ir\u0127as bis-sa\u0127\u0127a tal-<em>interconnector,<\/em> u &#8211; ift\u0127u widnejkom bera\u0127 &#8211; kienet x&#8217;kienet id-domanda g\u0127as-servizz tal-elettriku fil-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Qeg\u0127din tindunaw li kien hemm kunflitt \u010bar bejn l-interessi tal-Istat u l-interessi ta&#8217; Konrad Mizzi? L-interess tal-Istat (ji\u0121ifieri ta&#8217; butek) hu li jara li l-flus pubbli\u010bi jintefqu bil-g\u0127aqal. L-interess ta&#8217; Konrad Mizzi kien li Malta, ikun x&#8217;ikun il-prezz, kellha tixtri l-elettriku ming\u0127and l-Electrogas g\u0127aliex hu kien ser jixxa\u0127\u0127am u jgawdi personalment.<\/p>\n<p>G\u0127alissa, ejjew nassumu li Victoria Buttigieg ma kienitx taf x&#8217;kien qed i\u0127awwad Konrad Mizzi fil-borma. M&#8217;g\u0127andix dubju li kienet fehmet li l-&#8220;ftehim ta&#8217; barra l-qorti&#8221; kien ser iservi l-interessi tal-Electrogas g\u0127ax kien ser isalvahom mill-g\u0127arqa.<\/p>\n<p>Xi spi\u010b\u010bat g\u0127amlet Victoria Buttigieg? G\u0127addiet lill-tal-Electrogas l-abbozz tal-po\u017cizzjoni tal-gvern u emendatu biex ikun jaqbel aktar g\u0127all-interessi tag\u0127hom u spi\u010b\u010bat biex qdiethom mill-koxxa.<\/p>\n<p>S&#8217;intendi din ser tg\u0127id li mxiet fuq l-istruzzjonijiet tal-klijent tag\u0127ha. Li kieku l-klijent tag\u0127ha kien Konrad Mizzi, fiha u ma fihiex. I\u017cda l-klijent tag\u0127ha ma kienx Konrad Mizzi i\u017cda l-Istat u hi g\u0127andha d-dritt mog\u0127ti lilha bil-Kostituzzjoni\u00a0 &#8211; u allura g\u0127andha wkoll l-obbligu Kostituzzjonali \u2013 li ta\u0121ixxi biss fl-interessi tal-Istat.<\/p>\n<p>Victoria Buttigieg m&#8217;hix persuna\u0121\u0121 politiku u g\u0127aldaqstant mhux mistenni li tkun minn ta&#8217; quddiem nett biex iddabbar rasha meta jixxandar rapport ta&#8217; nkjesta b\u0127al dak li xxandar dan l-a\u0127\u0127ar mill-Im\u0127allfin. I\u017cda b\u0127ala uffi\u010bjal tal-Istat, skont ir-rapport tal-inkjesta, l-im\u0121ieba tag\u0127ha ma kienitx xi wa\u0127da e\u017cemplari.<\/p>\n<p>Minn dakinhar li kien \u0121ie ffirmat il-kuntratt tal-Electrogas, Victoria Buttigieg ing\u0127atat promozzjoni. Illum hi tokkupa l-kariga ta&#8217; avukat \u0121enerali u wkoll prosekutur tal-Istat.<\/p>\n<p>Hi tidde\u010biedi b&#8217;mod awtonomu g\u0127andhomx jinbdew jew le t-ta\u0127rikiet fil-qorti, nklu\u017ci ta\u0127rikiet dwar il-korruzzjoni dokumentata tajjeb li se\u0127\u0127et fil-ka\u017c tal-Electrogas. I\u017cda kif tista&#8217; din tidde\u010biedi li to\u0127ro\u0121 ta\u0127rikiet kontra Yorgen Fenech, Konrad Mizzi u l-bqija meta l-ka\u017c tal-Istat kontrihom ta&#8217; bilfors ikollu jinkludi l-mod li bih intle\u0127aq il-ftehim mal-Electrogas? Il-provi f&#8217;dan il-ka\u017c iwasslu biex jimplikaw lilha u l-po\u017cizzjoni tag\u0127ha mbag\u0127ad issir mhux tenibbli.<\/p>\n<p>Tal-<strong>orizzont<\/strong> g\u0127andhom jifhmu li s-sej\u0127iet g\u0127ar-ri\u017cenji ma jsirux biex ikun hemm il-kastigi. Ri\u017cenja minnha nnifisha m&#8217;hix kastig. Il-kastig jasal aktar &#8216;il quddiem. Xi darba g\u0127ad jitfa\u010b\u010ba xi avukat \u0121enerali ie\u0127or li jista&#8217; jfettillu jag\u0127ti daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li jipprovdi l-Kodi\u010bi Kriminali fejn jid\u0127lu sigrieti uffi\u010bjali u l-ksur tas-sigriet professjonali u jara kif dawn japplikaw fil-konfront tal-im\u0121ieba ta&#8217; Victoria Buttigieg fil-ka\u017c tal-Electrogas.<\/p>\n<p>I\u017cda r-ri\u017cenji huma wkoll me\u0127tie\u0121a sabiex min ikun fil-\u0127atra ma jabbu\u017cax mis-setg\u0127a tieg\u0127u u jfixkel il-kors tal-\u0121ustizzja. Sakemm Victoria Buttigieg tibqa&#8217; fil-kariga ta&#8217; avukat \u0121enerali x&#8217;inhuma \u010b-\u010bansijiet li jin\u0127ar\u0121u t-ta\u0127rikiet fil-qorti kontra dawk kollha li huma mda\u0127\u0127lin fl-iskandlu Electrogas?<\/p>\n<p>Biex tkompli tag\u0127qad, Victoria Buttigieg kienet in\u0127atret b\u0127ala prosekutur ewlieni minn Edward Zammit Lewis, bniedem li jkun jaqbillu personalment u politikament kemm il-darba ma jittie\u0127dux passi dwar korruzzjoni kontra l-&#8220;\u0127abib&#8221; tieg\u0127u Yorgen Fenech.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter wp-image-102441 size-full\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large.jpeg\" alt=\"\" width=\"2048\" height=\"1424\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-200x139.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-300x209.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-400x278.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-600x417.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-768x534.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-800x556.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-1200x834.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/08\/EUG9Up-WsAEACXa.jpg-large-1536x1068.jpeg 1536w\" sizes=\"(max-width: 2048px) 100vw, 2048px\" \/>Meta kien fe\u0121\u0121 l-iskandlu ta&#8217; 17 Black, lil sie\u0127bu Yorgen Fenech kien staqsieh x&#8217;deherlu mid-difi\u017ca li kien g\u0127amillu waqt konferenza stampa mnedija mill-Partit Laburista. U meta Edward Zammit Lewis \u0127atar lil Victoria Buttigieg (dik li kienet id-Deputat Avukat \u0120enerali li, waqt in-negozjati tal-Electrogas, r\u010bieviet struzzjonijiet ming\u0127and l-avukati ta&#8217; Yorgen Fenech) Yorgen Fenech kien di\u0121a&#8217; maqful il-\u0127abs u x&#8217;aktarx ma ng\u0127atax permess jag\u0127mel u\u017cu s\u0127i\u0127 minn <em>mobile.\u00a0<\/em><\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant idde\u010bidew li jfaqqg\u0127u l-bewsiet lil xulxin.<\/p>\n<p>G\u0127al kull \u0127a\u0121a ta\u2019 xejn, sinjuri tal-<strong>orizzont<\/strong>?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>L-orizzont illum \u0127ar\u0121et tiddefendi lill-uniku persuna fil-PN li mieg\u0127u g\u0127andha l-grazzja, ji\u0121ifieri Adrian Delia. U ddie\u0127ku bl-istqarrija li g\u0127amlet Repubblika fis-sens li, kemm il-darba ji\u0121u pruvati l-allegazzjonijiet li Adrian Delia kien ikkonfoffa ma&#8217; Yorgen Fenech dakinhar li kien qed isir dibattitu fil-Parlament dwar is-17 Black, huwa g\u0127andu jwarrab g\u0127al kollox mill-\u0127ajja pubblika. L-orizzont stqarret li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102442,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102459\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=102459"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102459\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":102465,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/102459\/revisions\/102465\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102442\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=102459"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=102459"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=102459"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}