{"id":103080,"date":"2021-09-03T11:32:30","date_gmt":"2021-09-03T09:32:30","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=103080"},"modified":"2021-09-03T20:28:39","modified_gmt":"2021-09-03T18:28:39","slug":"edward-scicluna-ihossu-intitolat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/09\/edward-scicluna-ihossu-intitolat\/","title":{"rendered":"Baqa&#8217; j\u010bi\u010b\u010bi b&#8217;idejh fuq \u017caqqu"},"content":{"rendered":"<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=314&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Foccupyjusticemalta%2Fvideos%2F573775473761761%2F&amp;show_text=false&amp;width=560&amp;t=0\" width=\"560\" height=\"314\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>M&#8217;hemmx g\u0127ami akbar minn dak li ma jkunx irid jara.<\/p>\n<p>B\u0127ala gvernatur tal-Bank \u010aentrali, xog\u0127ol Edward Scicluna jikkonsisti fit-tbassir tax-xejriet ekonomi\u010bi u fit-te\u0127id ta&#8217; passi bil-g\u0127an li l-ekonomija tibqa&#8217; timra\u0127 fil-wi\u010b\u010b u ma teg\u0127riqx. Ikun je\u0127tie\u0121 li jmexxi bank li jkollu l-fidu\u010bja tal-banek. Huwa l-g\u0127assies tal-\u0121id ta&#8217; pajji\u017cna. Xog\u0127lu hu li jag\u0127mel riklam tajjeb lill-pajji\u017c.<\/p>\n<p>Edward Scicluna jidher li m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila jifhem li l-kariga li g\u0127andu xejn ma tixraqlu. Minkejja l-g\u0127erf akkademiku li g\u0127andu u minkejja l-esperjenza tieg\u0127u &#8211; anki jekk forsi kellu intenzjonijiet tajba &#8211; il-kariga li jokkupa qed tag\u0127mel \u0127sara kbira lil Malta b\u0127ala \u010bentru finanzjarju.<\/p>\n<p>Dan ming\u0127alih li a\u0127na m&#8217;g\u0127andniex grazzja mieg\u0127u u nikkritikawh g\u0127aliex kien idde\u010bieda li jkun kandidat mal-Partit Laburista. \u0126add qatt ma ddubita ma\u2019 liema partit i\u017comm Edward Scicluna, anki jekk dan kemm-il darba pprova jag\u0127ti impressjoni mod ie\u0127or. Forsi min\u0127abba l-kredenzjali akkademi\u010bi li g\u0127andu, kien hemm min e\u017ca\u0121era xi ftit l-importanza tieg\u0127u u bis-sa\u0127\u0127a t&#8217;hekk le\u0127aq f&#8217;po\u017cizzjonijiet li forsi ma kienux jixirqulu.<\/p>\n<p>Dan ming\u0127alih li a\u0127na nsemmu dawn l-affarijiet g\u0127aliex g\u0127andna xi g\u0127ira g\u0127as-su\u010b\u010bessi tieg\u0127u jew g\u0127aliex \u0127adniha kontrih talli, fi xju\u0127itu, \u0127are\u0121 g\u0127all-politika ma\u2019 Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Il-karriera ta\u2019 Edward Scicluna suppost intemmet g\u0127al ra\u0121unijiet totalment differenti. Dan g\u0127aliex, ma&#8217; kull problema li tfa\u010b\u010bat tul i\u017c-\u017cmien li g\u0127amel b\u0127ala Ministru tal-Finanzi, qed jer\u0121a\u2019 jkollu jiddefendi l-g\u0127emil tieg\u0127u u bis-sa\u0127\u0127a t&#8217;hekk qed ini\u017c\u017cel mieg\u0127u fil-qieg\u0127 ir-reputazzjoni tal-Bank \u010aentrali.<\/p>\n<p>Din il-\u0121img\u0127a faqqg\u0127et kri\u017ci o\u0127ra hekk kif ixxandru l-konklu\u017cjonijiet tal-FIAU dwar l-operat\u00a0 tal-Pilatus Bank fl-2018 u hekk kif tressqu l-qorti kemm il-Bank kif ukoll wa\u0127da mi\u017c-\u017cew\u0121 uffi\u010bjali g\u0127oljin li kellu li hi residenti f&#8217;Malta.<\/p>\n<p>Edward Scicluna \u0127are\u0121 bil\u0121ri jg\u0127id li hu qatt ma kien iddefenda lil tal-Pilatus Bank. G\u0127aliex mid-dehra, Edward Scicluna ming\u0127alih li xog\u0127lu dak i\u017c-\u017cmien b\u0127ala Ministru responsabbli mill-industrija tas-servizzi finanzjarji kien jikkonsisti biss f&#8217;g\u0127a\u017cla bejn kellux jiddefendi jew le l-\u0127asil bla tarf ta\u2019 flejjes li kien g\u0127addej ta\u0127t imnie\u0127ru.<\/p>\n<p>Anki li kieku kellna na\u010b\u010bettaw l-isku\u017ca li \u0121ab fis-sens li hu qatt ma \u0127are\u0121 jiddefendi l-Pilatus Bank &#8211; sku\u017ca li, kif bi \u0127siebni nispjega aktar &#8216;il quddiem, \u010bertament m&#8217;hix a\u010b\u010bettabbli &#8211;\u00a0 jista\u2019 forsi jg\u0127idilna x\u2019kien g\u0127amel dwar il-Pilatus Bank minflok jag\u0127ti lista qasira \u0127afna ta\u2019 dak li naqas li jag\u0127mel? \u010aertament ma jistax jag\u0127mel dan. G\u0127aliex il-fatti juru li baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel xejn.<\/p>\n<p>U dwar il-punt li qatt ma ddefenda l-Pilatus Bank, nistaqsi: Edward Scicluna tassew jemmen dak li jlissen? Nesa&#8217; Edward Scicluna kemm-il darba g\u0127adda bi\u017c-\u017cmien, kemm-il darba \u017celaq daqs bu\u017cullieqa u kemm-il darba attribwixxa malafede lill-\u0121urnalisti, lill-attivisti u lill-politi\u010bi tal-Oppo\u017cizzjoni, dan kollu g\u0127aliex dawn baqg\u0127u jinsistu li l-Pilatus Bank ma kienet xejn \u0127lief\u00a0 makna tal-\u0127asil tal-flus g\u0127all-\u0127allelin u g\u0127all-korrotti tal-A\u017cerbaj\u0121an li huma \u0127bieb tal-qalb ta\u2019 w\u0127ud mill-kollegi tieg\u0127u tal-Kabinett?<\/p>\n<p>Nesa&#8217; Edward Scicluna li lil \u010bertu \u0121urnalist kien qallu li kellu suspett li rapporti miktubin mill-uffi\u010bjali fil-Ministeru tieg\u0127u kienu nkitbu biex ji\u0121u mxandra baxx baxx u dan biex ja\u0121evolaw lill-Oppo\u017cizzjoni Nazzjonalista? L-g\u0127ada li Ali Sadr kien \u0121ie mixli fl-Istati Uniti, nesa&#8217; Edward Scicluna kemm kien qam ji\u0121ri fil-Parlament biex iserr\u0127ilna rasna li l-akku\u017ci ta\u2019 frodi bankarja kontra sid il-Bank ma kellhomx g\u0127alxiex jix\u0127tu dell ikrah fuq l-Pilatus Bank?<\/p>\n<p>Meta \u0121urnalist staqsieh x\u2019kien ser ji\u0121ri bil-li\u010benzja tal-Pilatus Bank, nesa&#8217; Edward Scicluna kemm kien ilmenta li mistoqsijiet b\u0127al dawn g\u0127odu g\u0127odu ma kinux f&#8217;lokhom?<\/p>\n<p>Meta fl-2016 l-FIAU ikkonkludiet li fil-Pilatus Bank kien se\u0127\u0127 ksur sistematiku tal-li\u0121ijiet kontra l-\u0127asil tal-flus, Edward Scicluna kien il-Ministru tal-Finanzi. Meta fl-2017 Daphne Caruana Galizia kitbet li l-Pilatus Bank ma kien xejn \u0127lief magna tal-\u0127asil ta&#8217; flejjes g\u0127all-\u0127allelin u g\u0127all-korrotti, Edward Scicluna kien il-Ministru tal-Finanzi. Fl-2018 meta sid il-Bank kien \u0121ie mixli fil-qorti fl-Amerika u dakinhar li interveniet l-A\u0121enzija Bankarja Ewropea u ordnat l-g\u0127eluq tal-Bank, Edward Scicluna kien il-Ministru tal-Finanzi. Fl-2019, meta ftit kienu dawk li kienu g\u0127adhom jiddubitaw li l-Pilatus Bank kienx biss makna g\u0127all-\u0127asil ta&#8217; flejjes u meta kull dubju li seta&#8217; kien spi\u010b\u010ba biex tar mar-ri\u0127 wara li tlestew l-investigazzjonijiet li kienu qed isiru dak i\u017c-\u017cmien, Edward Scicluna kien il-Ministru tal-Finanzi.<\/p>\n<p>Tul dak i\u017c-\u017cmien kollu, x&#8217;g\u0127amel Edward Scicluna? Qal xi \u0127a\u0121a jew \u0127a xi azzjoni, kienet x&#8217;kienet, biex jiffranka lil Malta l-\u0127sara li saritilha lir-reputazzjoni tag\u0127ha sforz l-g\u0127emil tal-Pilatus Bank?<\/p>\n<p>M\u2019g\u0127amel assolutament xejn, baqa&#8217; ma qal xejn u qatt ma \u0121ieg\u0127el lil min jag\u0127mel jew jg\u0127id xi \u0127a\u0121a. Qag\u0127ad biss i\u010bi\u010b\u010bi b&#8217;idejh fuq \u017caqqu. Kien qisu xadina jiekol il-karawett fuq it-tar\u0121a tal-bieb ta\u2019 barra tal-kitchen cabinet ta\u2019 Joseph Muscat.<\/p>\n<p>Mhux biss g\u0127aliex ma kellux idea x\u2019kien qed ji\u0121ri. Li kieku \u017camm ru\u0127u &#8216;l bog\u0127od mill-g\u0127emil tal-Pilatus Bank, Edward Scicluna kien jaf li kien ser inaqqas mill-kredibilit\u00e0 ta&#8217; Joseph Muscat. U kien ikompli j\u0121en\u0121illu d-diska li kien il-vittma tal-\u201cikbar gidba fl-istorja politika ta\u2019 Malta\u201d min\u0127abba l-allegazzjonijiet li l-Pilatus Bank kien qed jg\u0127attilu xturu.<\/p>\n<p>Issa jista\u2019 jag\u0127ti l-ka\u017c li Edward Scicluna ma kienx jaf bil-fatti kollha dwar Egrant u x\u2019kien jaf il-Pilatus Bank dwar Egrant. Imma li hu \u010bert hu li ma kienx lest li jie\u0127u riskju u jippermetti lil \u0127addie\u0127or li jsir jaf.<\/p>\n<p>G\u0127al dawn ir-ra\u0121unijiet kollha, Edward Scicluna g\u0127andu j\u017comm ru\u0127u \u2019l bog\u0127od kemm jista\u2019 jkun mill-\u0127ajja pubblika daqs kemm jien g\u0127andi b\u017conn in\u017comm ru\u0127i &#8216;l bog\u0127od mill-konsum tal-\u0127elu. U issa, Edward Scicluna qed ikollu jirrikorri g\u0127all-gideb biex jiddefendi lilu nnifsu mal-\u0121urnalisti kull darba li dawn jistaqsuh dwar ir-responsabbiltajiet li kellu fuq spallejh tul l-a\u0127\u0127ar tmien snin. Imissu ilu li rtira mix-xena.<\/p>\n<p>Sadattant qed iservi ta&#8217; pi\u017c fuq il-Bank \u010aentrali u fuq l-pajji\u017c kollu min\u0127abba r-rabta li g\u0127andu ma&#8217; \u017cmien Joseph Muscat.<\/p>\n<p>B&#8217;xorti \u0127a\u017cina,\u00a0l-gvern ta\u2019 Muscat \u0127alla warajh wirt tossiku ta\u2019 Bank \u010aentrali mmexxi minn Edward \u201cuejjacomeon\u201d Scicluna.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>M&#8217;hemmx g\u0127ami akbar minn dak li ma jkunx irid jara. B\u0127ala gvernatur tal-Bank \u010aentrali, xog\u0127ol Edward Scicluna jikkonsisti fit-tbassir tax-xejriet ekonomi\u010bi u fit-te\u0127id ta&#8217; passi bil-g\u0127an li l-ekonomija tibqa&#8217; timra\u0127 fil-wi\u010b\u010b u ma teg\u0127riqx. Ikun je\u0127tie\u0121 li jmexxi bank li jkollu l-fidu\u010bja tal-banek. Huwa l-g\u0127assies tal-\u0121id ta&#8217; pajji\u017cna. Xog\u0127lu hu li jag\u0127mel riklam tajjeb lill-pajji\u017c. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":102973,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103080\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=103080"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103080\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":103090,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103080\/revisions\/103090\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/102973\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=103080"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=103080"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=103080"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}