{"id":10310,"date":"2018-08-31T08:21:35","date_gmt":"2018-08-31T06:21:35","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10310"},"modified":"2018-09-11T23:21:22","modified_gmt":"2018-09-11T21:21:22","slug":"dan-mhuwiex-xi-spettaklu-dan-dizastru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/08\/dan-mhuwiex-xi-spettaklu-dan-dizastru\/","title":{"rendered":"Dan mhuwiex xi spettaklu. Dan di\u017castru."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10245\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/NIRIEN-MAGHTAB.jpg\" alt=\"\" width=\"700\" height=\"504\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/NIRIEN-MAGHTAB-300x216.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/NIRIEN-MAGHTAB-375x270.jpg 375w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/08\/NIRIEN-MAGHTAB.jpg 700w\" sizes=\"(max-width: 700px) 100vw, 700px\" \/><\/p>\n<p>Il-\u0127ruq li se\u0127\u0127 fil-mi\u017cbla tal-Mag\u0127tab m&#8217;hi xejn \u0127lief di\u017castru. Min\u0127abba d-d\u0127a\u0127en li \u017cviluppaw, id-Dipartiment tal-Protezzjoni \u010aivili qed iwissi lin-nies biex jibqg\u0127u f&#8217;darhom u biex i\u017commu t-twieqi maqfulin biex ji\u0121i evitat kuntatt ma&#8217; d\u0127a\u0127en tossi\u010bi. Nittamaw li d-d\u0127a\u0127en jittajjru mir-ri\u0127 g\u0127al fuq il-ba\u0127ar.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 niftakru li fil-\u0121img\u0127at ta&#8217; qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Laburista kien g\u0127amel kru\u010bjati s\u0127a\u0127 kontra l-fabbriki tal-kan\u010ber u kontra t-trab iswed. U mbag\u0127ad bir-rieni tal-gvern f&#8217;idejhom, raw kif g\u0127amlu biex qatg\u0127u nifs il-kumpannija dwar l-immani\u0121jar tal-iskart bl-impjiegi li taw lil ruxxmata ba\u017culi.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, tal-Labour iwie\u0121bu fil-pront li anke l-PN fil-gvern kien qeda&#8217; n-nies tieg\u0127u b&#8217;impjiegi mal-kumpannija: din is-sitwazzjoni taf tkun is-su\u0121\u0121ett ta&#8217; diskussjoni interessanti dwar il-mod kif l-impjiegi mal-gvern f&#8217;dan il-pajji\u017c jintu\u017caw b\u0127ala lixka. I\u017cda dan kollu ma jg\u0127inx li min jipprova jifhem ir-ra\u0121unijiet g\u0127aliex fil-<em>Wasteserv <\/em>kollox mar \u017cmer\u010b.<\/p>\n<p>Qabel isse\u0127ibna fl-Unjoni Ewropea, il-Mag\u0127tab kien l-akbar sfida ambjentali li kellna. Meta Malta kienet qed tinnegozja l-kundizzjonijiet tas-s\u0127ubija, l-gvern talab li jing\u0127ata g\u0127ajnuna finanzjarja ur\u0121enti biex ji\u0121i evitat di\u017castru ambjentali f&#8217;dan il-post. Kummissarji Ewropej ittajru fuq il-Mag\u0127tab permezz ta&#8217; \u0127elikopters tal-armata b\u0127allikieku kienu qeg\u0127din i\u017curu xi \u017cona tal-gwerra.<\/p>\n<p>Intefqu miljuni fuq miljuni biex id-di\u017castru ambjentali ma jse\u0127\u0127x. Sa l-2013 kienu ntemmu l-intejjen u l-post beda&#8217; jie\u0127u lewn a\u0127dar bis-si\u0121ar u bix-xtieli.<\/p>\n<p>M&#8217;hemmx dubju li l-amministrazzjoni pre\u017centi hi \u0127atja ta&#8217; inkompetenza. Dak li \u0121ara llum huwa t-tieni di\u017castru ambjentali fi \u017cmien sena. Is-sena li g\u0127addiet kien hemm \u0127ruq fl-impjant ta&#8217; Sant&#8217; Antnin bir-ri\u017cultat li l-arja tal-in\u0127awi \u0121iet velenata. L-inkjesta dwar dan id-di\u017castru g\u0127adha sal-lum m&#8217;g\u0127alqitx. Tg\u0121id il-gvern se ji\u010b\u0127ad li l-\u0121ibjuni tal-impjant kienu nixfin mill-ilma meta se\u0127\u0127 il-\u0127ruq?<\/p>\n<p>Sean wara l-\u0127ruq f&#8217;Sant&#8217; Antnin, oqsma mdaqqsa tal-pajji\u017c qed jie\u0127du n-nifs ta\u0127t s\u0127aba ta&#8217; arja tossika li qeg\u0127da tag\u0127mel \u0127sara kbira lill-art, lill-ilma, lill-g\u0127elieqi, lill-iskejjel, il-knejjes u lid-djar.<\/p>\n<p>Il-\u0121enituri qed i\u017commu l-uliedhom id-dar, it-turisti qed i\u017commu lura milli jmorru f&#8217;xatt il-ba\u0127ar u \u0127addiema li ja\u0127dmu fl-in\u0127awi qed jie\u0127du s-<em>sick leave<\/em>.<\/p>\n<p>Din waqfa mhux \u0127a\u017cin fir-<em>roadmap<\/em> li tfasslet fl-2013 biex naslu g\u0127all-aqwa \u017cmien. Min jaf, forsi llejla l-Ministru Jose\u2019 Herrera jit\u0127ajjar iqabbad kaxxa nfernali max-xatt tal-Mag\u0127tab u jwieg\u0127ed li l-fdalijiet jin\u0127abru minn wi\u010b\u010b il-ba\u0127ar.<\/p>\n<p>B&#8217;hekk ikun jista&#8217; jie\u0127u grokk bis-sa\u0127\u0127a ta\u010b-Chernobyl ta&#8217; pajji\u017cna.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fanthony.mercieca.9%2Fposts%2F10217315993200171&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"650\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fstephen.bartolo.71%2Fposts%2F2164150563831627&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"502\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\"><\/iframe><\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fdaniel.cilia.98%2Fvideos%2F10155593007016891%2F&amp;show_text=0&amp;width=560\" width=\"560\" height=\"315\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p><em>The photo with this story is by TVM.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0127ruq li se\u0127\u0127 fil-mi\u017cbla tal-Mag\u0127tab m&#8217;hi xejn \u0127lief di\u017castru. Min\u0127abba d-d\u0127a\u0127en li \u017cviluppaw, id-Dipartiment tal-Protezzjoni \u010aivili qed iwissi lin-nies biex jibqg\u0127u f&#8217;darhom u biex i\u017commu t-twieqi maqfulin biex ji\u0121i evitat kuntatt ma&#8217; d\u0127a\u0127en tossi\u010bi. Nittamaw li d-d\u0127a\u0127en jittajjru mir-ri\u0127 g\u0127al fuq il-ba\u0127ar. Je\u0127tie\u0121 niftakru li fil-\u0121img\u0127at ta&#8217; qabel l-elezzjoni tal-2013, il-Partit Laburista kien g\u0127amel kru\u010bjati [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10245,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10310\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10310"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10310\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10437,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10310\/revisions\/10437\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10245\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10310"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10310"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10310"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}