{"id":103195,"date":"2021-09-07T09:25:00","date_gmt":"2021-09-07T07:25:00","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=103195"},"modified":"2021-09-08T07:26:52","modified_gmt":"2021-09-08T05:26:52","slug":"kalkoli-politici","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/09\/kalkoli-politici\/","title":{"rendered":"Lejlet elezzjoni l-kalkoli politi\u010bi jie\u0127du prijorit\u00e0"},"content":{"rendered":"<p>A\u0127fruli jekk ninstema&#8217; qisni diska bil-labra mwa\u0127\u0127la, imma ma nistax nag\u0127mel mod ie\u0127or.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajji\u017c jibda pro\u010bess ta&#8217; fejqan wara t-trawma li \u0121ab mieg\u0127u l-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia. I\u017cda jidher li l-President qed jag\u0127mel il-pressjoni tieg\u0127u fuq dik is-sezzjoni \u017cg\u0127ira tal-poplu li jaf li huma lesti li jag\u0127tuh widen u li wkoll jafu j\u010bedu g\u0127al din il-pressjoni. Huwa jaf li dawn in-nies kulma jridu hu li jkomplu jg\u0127ixu \u0127ajjithom fil-kwiet. Jaf ukoll li dawn huma wa\u0127diet li mhumiex persuni fanati\u010bi u g\u0127aldaqstant aktar fa\u010bli li wie\u0127ed jipperswadihom.<\/p>\n<p>A\u0127na nifformaw parti minn din is-sezzjoni \u017cg\u0127ira. Il-President jixtieqna na\u0127fru u nkomplu g\u0127addejjin bil-\u0127ajja tag\u0127na ta\u2019 kuljum. Qed jiffoka fuqna g\u0127aliex &#8211; g\u0127alkemm g\u0127andna rjus iebsa &#8211; jaf li jkun aktar fa\u010bli g\u0127alih li jipperswadina b&#8217;kuntrast ma&#8217; dik il-folla li mag\u0127ha \u0127adem tul \u0127ajtu.<\/p>\n<p>\u010aertament mhux ser jitlob lill-partitarji tal-partit tieg\u0127u biex ja\u0127fru, biex jirrikonoxxu l-post mist\u0127oqq ta\u2019 Daphne Caruana Galizia fl-istorja tag\u0127na, biex ma jirrabjawx meta jaraw lilu u l-gvern jag\u0127tuha \u0121ie\u0127 u biex jammettu li l-partit tag\u0127hom \u017cbalja bl-ikrah meta kien g\u0127ajjarha\u00a0 sa\u0127\u0127ara giddieba, fost titli o\u0127ra.<\/p>\n<p>Dakinhar li, fuq ordni tal-President, minn biswit il-mafkar tal-Assedju l-Kbir tne\u0127\u0127ew fjuri u xemg\u0127at mqeg\u0127din biex jag\u0127tu qima lil Daphne, George Vella u Robert Abela kienu jafu li kellhom opportunit\u00e0 unika biex juru t-triq li tista&#8217; twassal g\u0127all-fejqan. Li kieku riedu setg\u0127u raw biex ikun hemm spazju g\u0127all-girlandi kollha tag\u0127hom ming\u0127ajr ma jintmess xejn mill-fjuri u x-xemg\u0127at tal-protesta. Li kieku riedu, setg\u0127u wa\u0127\u0127du s-sagrifi\u010b\u010bju tag\u0127ha mal-okka\u017cjoni tat-tifkira tal-Assedju. Li kieku riedu, setg\u0127u g\u0127amlu dak li talbuhom jag\u0127mlu l-Im\u0127allfin tal-inkjesta, ji\u0121ifieri li l-og\u0127la membri tal-Istat Malti g\u0127andhom jaqdu dmirhom u ja\u0127dmu biex ifejqu l-\u0121rie\u0127i. Aktar u aktar meta wie\u0127ed jiftakar li l-Im\u0127allfin tal-inkjesta g\u0127abbewhom bir-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-\u0121rie\u0127i li n\u0127olqu.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Frobertabela.mt%2Fposts%2F4365325940227637&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"678\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Issa jista\u2019 jag\u0127ti l-ka\u017c li George Vella u Robert Abela g\u0127amlu li g\u0127amlu mhux min\u0127abba dak li forsi g\u0127adhom i\u0127ossu bejnhom u bejn ru\u0127hom dwar Daphne Caruana Galizia u l-kitbiet tag\u0127ha.<\/p>\n<p>I\u017cda jidhirli li timra\u0127 ta\u0127t il-wi\u010b\u010b hemm xi \u0127a\u0121a aktar sottili.<\/p>\n<p>Ir-rabja u d-di\u017cappunt tag\u0127na u r-rabja ta\u2019 dawk li qed\u00a0 jipprotestaw biex issir \u0121ustizzja g\u0127al Daphne Caruana Galizia nesprimuhom b&#8217;mod li George Vella u Robert Abela jistg\u0127u jobsruh. In-nisa kura\u0121\u0121ju\u017ci ta\u2019 <em>Occupy Justice<\/em> ma damux wisq biex marru fuq l-mafkar u f\u2019tebqa t\u2019g\u0127ajn re\u0121g\u0127u qieg\u0127du l-messa\u0121\u0121i ta\u2019 qima lejn Daphne u fl-istess waqt \u0121eddew l-g\u0127ajta tag\u0127hom favur il-\u0121ustizzja fil-konfront tag\u0127ha.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Foccupyjusticemalta%2Fposts%2F1276392172802191&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"822\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>George Vella u Robert Abela jafu li, kieku kellhom ja\u0127tfu l-opportunit\u00e0 biex idewwu l-feriti billi jirrikonoxxu lil Daphne b\u0127ala eroj Maltija, ir-rabja u d-di\u017cappunt bla qies tal-partitarji tag\u0127hom tkun wa\u0127da li taf ti\u0121i espressa b&#8217;mod differenti.<\/p>\n<p>Mhux qed nalludi g\u0127al xi vjolenza jew g\u0127al xi forom o\u0127ra ta&#8217; barbari\u017cmu li b\u0127alhom rajna ma&#8217; wi\u010b\u010bna\u00a0 f&#8217;dawk ix-xhur li matulhom Owen Bonnici u l-\u0127addiema tieg\u0127u kienu g\u0127amlu minn kollox biex ji\u010b\u010bensuraw il-protesta tag\u0127na, g\u0127alkemm ma nista&#8217; neskludi xejn.<\/p>\n<p>Qed nirreferi g\u0127all-impatt li jista&#8217; jkun hemm fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu l-voti ta\u2019 dawk li vvutaw b&#8217;\u0127e\u0121\u0121a g\u0127all-Partit Laburista wara li kienu bellg\u0127ulhom l-istejjer dwar il-&#8220;gideb&#8221; ta&#8217; Daphne. Qed nirreferi wkoll g\u0127all-partitarji Laburisti \u0127orox, jew g\u0127allinqas g\u0127al xi w\u0127ud minnhom, li issa waslu fi stadju li fih qed jinteb\u0127u li l-partit tag\u0127hom da\u0127ak bihom.<\/p>\n<p>Aktar ma nersqu qrib l-elezzjoni \u0121enerali, l-kalkoli politi\u010bi qed jing\u0127ataw prijorit\u00e0.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/09\/for-the-umpteenth-time-how-are-the-fenechs-still-in-the-casino-business\/\">G\u0127aliex ta\u0127sbu li l-awtoritajiet baqg\u0127u jittitubaw dwar l-irtirar tal-li\u010benzja tas-swali tal-log\u0127ob tal-familja Fenech <\/a>\u00a0minkejja l-fatt li dawn ammettew fil-bera\u0127 li kienu bag\u0127bsu fil-log\u0127ob tal-im\u0127atri u hekk kif qed ikomplu jitfa\u010b\u010baw provi li s-sidien u\u017caw is-swali tal-log\u0127ob tag\u0127hom biex isiru \u0127lasijiet ille\u010bti?<\/p>\n<p>Dwar din il-kwistjoni dalg\u0127odu tkellimt ma&#8217; marti u din malajr fet\u0127itli g\u0127ajnejja. Qaltli biex na\u0127seb ftit dwar dawk il-\u0127addiema kollha li dda\u0127\u0127lu ja\u0127dmu mal-familja Fenech fuq rakkomandazzjonijiet ta&#8217; ministri u kandidati. Qaltli wkoll biex na\u0127seb dwar x\u2019ji\u0121ri li kieku dawn l-imsejkna kellhom jitilfu l-impjieg tag\u0127hom wara li jkunu rran\u0121awlhom biex jing\u0127ataw impjieg basta jweg\u0127duhom il-vot. Min jaf kif dawn kellhom jivvutaw li kieku kellhom jitilfu l-impjieg wara li l-gvern ikun \u0127a passi biex jing\u0127alqu s-swali tal-log\u0127ob?<\/p>\n<p>Tiksa\u0127 meta tinteba\u0127 li l-politi\u010bi tag\u0127na, g\u0127alkemm jidhru normali, g\u0127alkemm jitkellmu u j\u0121ibu ru\u0127hom b&#8217;mod normali, fil-fatt mhuma normali xejn. Is-swaba&#8217; invi\u017cibbli tal-qarnita ja\u0127kmuhom, jikkontrollawhom u ju\u017cawhom.<\/p>\n<p>Anki li kieku kellhom juru r-rieda li jirran\u0121aw l-affarijiet, m&#8217;g\u0127andhomx il-\u0127ila li jag\u0127mlu dan.<\/p>\n<p>U ma nistax na\u0127lef li din ir-rieda fil-fatt te\u017cisti.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>A\u0127fruli jekk ninstema&#8217; qisni diska bil-labra mwa\u0127\u0127la, imma ma nistax nag\u0127mel mod ie\u0127or. M&#8217;g\u0127andix dubju li l-President George Vella tassew jixtieq li l-pajji\u017c jibda pro\u010bess ta&#8217; fejqan wara t-trawma li \u0121ab mieg\u0127u l-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia. I\u017cda jidher li l-President qed jag\u0127mel il-pressjoni tieg\u0127u fuq dik is-sezzjoni \u017cg\u0127ira tal-poplu li jaf li huma lesti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":103165,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103195\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=103195"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103195\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":103208,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103195\/revisions\/103208\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/103165\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=103195"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=103195"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=103195"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}