{"id":103576,"date":"2021-09-20T15:48:51","date_gmt":"2021-09-20T13:48:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=103576"},"modified":"2021-09-22T14:11:10","modified_gmt":"2021-09-22T12:11:10","slug":"imwiet-politici","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/09\/imwiet-politici\/","title":{"rendered":"Imwiet politi\u010bi"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-103568\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/20f59643985e33f43932f84633d7f46f47ceee6c-1631856443-95278b1b-1920x1280-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"361\" height=\"542\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/20f59643985e33f43932f84633d7f46f47ceee6c-1631856443-95278b1b-1920x1280-1-200x300.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/20f59643985e33f43932f84633d7f46f47ceee6c-1631856443-95278b1b-1920x1280-1.jpeg 361w\" sizes=\"(max-width: 361px) 100vw, 361px\" \/><\/p>\n<p>Il-kri\u017ci fil-\u0127abs issa \u0121iet &#8220;politi\u010bizzata&#8221;. Qed nu\u017ca l-kelma kif tintu\u017ca fil-Malti skont it-tifsira li akkwistat fil-kuntest lokali u mhux skont kif fil-fatt tfisser. F&#8217;Malta o\u0121\u0121ett isir &#8220;politi\u010bizzat&#8221; meta ma tibqax isse\u0127\u0127 il-possibilit\u00e0 li wie\u0127ed ibiddel il-fehma ta&#8217; min jibqa&#8217; jirrepeti dak li jistqarr il-partit politiku tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-mewt ta&#8217; persuna li kienet ta\u0127t il-kustodja tal-istat hi su\u0121\u0121ett politiku. Im\u0121iba &#8216;politika&#8217; ma tistax \u0127lief tfisser kwistjoni ta&#8217; politika nazzjonali, dibattitu, anki kontroversja. Il-kelma &#8216;politi\u010bizzat&#8217; tfisser li d-dibattitu jkun intemm. U minn hemm &#8216;il quddiem jibda l-g\u0127ajjat sfrenat.<\/p>\n<p>Nistg\u0127u lkoll naqblu dwar \u010bertu kwistjonijiet dment li l-partiti politi\u010bi ma jfittxux dak li jifridhom hawn ukoll. In\u010bident tat-traffiku ikrah jew in\u010bendju f&#8217;xi fabbrika li fih imutu n-nies jafu &#8220;jg\u0127aqqduna b\u0127ala nazzjon&#8221;, kif jing\u0127ad meta jkun hemm funerali tal-massa. I\u017cda meta jitfa\u010b\u010ba xi \u0127jiel li l-in\u010bidenti u l-imwiet setg\u0127u se\u0127\u0127ew &#8211; anki b&#8217;mod parzjali &#8211; sforz nuqqasijiet jew sforz negli\u0121enza amministrattiva, l-partitarji tal-gvern iqumu b&#8217;kemm ikollhom sa\u0127\u0127a biex iwa\u0127\u0127lu fil-vittmi.<\/p>\n<p>Il-problema tal-imwiet fil-\u0127abs kien messha ilha li tfa\u010b\u010bat fuq l-a\u0121enda nazzjonali. M&#8217;iniex partikolarment kburi li xi \u017cmien ilu kont qajjimt is-su\u0121\u0121ett. Anki jien kont domt biex tkellimt i\u017cda kont segwejt il-passi ta&#8217; dawk li g\u0127andhom il-kuxjenza li tmexxihom u li ilhom jilmentaw g\u0127al snin s\u0127a\u0127, minkejja l-fatt li dawn dejjem \u0121ew injorati.<\/p>\n<p>Jien ukoll \u0121ieli batejt mill-pre\u0121udizzji kontra l-pri\u0121unieri tal-\u0127abs. Li kieku s-suwi\u010bidji se\u0127\u0127ew f&#8217;xi skola, ibqg\u0127u \u010berti li ma kontx indum biex noqmos.<\/p>\n<p>Niftakar li kont staqsejt lid-direttur tal-\u0127abs Alex Dalli dwar \u017cew\u0121 ka\u017cijiet li kont naf bihom jien ta&#8217; pri\u0121unieri li g\u0127amlu suwi\u010bidju ta\u0127t it-tmexxija tieg\u0127u. Wie\u0127ed kien jinsab g\u0127omru l-\u0127abs talli kien qatel erbg\u0127a min-nies kiesa\u0127 u biered f&#8217;erba&#8217; omi\u010bidji wara xulxin. L-ie\u0127or kien qatel lil sie\u0127bu b&#8217;daqqiet ta&#8217; tornavit.<\/p>\n<p>Jing\u0127ad x&#8217;jing\u0127ad dwar i\u010b-\u010bivilt\u00e0 tal-bniedem, jibqa&#8217; l-fatt li b\u0127ala bnedmin insibuha pjuttost diffi\u010bli li naqb\u017cu g\u0127al min ikun \u0127aqar bnedmin o\u0127rajn b&#8217;tant \u0127ruxija.<\/p>\n<p>Tg\u0127allimt li xorta wa\u0127da g\u0127andna naqb\u017cu g\u0127al dawn il-persuni wara li tkellimt ma&#8217; nies li xog\u0127olhom hu li ja\u0127dmu fost il-pri\u0121unieri, li xog\u0127olhom ma jikkonsistix fl-g\u0127oti tal-kastigi i\u017cda li jipprote\u0121u, jie\u0127du \u0127sieb, jitimg\u0127u u jlibbsu, li jedukaw u jirriformaw lill-persuni fdati fil-kustodja tag\u0127hom waqt li dawn ikunu qed jiskontaw il-piena li tkun \u0127aqqhom skont il-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p>Minkejja li huma \u0127absin, dawn jibqg\u0127u bnedmin. G\u0127al bosta, din mhix \u0127a\u0121a li hi minn ewl id-dinja. U mhix minn ewl id-dinja g\u0127alija kif ta&#8217; spiss ikolli nfakkar lili nnifsi.<\/p>\n<p>Is-suwi\u010bidju ta&#8217; Kim Borg, l-a\u0127\u0127ar fost lista twila ta&#8217; suwi\u010bidji fil-\u0127abs, biddel kollox. Ir-rakkont tal-familja tag\u0127ha dwar il-\u0127ruxija u sadi\u017cmu li g\u0127addiet minnu, fejn spi\u010b\u010bat biex qatg\u0127et qalbha mid-dinja sa\u0127ansitra tliet \u0121img\u0127at biss qabel kellha tin\u0127eles mill-\u0127abs, qanqal l-interess g\u0127ax din hi storja ta&#8217; xebba, maqbuda f&#8217;\u010birku ta&#8217; droga u li kienet qed t\u0127allas ta&#8217; reati kriminali li ma \u0127allewx vittmi.<\/p>\n<p>Il-mewt tag\u0127ha qanqal interess \u0121did dwar il-kundizzjonijiet fil-\u0127abs, u x&#8217;aktarx g\u0127ad jitqanqal dibattitu \u0121did dwar kemm hi xierqa sentenza ta&#8217; \u0127abs g\u0127al \u010bertu reati.<\/p>\n<p>Sakemm tfa\u010b\u010ba l-ka\u017c ta\u017c-\u017cag\u0127\u017cug\u0127a Kim Borg, g\u0127al snin twal il-gvern injora kull kritika dwar il-politika tieg\u0127u dwar il-\u0127abs. Id-direttur tal-\u0127abs sa\u0127ansitra \u010ba\u0127ad li huwa xi sadist iffissat bis-setg\u0127a u g\u0127al ftit din il-kritika ma qishiex b\u0127allikieku kienet xi forma ta&#8217; tif\u0127ir.<\/p>\n<p>Dawn kienu tal-fehma li n-nies mhux ser joqog\u0127du j\u0127abblu rashom dwar min joqtol ru\u0127u b&#8217;idejh waqt li jkun qed jiskonta sentenza ta&#8217; g\u0127omru l-\u0127abs g\u0127al qtil g\u0127aliex iqisu li nkunu qed niffrankaw l-ispejje\u017c tal-ikel u tal-akkommodazzjoni.<\/p>\n<p>I\u017cda l-ka\u017c ta&#8217; Kim Borg huwa kemxejn aktar politikament problematiku g\u0127all-gvern. Din it-tfajla tirrappre\u017centa t-tnax-il suwi\u010bidati l-o\u0127rajn u kif ukoll it-tbatijiet ta&#8217; bosta li g\u0127adhom mimlijin bil-g\u0127omor i\u017cda li jixtiequ li mhumiex. Mhux biss g\u0127ax il-mewta tag\u0127ha hi l-aktar wa\u0127da li g\u0127adha friska fl-im\u0127u\u0127. Tirrappre\u017centa t-tnax li mietu qabilha g\u0127ar-ra\u0121uni li, kuntrarjament g\u0127all-ka\u017cijiet l-o\u0127ra kollha, tfakkarna li kul\u0127add jista&#8217; jaqbad triq \u017cbaljata u jispi\u010b\u010ba \u0127a\u017cin.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm il-kwistjoni hi wa\u0127da politikament problematika g\u0127all-gvern, dan ma jfissirx li l-gvern bi\u0127siebu jbiddel il-politika tieg\u0127u bil-g\u0127an li sse\u0127\u0127 bidla fis-sentiment pubbliku.<\/p>\n<p>Il-gvern, e\u017catt b\u0127all-faxxisti li jimmanipulaw kif ikunu jridu lill-im\u0127u\u0127 tal-ma\u0121\u0121oranza, lill-kriti\u010bi jqishom b\u0127ala be\u017c\u017cieg\u0127a liberali b&#8217;qalbhom f&#8217;idhom li jemmnu li g\u0127andhom ra\u0121un i\u017cda li m&#8217;g\u0127andhomx il-\u0127ila li jipperswadu lill-ma\u0121\u0121oranza li l-fehmiet tag\u0127hom huma dawk li jg\u0127oddu.<\/p>\n<p>Wara li qatlu lill-persuna ta&#8217; Kim Borg, issa g\u0127addew biex jeliminaw lil Kim Borg b\u0127ala simbolu.<\/p>\n<p>Ma tridx wisq biex twa\u0127\u0127al f&#8217;pri\u0121unier li jkun g\u0127amel suwi\u010bidju biex b&#8217;hekk ti\u0121i skreditata l-memorja tieg\u0127u u b&#8217;hekk ukoll jinqered kull dritt, anki d-dritt tad-dinjit\u00e0 fil-\u0127abs. Bosta jirra\u0121unaw li, kieku m&#8217;abbu\u017cawx mid-droga, li kieku ma wettqux reati kriminali biex jiffinanzjaw il-vizzju tag\u0127hom, li kieku obdew ir-regoli tal-\u0127abs, li kieku ma tg\u0127allqux, dawn ma kinux imutu qasir il-g\u0127omor.<\/p>\n<p>Fil-Facebook kien hemm min \u0127adha kontra d-de\u010bi\u017cjoni ta&#8217; missier Kim Borg li jfittex lill-gvern g\u0127ad-danni g\u0127all-mewt ta&#8217; bintu u wera l-fehma li huwa l-missier li g\u0127andu ji\u0121i mfittex mill-istat u dan talli kien ta trobbija \u0127a\u017cina lil bintu.<\/p>\n<p>Il-fatt jibqa&#8217; li \u0121aladarba l-bidla fil-\u0127abs mhix ser isse\u0127\u0127 u dan sforz bidla fil-politika tal-gvern, l-uniku mod li tista&#8217; sse\u0127\u0127 bidla tibqa&#8217; permezz ta&#8217; azzjoni fil-qrati bit-tama li tkun il-\u0121udikatura li timponi l-applikazzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem fuq it-tmexxija tal-\u0127abs.<\/p>\n<p>Missier Kim Borg, fin-niket bla qies tie\u0127u, qed jag\u0127ti servizz lill-pajji\u017c meta j\u0121ieg\u0127el lill-qrati jiflu realt\u00e0 li w\u0127ud minna l-\u0121urnalisti ilna niktbu dwarha. Kitba li ftit li xejn \u0127alliet xi impatt so\u010bjali.<\/p>\n<p>U\u0127ud mill-kitbiet li \u0121ew indirizzati lill-familja ta&#8217; Kim Borg jew lejn dawk li jikkritikaw l-gvern, huma l-frott tal-\u0127a\u017cen u tal-kefrija ta&#8217; dawk li m&#8217;g\u0127andhom ebda mog\u0127drija g\u0127al bnedmin o\u0127ra. Bosta minnhom mhuma xejn \u0127lief trolls qaddejja tal-partit tal-gvern.<\/p>\n<p>Ma tridx wisq g\u0127erf biex tinteba\u0127 bl-g\u0127odda li ju\u017caw. Tisma&#8217; rimarki tal-Ministru li apposta ma jitkellimx \u010bar u li jag\u0127ti biss \u0127jiel ta&#8217; x&#8217;ikun irid ifisser. Fuq l-a\u0127barijiet ikkontrollati mill-gvern, jag\u0127mlu \u0127ilithom biex jiskreditaw u ji\u017colaw lill-vittmi u lil dawk li jappo\u0121\u0121jawhom. Issib kitbiet minn kompli\u010bi b\u0127al Simon Mercieca li ma jist\u0127ux juru l-mibg\u0127eda ideolo\u0121ika tag\u0127hom g\u0127al dawk li huma vulnerabbli fis-so\u010bjet\u00e0. U hemm ukoll t-trolls. G\u0127exieren ta&#8217; il\u0127na rrabjati li jakku\u017caw lil Kim Borg li bis-suwi\u010bidju tag\u0127ha stess ippruvat tag\u0127mel \u0127sara lill-partit politiku ta&#8217; qalbhom.<\/p>\n<p>Daqslikieku li din l-imsejkna kellha l-\u0127ila li jkollha \u0127sibijiet b\u0127al dawn fil-mo\u0127\u0127 ittorturat tag\u0127ha!<\/p>\n<p>Din di\u0121\u00e0 rajnieha sse\u0127\u0127. Daphne Caruana Galizia ma kinitx pri\u0121uniera. Kellha kondotta nadifa. Qatt ma waqqfet lil dawk li jappo\u0121\u0121jaw lill-gvern milli jivvintaw, milli jikkalunjaw u milli jag\u0127mlu \u0127ilithom biex jeqirdu l-memorja tag\u0127ha sa\u0127ansitra wara l-qtil tag\u0127ha.<\/p>\n<p>F&#8217;\u0127afna aspetti, s-sinifikat tal-mewt ta&#8217; Kim Borg huwa differenti minn dak ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Kim ma kinitx mara li kienet ilha snin twal ti\u0121\u0121ieled favur id-demokrazija u li nqatlet proprju min\u0127abba f&#8217;hekk.<\/p>\n<p>I\u017cda fejn jid\u0127lu aspetti o\u0127ra, jidher li hemm xeb\u0127. B\u0127alma hemm xeb\u0127 mal-mewt ta&#8217; Miriam Pace li llum saret simbolu tal-vittmi inno\u010benti kollha tal-kostruzzjoni abbu\u017civa. Tra\u0121edja li wkoll hi konsegwenza tar-relazzjoni abbu\u017civa u kriminali bejn in-negozju u s-setg\u0127a politika.<\/p>\n<p>Mal-mog\u0127dija ta\u017c-\u017cmien, Kim Borg qed issir simbolu tal-vittmi inno\u010benti kollha li qed ibatu min\u0127abba l-ksur tad-drittijiet fundamentali tag\u0127hom u min\u0127abba s-sadi\u017cmu mwettaq fuq persuni nies li jinsabu fil-kustodja tal-istat. Kim Borg kienet \u0127atja tar-reati kriminali li wettqet. Dawk li g\u0127amlu suwi\u010bidju kienu fil-\u0127abs min\u0127abba l-im\u0121iba \u0127a\u017cina tag\u0127hom. I\u017cda \u0127add minnhom ma wettaq reati li kien \u0127aqqhom il-mewt. Madankollu spi\u010b\u010baw biex inqatlu.<\/p>\n<p>Sadattant l-awtoritajiet jibqg\u0127u jassigurawna li l-inkjesti sigrieti li qed jag\u0127mlu ma jag\u0127tu ebda ra\u0121un lis-suspetti tag\u0127na. I\u017cda sforz il-kultura ta&#8217; bi\u017ca&#8217;, vjolenza u intimidazzjoni li Alex Dalli tant jifta\u0127ar biha u sforz l-istil ta&#8217; tmexxija li jemmen fiha hu, ma nistg\u0127ux ma nikkonkludux li w\u0127ud minn dawn is-suwi\u010bidji setg\u0127u \u0121ew evitati, w\u0127ud minnhom setg\u0127u \u0121ew provokati, w\u0127ud minnhom ka\u0121unati, u w\u0127ud minnhom &#8211; forsi &#8211; \u0121ew fa\u010bilitati.<\/p>\n<p>Il-ksur tal-libert\u00e0 tal-kelma, in-nuqqas ta&#8217; t\u0127aris ta&#8217; dawk li huma dg\u0127ajfin fis-so\u010bjet\u00e0 mir-reg\u0127ba tas-sinjuruni, u \u010b-\u010ba\u0127da tad-drittijiet fundamentali lil min ikun fil-kustodja tal-istat huma t-tliet u\u010bu\u0127 tal-istess im\u0121iba mxajtna li te\u017cisti fil-qalba tal-gvern tag\u0127na. L-u\u010bu\u0127 ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, ta&#8217; Miriam Pace, u issa ta&#8217; Kim Borg huma l-u\u010bu\u0127 li qed i\u0127arsu lejna.<\/p>\n<p>L-appo\u0121\u0121 li jgawdi l-gvern mill-ma\u0121\u0121oranza f&#8217;dan il-pajji\u017c hi xilja fuqna lkoll. Iva, anki fuqna li no\u0127or\u0121u g\u0127onqna biex nikkritikaw. G\u0127aliex, ma&#8217; kull jum li jg\u0127addi, qed nonqsu milli ninsistu li dawn in-nisa mhux biss mietu.<\/p>\n<p>I\u017cda li konna a\u0127na li qtilniehom.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-kri\u017ci fil-\u0127abs issa \u0121iet &#8220;politi\u010bizzata&#8221;. Qed nu\u017ca l-kelma kif tintu\u017ca fil-Malti skont it-tifsira li akkwistat fil-kuntest lokali u mhux skont kif fil-fatt tfisser. F&#8217;Malta o\u0121\u0121ett isir &#8220;politi\u010bizzat&#8221; meta ma tibqax isse\u0127\u0127 il-possibilit\u00e0 li wie\u0127ed ibiddel il-fehma ta&#8217; min jibqa&#8217; jirrepeti dak li jistqarr il-partit politiku tieg\u0127u. Il-mewt ta&#8217; persuna li kienet ta\u0127t il-kustodja tal-istat hi [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":103569,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103576\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=103576"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103576\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":103605,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/103576\/revisions\/103605\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/103569\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=103576"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=103576"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=103576"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}