{"id":10397,"date":"2018-09-10T08:28:21","date_gmt":"2018-09-10T06:28:21","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10397"},"modified":"2018-09-11T23:32:17","modified_gmt":"2018-09-11T21:32:17","slug":"il-barrikati-jehtieg-li-jtiru","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/09\/il-barrikati-jehtieg-li-jtiru\/","title":{"rendered":"Il-barrikati je\u0127tie\u0121 li jtiru"},"content":{"rendered":"<p>Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta sar is-simbolu l-aktar importanti fit-taqtieha li g\u0127addej minnha l-pajji\u017c favur il-libertajiet ba\u017ci\u010bi.<\/p>\n<p>Ftit inqas minn sena ilu bdew jitqieg\u0127du fjuri, xemg\u0127at, messa\u0121\u0121i stampati u ritratti bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; mew\u0121a ta&#8217; rabja popolari wara li nqatlet \u0121urnalista li kellha eluf kbar ta&#8217; qarrejja jsegwuha u li kienet tgawdi rispett daqs kemm kienet s-su\u0121\u0121ett ta&#8217; mibg\u0127eda u ta&#8217; stmerrija. L-azzjonijiet ta&#8217; dawk li kienu jwarrbu l-fjuri u x-xemg\u0127at mill-mafkar u ta&#8217; dawk li kienu jer\u0121g\u0127u jqieg\u0127duhom ipprovokaw mistoqsija mill-aktar mportanti.<\/p>\n<p>In-nies g\u0127andha jew m&#8217;g\u0127andhiex id-dritt li tag\u0127mel u\u017cu minn spazji pubbli\u010bi biex tipprotesta b&#8217;mod konsistenti u fuq ba\u017ci ftit jew wisq permanenti dwar kwistjonijiet li huma ta&#8217; natura skomda g\u0127all-gvern?\u00a0 Sal-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet il-gvern \u0127oloq sku\u017ca. \u0126add ma jiddubita li fl-10 darbiet li tne\u0127\u0127ew il-fjuri u x-xemg\u0127at, dan x&#8217;aktarx dejjem \u0121ara&#8217; g\u0127ax in\u0127ar\u0121et ordni mill-uffi\u010b\u010bju tal-prim ministru. Is-sej\u0127iet minn na\u0127a ta&#8217; qaddejja tal-gvern, b\u0127alma huma Jason Micallef u Jeffrey Pullicino Orlando, biex \u201cjitnaddaf\u201d is-sit minn kull o\u0121\u0121ett li huwa xhieda \u0127ajja tar-rabja tan-nies g\u0127all-impunit\u00e0 li jgawdu dawk li qatlu \u0121urnalista huma prova nkonklussiva tal-id mo\u0127bija tal-gvern.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad il-gvern tilef il-pa\u010benzja. Ftit kien hemm protesti sekolari li se\u0127\u0127ew f&#8217;Malta li damu g\u0127addejjin g\u0127al \u0127dax il-xahar. Biex nag\u0127mlu l-paraguni, forsi nkunu je\u0127tie\u0121 li mmorru lura g\u0127as-snin 80 meta kienu se\u0127\u0127ew protesti dwar drittijiet fundamentali li kienu qed ji\u0121u mhedda b&#8217;mod mill-aktar aggressiv mill-istat.<\/p>\n<p>Fl-anniversarju tal-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, l-gvern assolutament ma jridx li madwar id-dinja ter\u0121a&#8217; titkebbes ir-rabja lej\u0127 talli naqas jag\u0127mel dak kollu me\u0127tie\u0121 biex isib tarf tal-ka\u017c. Joseph Muscat fehem sew is-simboli\u017cmu tal-mafkar fil-qalba tal-Belt fa\u010b\u010bata tal-qrati tag\u0127na. Qalulu li sal-\u0121img\u0127a li g\u0127addiet ma kinitx tg\u0127addi sieg\u0127a filg\u0127odu li n-nies &#8211; turisti u negozjanti barranin b&#8217;mod partikolari &#8211; ma kinitx tieqaf quddiem il-mafkar tal-Assedju l-Kbir g\u0127al ftit minuti biex tara b&#8217;g\u0127ajnejha xhieda \u0127ajja li dan il-pajji\u017c g\u0127andu ru\u0127.<\/p>\n<p>Waqt li l-Avukat \u0120enerali qed jirre\u017cisti b&#8217;mod farsesk il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta s\u0127i\u0127a dwar<em> Egrant<\/em>, qed jag\u0127ti lil Joseph Muscat i\u017c-\u017cmien li je\u0127tie\u0121 biex, fejn ikun jaqbillu, j\u0127assar brani mir-rapport u mbag\u0127ad ixandru b&#8217;mod imqassar f&#8217;attentat biex imewwet protesti li jistg\u0127u isiru f&#8217;Ottubru. I\u017cda dan mhux bi\u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10368\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-3-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"960\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-3-1-300x180.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-3-1-450x270.jpeg 450w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-3-1-768x461.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-3-1.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Il-gvern ordna li l-mafkar tal-assedju jitg\u0127atta u jiddawwar bil-barrikati tal-pulizija. Il-mafkar issa la nistg\u0127u narawh u lanqas inmissuh. Dan kollu sar fit-8 ta&#8217; Settembru nnifsu, \u0121urnata ta&#8217; festa pubblika. Lill-kuntrattur ordnawlu jg\u0127atti l-mafkar u jdawwru bil-barrikati nhar il-festa stess is-Sibt li g\u0127adda &#8211; lanqas li kien hemm xi periklu li l-mafkar jikkrolla! Il-mafkar ma kellu b\u017conn ebda restawr &#8211; ir-restawr kienu \u0127adu \u0127siebu ta&#8217; <em>Din l-Art \u0126elwa<\/em> 8 snin ilu biss.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10360\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5.jpeg\" alt=\"\" width=\"1599\" height=\"1599\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5-150x150.jpeg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5-270x270.jpeg 270w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5-300x300.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5-768x768.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/Unknown-5.jpeg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1599px) 100vw, 1599px\" \/><\/p>\n<p>U anki li kieku l-barrikati huma me\u0127tie\u0121a sakemm jitqaxxru l-fdalijiet tax-xemg\u0127a u tebg\u0127at tal-\u0127amrija, g\u0127aliex in-nies qed jin\u017camm milli tersaq lejn il-mafkar? Dan huwa spazju pubbliku li la hu ta&#8217; Joseph Muscat u lanqas tal-gvern. F&#8217;so\u010bjet\u00e0 \u0127ielsa, il-pjazza hi tal-poplu: il-pjazza hi spazju liberu fejn in-nies tkun tista&#8217; tippassi\u0121\u0121a, tit\u0127addet, tipprotesta jekk tkun trid jew timxi minn \u0127anut g\u0127all-ie\u0127or jekk tippreferi dak kollu li hu tad-dinja. Dmir il-gvern hu li jassigura li jkun hemm sigurt\u00e0 s\u0127i\u0127a fil-pjazza: li ma jkun hemm \u0127add li jipprova jeqred il-libertajiet ta&#8217; \u0127addie\u0127or. Ma jistax ikun il-gvern stess li jxekkel l-e\u017cer\u010bizzju tal-libertajiet pubbli\u010bi. Il-gvern m&#8217;g\u0127andu ebda dritt li jnaqqas l-a\u010b\u010bess g\u0127all-ispazji miftu\u0127a, spe\u010bjalment f&#8217;wa\u0127da mill-pjazez ewlenin tal-belt kapitali, sakemm ma jkunx hemm fin-nofs xi periklu li jkun je\u0127tie\u0121 li ji\u0121i evitat.<\/p>\n<p>It-tqeg\u0127id tal-barrikati mill-pulizija fi Pjazza tal-Assedju l-Kbir hi azzjoni illegali. U jkun kompli\u010bi mal-isforzi tal-gvern biex itaffi s-sens tal-\u0127tija li g\u0127andu dwar il-qtil politiku min jobdi l-ordnijiet tal-pulizija biex ma jaqbi\u017chomx. Huwa dmirna li nisfidaw dawk il-barrikati. Mhux kul\u0127add se jkollu l-kura\u0121\u0121 li jag\u0127mel dan. Il-bi\u010b\u010ba l-kbira mhux se ja\u017c\u017cardaw. Ikun hemm min jib\u017ca&#8217; mill-konsegwenzi u o\u0127rajn li ma tg\u0127addilhomx minn rashom li jisfidaw ordni tal-pulizija.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fray.azzopardi%2Fvideos%2F10156037388503003%2F&amp;show_text=0&amp;width=267\" width=\"267\" height=\"476\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Dawk li jkunu lesti li jisfidaw dawn l-ordnijiet jag\u0127mlu dan b&#8217;rispett lejn li\u0121ijiet li huma aktar fundamentali. L-ispazji pubbli\u010bi fil-bera\u0127 huma tan-nies u g\u0127andhom jibqg\u0127u a\u010b\u010bessibbli g\u0127an-nies. Il-libert\u00e0 tal-kelma tag\u0127mel sens biss meta nkunu \u0127ielsa li nesprimu ru\u0127na b&#8217;mod li jista&#8217; jkebbes ir-rabja tal-gvern. Il-fjuri u x-xemg\u0127at m&#8217;huma theddida lejn \u0127add \u0127lief lejn il-\u0127atja u dawn jinkixfu ta&#8217; li huma skond kif jirrea\u0121ixxu.<\/p>\n<p>G\u0127andna nibqg\u0127u insusu biex ise\u0127\u0127 il-\u0121ustizzja sakemm din fil-fatt isse\u0127\u0127. Jekk ikun hemm il-bi\u017ca&#8217; li l-\u0121ustizzja tista&#8217; ma sse\u0127\u0127 qatt, g\u0127andna nibqg\u0127u insusu u ninsistu b&#8217;aktar qawwa. dawk il-barrieri je\u0127tie\u0121 li jtiru. Jekk ma jtajjarhom il-gvern, ikollna ntajjruhom a\u0127na.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir fil-Belt Valletta sar is-simbolu l-aktar importanti fit-taqtieha li g\u0127addej minnha l-pajji\u017c favur il-libertajiet ba\u017ci\u010bi. Ftit inqas minn sena ilu bdew jitqieg\u0127du fjuri, xemg\u0127at, messa\u0121\u0121i stampati u ritratti bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; mew\u0121a ta&#8217; rabja popolari wara li nqatlet \u0121urnalista li kellha eluf kbar ta&#8217; qarrejja jsegwuha u li kienet tgawdi rispett daqs kemm kienet [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10361,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10397\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10397"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10397\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10444,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10397\/revisions\/10444\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10361\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10397"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10397"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10397"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}