{"id":104054,"date":"2021-10-16T09:37:04","date_gmt":"2021-10-16T07:37:04","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=104054"},"modified":"2021-10-16T13:22:28","modified_gmt":"2021-10-16T11:22:28","slug":"id-dlam-jintrebah-bid-dawl-tal-hegga-u-tad-determinazzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/10\/id-dlam-jintrebah-bid-dawl-tal-hegga-u-tad-determinazzjoni\/","title":{"rendered":"Id-dlam jintreba\u0127 bid-dawl tal-\u0127e\u0121\u0121a u tad-determinazzjoni"},"content":{"rendered":"<p>Dalg\u0127odu qg\u0127adt in\u0127abbel mo\u0127\u0127i biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba&#8217; sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Mo\u0127\u0127i beda&#8217; jberren dwar ideat li kont g\u0127adni ma \u0127sibtx dwarhom u dwar dak li, f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar erba&#8217; snin, g\u0127adu ma ng\u0127adx. Mo\u0127\u0127i berren ukoll dwar kliem li g\u0127adhom ma tlissnux u dwar toroq \u0121odda li g\u0127adhom ma tterqux. A\u0127na u n\u0127ossu x-xokk, ir-rabja, il-bi\u017ca&#8217; u d-determinazzjoni, jien fittixt pa\u0121na \u0121dida fi ktieb li nkiteb f&#8217;jum wie\u0127ed erba&#8217; snin ilu.<\/p>\n<p>\u0126assejt il-frustrazzjoni ta\u0127kimni jien u ninteba\u0127 li ma stajt insib xejn li ma kienx di\u0121\u00e0 ng\u0127ad qabel. B\u017cajt li kont ser nirrepeti ru\u0127i u li l-udjenza kienet ser titlef l-interess hi u tisma&#8217; stejjer li kienet di\u0121\u00e0 ilha li semg\u0127athom.<\/p>\n<p>I\u017cda mbag\u0127ad ilma\u0127t din it-tpin\u0121ija ta&#8217; Seb Tanti Burl\u00f2.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fsebtantiburlo%2Fposts%2F2373605412777023&amp;show_text=false&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"355\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>U ftakart li a\u0127na m&#8217;a\u0127niex hawn biex nipprovdu d-divertiment li jkun je\u0127tie\u0121 li ji\u0121\u0121edded qabel xi mg\u0127allem jidde\u010biedi li jwaqqaf kollox u jivvinta xi \u0127a\u0121&#8217;o\u0127ra. Xog\u0127olna hu dak li ndawlu l-im\u0127u\u0127 biex dejjem nirb\u0127u kontra d-dlam.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andna g\u0127alfejn noqog\u0127du nivvintaw xejn. Is-sewwa u r-ra\u0121uni ma jridux forza. Il-karba favur il-\u0121ustizzja jew tinstema&#8217; jew inkella tkun wa\u0127da siekta.<\/p>\n<p>Din it-tpin\u0121ija titkellem we\u0127idha. Jekk noqog\u0127du b&#8217;idejna fuq \u017caqqna, inkunu qed nistiednu lill-\u0127akma tad-dlamijiet biex tid\u0127ol flokna. Id-dlam huwa n-nuqqas ta&#8217; dawl. Jekk ma nibqg\u0127ux nirre\u017cistu, ner\u0121g\u0127u nin\u0127akmu mid-dlam. Id-dlam mhuwa xejn u g\u0127aldaqstant ma jista&#8217;\u00a0 jinqered qatt. Nin\u0127akmu mid-dlam kemm-il darba ma nibqg\u0127ux nuru \u0127e\u0121\u0121a.<\/p>\n<p>Daphne Caruana Galizia g\u0127exet u mietet, hi u tissielet kontra d-dlam. Xog\u0127olna hu li niftakru u li nfakkru. Dan mhuwiex xi divertiment. M&#8217;a\u0127niex nistennew lil min joqg\u0127od i\u010bap\u010bpilna. M&#8217;a\u0127niex hawn biex noqog\u0127du npaqpqu l-\u0127ornijiet tal-karrozzi tag\u0127na fix-xatt ta&#8217; Tas-Sliema a\u0127na u ni\u010b\u010belebraw xi reb\u0127a.<\/p>\n<p>Nafu biss li l-\u0127e\u0121\u0121a u d-determinazzjoni tag\u0127na jeqirdu lid-dlam. U sakemm inkunu hawn, id-dlam ma jista&#8217; qatt ja\u0127kem fuqna.<\/p>\n<p>G\u0127al Daphne. G\u0127alina.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dalg\u0127odu qg\u0127adt in\u0127abbel mo\u0127\u0127i biex insib il-kliem li huwa adattat biex titfakkar ir-raba&#8217; sena minn dak il-jum iswed li fih inqatlet Daphne. Mo\u0127\u0127i beda&#8217; jberren dwar ideat li kont g\u0127adni ma \u0127sibtx dwarhom u dwar dak li, f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar erba&#8217; snin, g\u0127adu ma ng\u0127adx. Mo\u0127\u0127i berren ukoll dwar kliem li g\u0127adhom ma tlissnux u dwar [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":104051,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104054\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=104054"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104054\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":104059,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104054\/revisions\/104059\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/104051\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=104054"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=104054"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=104054"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}