{"id":104519,"date":"2021-10-22T10:17:43","date_gmt":"2021-10-22T08:17:43","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=104519"},"modified":"2021-10-23T23:00:36","modified_gmt":"2021-10-23T21:00:36","slug":"wirt-rinunzjat","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/10\/wirt-rinunzjat\/","title":{"rendered":"Uliedna di\u0121\u00e0 qed jis\u0127tuna"},"content":{"rendered":"<p>Niksa\u0127 meta niftakar bil-mod kif Ian Borg qieg\u0127ed kliemu meta tkellem favur il-\u0127tie\u0121a tal-bini ta&#8217; metro: &#8216;Jekk nibqg\u0127u ma nag\u0127mlu xejn, uliedna g\u0127ad jis\u0127tuna&#8217;. Qatt f&#8217;\u0127ajti ma niftakar li kkwotajt lil Ian Borg dwar xi \u0127a\u0121a li qbilt mag\u0127ha. Jekk dak li qal Ian Borg jitne\u0127\u0127a mill-kuntest spe\u010bifiku tal-idea li tinbena metro u g\u0127al mument tinsa lill-im\u0121iba tieg\u0127u kemm ilu bis-setg\u0127a f&#8217;idejh, ittemm bil-\u0127tija kollettiva tal-\u0121enerazzjoni tag\u0127na.<\/p>\n<p>Uliedi ta&#8217; sikwit jirreferu g\u0127alija b\u0127ala &#8220;boomer&#8221;. Jekk b&#8217;din il-kelma jkunu qed jirreferu g\u0127al &#8220;baby-boomer&#8221;, ikunu qed ji\u017cbaljaw b&#8217;madwar 12-il sena. M&#8217;iniex xi\u0127 daqskemm \u0127asbu li jien, jew g\u0127allinqas nippretendi li m&#8217;iniex. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2021-10-21\/local-news\/60-of-youths-would-rather-move-to-elsewhere-in-Europe-than-stay-in-Malta-survey-finds-6736237703\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Int u taqra r-ri\u017cultati tal-ist\u0127arri\u0121 tal-EY li sar fost dawk li g\u0127andhom anqas minn 30 sena, tasal biex tifhem id-distanza li j\u0127ossu.<\/a><\/p>\n<p>Araw x&#8217;inhi l-fehma tag\u0127hom dwar il-pajji\u017c li g\u0127ad jirtu ming\u0127andna. Pajji\u017c li l-bi\u010b\u010ba l-kbira tag\u0127hom mhumiex im\u0127ajrin li jibqg\u0127u jg\u0127ixu fih. L-ilment ewlieni tag\u0127hom hu li l-ambjent li g\u0127andna fil-pajji\u017c igiddeb il-fama li l-Maltin huma ffissati fl-indafa. Ma nkunx qed nesa\u0121era jekk ng\u0127id li lil uliedna litteralment \u0127rajnielhom fil-platt tal-ikel tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Ma tlumhomx li jippreferu jg\u0127ixu lil hinn minn pajji\u017chom. Lill-ambjent tag\u0127na tant irnexxielna neqirduh li l-idea li l-pajji\u017c huwa xi \u0121enna fl-art \u0121ibnieha fix-xejn. Sirna qisna ktieb mimli\u00a0 ritratti me\u0127udin biex ja\u0127bu l-krejnijiet u l-mostri tal-konkrit. I\u017cda s-sitwazzjoni hi ag\u0127ar minn hekk. I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li huma m\u0127ajrin ibew\u0121u &#8216;l barra minn pajji\u017chom qed jg\u0127idulna wkoll li qatg\u0127u qalbhom li g\u0127ad jirnexxielna nirran\u0121aw is-sitwazzjoni.<\/p>\n<p>Mil-lenti dejqa tag\u0127na l-boomers &#8211; jekk trid issej\u0127ilna hekk &#8211; dan huwa sinjal ta&#8217; nuqqas ta&#8217; tama. L-ist\u0127arri\u0121 tal-EY juri li bosta minn dawk li \u0121ew intervistati g\u0127andhom ambizzjonijiet intraprenditorjali. U aktar u aktar \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 qed jesprimu x-xewqa tag\u0127hom li jkollhom in-negozju tag\u0127hom. M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, din hi \u0127a\u0121a tajba. Intraprenditur isib tarf il-problemi, ikattar l-innovazzjoni, jeqred l-ista\u0121nar u jnebba\u0127 etika ta&#8217; xog\u0127ol produttiv. Sa hawn, kollox sew.<\/p>\n<p>Imma ejja nkunu onesti. Jekk inpo\u0121\u0121u t-twe\u0121ibiet po\u017cittivi dwar l-ispirtu intraprenditorjali kontra l-isfond tat-twe\u0121ibiet li jippreferu jitilqu mill-pajji\u017c, tajjeb li ne\u017caminaw jekk hemmx relazzjoni bejniethom. \u017bg\u0127a\u017cag\u0127 li qatg\u0127u qalbhom mill-pajji\u017c qed ji\u0121u sfurzati jfendu g\u0127al rashom. Qatt ma rajt \u0127a\u0121a daqshekk tajba u \u0127a\u017cina fl-istess \u0127in.<\/p>\n<p>Il-\u0127ajja pubblika, fl-attivi\u017cmu, fil-politika, fis-servizz pubbliku, fil-\u0121urnali\u017cmu, huma wkoll intraprenditorija. Il-mira tag\u0127hom huwa l-\u0121id komuni u mhux il-gwadann personali. B&#8217;daqshekk mhux qed ng\u0127id li s-servizz pubbliku huwa superjuri g\u0127all-intrapri\u017ca mmirata lejn il-profitt. Li qed nipprova ng\u0127id hu li meta tkun qtajt qalbek li l-kontribut tieg\u0127ek g\u0127ad jag\u0127mel xi differenza fil-komunit\u00e0 tieg\u0127ek, tibda tara x&#8217;tista&#8217; tag\u0127mel fl-interessi personali tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Il-paradoss jinsab hawn. Insewwed qalbi meta niftakar li l-\u0121enerazzjoni tieg\u0127i wettqet din il-\u0127sara kollha lill-fidu\u010bja ta&#8217; dawk li ser ji\u0121u warajna li jista&#8217; jkollhom pajji\u017c a\u0127jar. Huwa tassew dnub meta tisma&#8217; li l-aqwa u l-a\u0127jar im\u0127u\u0127 tal-pajji\u017c huma m\u0127ajrin li jitilqu u jabbandunaw il-wirt li dejjem sejja\u0127nielu tag\u0127na g\u0127al \u0121enerazzjonijiet s\u0127a\u0127.<\/p>\n<p>I\u017cda wara kollox, jien inzertajt li g\u0127andi t-tfal u daqs kull \u0121enitur ie\u0127or qed nittama li wliedi jsibu tarf tal-i\u017cbalji. Imma ma rridx li jibqg\u0127u mwa\u0127\u0127lin hawn ming\u0127ajr \u0127e\u0121\u0121a u effettwati mill-konsegwenzi tan-nuqqasijiet tieg\u0127i. Irrid dak li huwa l-a\u0127jar g\u0127alihom. Irridhom jg\u0127ixu \u0127ajjithom ming\u0127ajr ma jkollhom g\u0127alfejn jag\u0127mlu tajjeb g\u0127ad-djun li akkumulaw tort l-g\u0127a\u017cliet \u0127\u017ciena tieg\u0127i u tal-\u0121enerazzjoni tieg\u0127i.<\/p>\n<p>Qabel ir-referendum tal-2003 dwar is-s\u0127ubija fl-UE, lilna li konna qed nag\u0127mlu kampanja favur is-s\u0127ubija kienu qalulna li kien je\u0127tie\u0121 li ntaffu l-bi\u017cg\u0127at ta&#8217; votanti anzjani li kienu inkwetati li s-s\u0127ubija kienet se t\u0127ajjar li\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 jitilqu minn Malta. Kien hemm xi \u0121enituri li kienu lesti jivvutaw kontra s-s\u0127ubija min\u0127abba l-bi\u017ca&#8217; li jsifrulhom uliedhom. Bil-pa\u010benzja kollha, kellna nispjegawlhom li l-libert\u00e0 li wie\u0127ed imur jg\u0127ix band&#8217;o\u0127ra mhux bilfors kienet tfisser li \u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 kienu ser jitilqu. Fil-fatt il-bi\u010b\u010ba l-kbira tal-Ewropej imutu fil-pajji\u017c fejn ikunu twieldu.<\/p>\n<p>Meta n\u0127ares lura lejn dawk i\u017c-\u017cminijiet, ninteba\u0127 li l-unika \u0127a\u0121a li \u0121ietna \u017cew\u0121 kienet dik li tajna lil uliedna \u010b-\u010bavetta g\u0127all-bibien tal-Ewropa.\u00a0 Tajniehom id-dritt li, jekk jidhrilhom li m&#8217;g\u0127andhomx futur, li jitilqu minn dan il-pajji\u017c.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-104510\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/2bec9008f5d52aad477273170d57359ea21aa961-1556696981-5cc94f95-360x251-1.jpg\" alt=\"\" width=\"360\" height=\"512\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/2bec9008f5d52aad477273170d57359ea21aa961-1556696981-5cc94f95-360x251-1-200x284.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/2bec9008f5d52aad477273170d57359ea21aa961-1556696981-5cc94f95-360x251-1-211x300.jpg 211w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/2bec9008f5d52aad477273170d57359ea21aa961-1556696981-5cc94f95-360x251-1.jpg 360w\" sizes=\"(max-width: 360px) 100vw, 360px\" \/><\/p>\n<p>Peress li jien ma twilidx ilbiera\u0127, it-tama nista&#8217; n\u0127ares lejha b&#8217;\u010bertu \u010bini\u017cmu. Huwa minnu li la Malta u lanqas barra minn xtutha m&#8217;hemm \u0121onna fl-art. Id-dinja qed ti\u0121\u0121ennen. G\u0127al bosta, l-&#8217;emigrazzjoni&#8217; tfisser li tmur tg\u0127ix fir-Renju Unit &#8211; pajji\u017c li darba kien ix-xempju tad-demokrazija u tar-re\u017cistenza qawwija kontra n-nazzjonali\u017cmu dejjaq. Illum m&#8217;g\u0127adux meqjus hekk. G\u0127al bosta o\u0127rajn, &#8220;l-Ewropa&#8221; kienet l-Italja, ming\u0127ajr l-g\u0127ajjat faxxista ta&#8217; numru dejjem jikber ta&#8217; nies nostal\u0121i\u010bi g\u0127all-qomos is-suwed u l-vjolenza fit-toroq. G\u0127al o\u0127rajn, &#8220;l-Ewropa&#8221; kienet Franza, li minn mument g\u0127al ie\u0127or tistenna li skandlu politiku ie\u0127or ser iwassal g\u0127all-ewwel gvern ultra-lemini minn \u017cmien Vichy.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li wie\u0121bu g\u0127all-ist\u0127arri\u0121 ta&#8217; EY ilmentaw dwar l-immani\u0121\u0121jar irresponsabbli tal-ambjent u dwar il-\u0127sara irriversibbli fil-klima li ser iwasslu g\u0127al kri\u017ci li ser tbiddel, teqred jekk mhux ukoll toqtol il-\u0127ajja kif ilna nafuha g\u0127al sekli s\u0127a\u0127 wara mewtna. Imorru fejn imorru, ma tantx ser isibu wens.<\/p>\n<p>Madankollu minn dan l-ist\u0127arri\u0121 tal-EY jo\u0127ro\u0121 fatt wie\u0127ed. Ji\u0121ifieri li fallejna f&#8217;dak li ta&#8217; sikwit ng\u0127idu li hu l-iskop ta&#8217; \u0127ajjitna: li n\u0127allu lil uliedna pajji\u017c a\u0127jar milli konna writnieh a\u0127na ming\u0127and ta&#8217; qabilna.<\/p>\n<p>Nag\u0127mlu x&#8217;nag\u0127mlu, Ian Borg, uliedna di\u0121\u00e0 qed jis\u0127tuna.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Niksa\u0127 meta niftakar bil-mod kif Ian Borg qieg\u0127ed kliemu meta tkellem favur il-\u0127tie\u0121a tal-bini ta&#8217; metro: &#8216;Jekk nibqg\u0127u ma nag\u0127mlu xejn, uliedna g\u0127ad jis\u0127tuna&#8217;. Qatt f&#8217;\u0127ajti ma niftakar li kkwotajt lil Ian Borg dwar xi \u0127a\u0121a li qbilt mag\u0127ha. Jekk dak li qal Ian Borg jitne\u0127\u0127a mill-kuntest spe\u010bifiku tal-idea li tinbena metro u g\u0127al mument [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":104511,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104519\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=104519"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104519\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":104533,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104519\/revisions\/104533\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/104511\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=104519"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=104519"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=104519"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}