{"id":104581,"date":"2021-10-25T15:43:31","date_gmt":"2021-10-25T13:43:31","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=104581"},"modified":"2021-10-25T18:11:46","modified_gmt":"2021-10-25T16:11:46","slug":"ergghidli-ghala-ghadu-jigri-barra-konrad-mizzi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/10\/ergghidli-ghala-ghadu-jigri-barra-konrad-mizzi\/","title":{"rendered":"Er\u0121a&#8217; g\u0127idilna l-g\u0127ala Konrad Mizzi g\u0127adu sal-lum ji\u0121ri barra"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-104576\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/480.jpeg\" alt=\"\" width=\"372\" height=\"209\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/480-200x112.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/480-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/480.jpeg 372w\" sizes=\"(max-width: 372px) 100vw, 372px\" \/><\/p>\n<p>Kien issemma&#8217; fl-iskandlu <em>tal-Panama Papers<\/em> tal-2016. Inkixef li \u0127oloq struttura finanzjarja biex ikun jista&#8217; jir\u010bievi flejjes \u0121ejjin mit-tix\u0127im. Inkixef mill-Awditur \u0120enerali li kien inda\u0127al direttament fit-tqassim ta&#8217; kuntratti pubbli\u010bi. Inkixef li kellu x&#8217;jaqsam mal-bejg\u0127 tal-ishma tal-Enemalta lil <em>Shanghai Electric<\/em>. Inkixef dwar in-negozju tal-Montenegro. Inkixef dwar in-negozju tal-Vitals. Inkixef li kiser il-kunfidenzjalit\u00e0 dwar il-pro\u0121ett tal-ITS.<\/p>\n<p>Naqas li jattendi g\u0127al laqg\u0127at ma&#8217; delegazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, mal-Awditur \u0120enerali, mal-Kumitat Parlamentari dwar il-Kontijiet Pubbli\u010bi. G\u0127al snin s\u0127a\u0127 \u0127arab milli jwie\u0121eb mistoqsijiet tal-\u0121urnalisti u, meta kien iwie\u0121eb, inqabad fil-gideb.<\/p>\n<p>Wie\u0127ed minn dawk li nkixef li kien xa\u0127\u0127mu b&#8217;rabta mal-iskandlu tal-Electrogas \u0121ie mixli bil-qtil ta&#8217; \u0121urnalista biex jipprova jg\u0127attilhom xturhom.<\/p>\n<p>G\u0127addejjin inkjesti ma\u0121isterjali dwar il-<em>Panama Papers,<\/em> dwar <em>17 Black<\/em>, dwar l-iskandlu tal-imtie\u0127en tar-ri\u0127 tal-Montenegro u dwar l-iskandlu tal-isptarijiet tal-Vitals li fihom huwa msemmi b\u0127ala wie\u0127ed mill-persuni suspettati ewlwnin ta&#8217; twettiq ta&#8217; reati kriminali serji \u0127afna. Dawn l-inkjesti ilhom g\u0127addejin g\u0127al bosta xhur. U\u0127ud minnhom g\u0127al snin s\u0127a\u0127. Li kieku tassew ma kienx hemm provi kontra Konrad Mizzi, dawn l-inkjesti ilhom li ng\u0127alqu.<\/p>\n<p>Sena ilu, huwa n\u0121abar mill-Pulizija u n\u017camm g\u0127all-interrogazzjoni. Imbag\u0127ad re\u0121a&#8217; n\u0127eles.<\/p>\n<p>Tul dan i\u017c-\u017cmien kollu, l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gaf\u00e0 g\u0127adu ma \u0121abarx bi\u017c\u017cejjed provi biex jixli lil Konrad Mizzi. Dwar xejn. Dan ma jistax ikun.<\/p>\n<p>Fil-Partit Laburista hemm min hu mwerwer li jekk Konrad Mizzi jin\u0121ieb dahru mal-\u0127ajt u jibda&#8217; jinkwieta serjament li g\u0127ad jiekol ikla \u0127abs, huwa ma jkollux xejn aktar x&#8217;jitlef u jibda jikxef l-g\u0127awwar dwar il-kompli\u010bi tieg\u0127u &#8211; u jibda minn Joseph Muscat.<\/p>\n<p>G\u0127alkemm Joseph Muscat m&#8217;g\u0127adux imexxi l-partit, tal-Partit Laburista ma jridux jer\u0121g\u0127u jg\u0127addu mill-umiljazzjonijiet li kienu g\u0127addew minnhom f&#8217;Novembru\/Di\u010bembru tal-2019.<\/p>\n<p>Il-provi li di\u0121\u00e0 nkixfu kontra Konrad Mizzi u l-im\u0121iba tieg\u0127u ta&#8217; wie\u0127ed li jaf jag\u0127mel l-arja g\u0127ax g\u0127andu lil min jaqilg\u0127u fost dawk li g\u0127andhom is-setg\u0127a, tant huma \u010bari u mag\u0127rufin sewwa li huwa tassew diffi\u010bli li wie\u0127ed jimma\u0121ina r-ra\u0121unijiet l-g\u0127ala l-Kummissarju tal-Pulizija qed joqg\u0127od lura milli jmexxi kontra tieg\u0127u jekk mhux biex ma jikkompromettix lill-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Din mhu xejn \u0127lief l-im\u0121iba ta&#8217; Lawrence Cutajar.<\/p>\n<p>I\u017c-\u017cmien tal-paroli u tad-diskorsi ilu li g\u0127adda. Je\u0127tie\u0121 li issa jittie\u0127du passi. Mhux possibbli g\u0127alija li nkun hemm i\u017cda jekk g\u0127ada (it-Tlieta) fis-6pm tkun qrib il-Kwartieri \u0120enerali tal-Pulizija, Repubblika ser\u00a0 tindirizza l-\u0121urnalisti u lil dawk pre\u017centi dwar dan is-su\u0121\u0121ett.<\/p>\n<p>Min jaf? Forsi din id-darba, Angelo Gaf\u00e0 jibda jara d-dawl.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kien issemma&#8217; fl-iskandlu tal-Panama Papers tal-2016. Inkixef li \u0127oloq struttura finanzjarja biex ikun jista&#8217; jir\u010bievi flejjes \u0121ejjin mit-tix\u0127im. Inkixef mill-Awditur \u0120enerali li kien inda\u0127al direttament fit-tqassim ta&#8217; kuntratti pubbli\u010bi. Inkixef li kellu x&#8217;jaqsam mal-bejg\u0127 tal-ishma tal-Enemalta lil Shanghai Electric. Inkixef dwar in-negozju tal-Montenegro. Inkixef dwar in-negozju tal-Vitals. Inkixef li kiser il-kunfidenzjalit\u00e0 dwar il-pro\u0121ett tal-ITS. Naqas [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":104577,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104581\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=104581"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104581\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":104585,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104581\/revisions\/104585\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/104577\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=104581"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=104581"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=104581"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}