{"id":104758,"date":"2021-10-28T08:55:46","date_gmt":"2021-10-28T06:55:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=104758"},"modified":"2021-10-28T16:47:29","modified_gmt":"2021-10-28T14:47:29","slug":"tixwix-u-mibgheda","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/10\/tixwix-u-mibgheda\/","title":{"rendered":"Tixwix u mibg\u0127eda"},"content":{"rendered":"<p>It-tixwix qed ise\u0127\u0127 kuljum. Jien kien imissni li ktibt dwaru kull darba li jse\u0127\u0127. Je\u0127tie\u0121 nifhmu l-importanza dwar kif tal-One TV ixandru rapporti u kummenti dwar protesta tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili g\u0127aliex il-One TV huwa stazzjon kontrollat mill-partit fil-gvern u li jitkellem f&#8217;ismu. Din mhi xejn \u0127lief ir-reazzjoni tal-istat Malti g\u0127all-protesta pa\u010bifika ta&#8217; grupp \u017cg\u0127ir ta&#8217; persuni barra l-kan\u010bell tal-kwartier \u0121enerali tal-Pulizija li qed je\u017ci\u0121u li tittie\u0127ed azzjoni kriminali kontra eks ministru li nkixef fi skandlu ta&#8217; korruzzjoni. Segwu l-filmat hawn:\u00a0 <iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=314&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fgeorgepaul.camilleri%2Fvideos%2F1714279248781890%2F&amp;show_text=false&amp;width=560&amp;t=0\" width=\"560\" height=\"314\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Kif stajtu taraw, f&#8217;dan il-filmat ma tissemma mkien ir-ra\u0121uni l-g\u0127ala qed issir il-protesta. Imkien ma jing\u0127ad x&#8217;inhi r-ra\u0121uni wara l-protesta ta&#8217; dawn l-attivisti. Konrad Mizzi ma jissemma&#8217; mkien. Ma jissemmew imkien &#8211; lanqas barra mill-kuntest tag\u0127hom &#8211; l-istqarrijiet li saru mill-attivisti.<\/p>\n<p>Minflok, tal-One TV \u2013 ji\u0121ifieri tal-Labour \u2013 idde\u010bidew li dawn l-attivisti jinsabu rrabjati g\u0127all-fatt li ma ssejj\u0127itx elezzjoni. Taw din ir-ra\u0121uni ming\u0127ajr ma qalu wkoll li din hi biss l-interpretazzjoni tag\u0127hom jew li jidhrilhom li r-ra\u0121unijiet li ng\u0127ataw mill-attivisti huma foloz. Fi kliem ie\u0127or, g\u0127a\u017clu li jigdbu u jqarrqu.<\/p>\n<p>Imbag\u0127ad ir-&#8220;rapport&#8221; jinkwadra ritratti ta&#8217; persuni jitkellmu mal-attivisti. Fosthom hemm deputati tal-Oppo\u017cizzjoni. Hemm ukoll sa\u010berdot u \u0121urnalist li nzertaw kienu fil-post fil-\u0127in meta g\u0127addiet karrozza u s-sewwieq tag\u0127ha \u0121ibed filmat b&#8217;mod klandestin. Tal-One TV b\u0127al spe\u010bi riedu jpin\u0121u lil dawn il-persuni b\u0127allikieku g\u0127amlu xi \u0127a\u0121a \u0127a\u017cina, illegali, minn ta\u0127t u sedizzju\u017ca.<\/p>\n<p>Karl Stagno Navarra jidher jag\u0127mel l-anali\u017ci tal-&#8220;provi&#8221;. Jg\u0127id li Repubblika hi appo\u0121\u0121jata mit-&#8220;tliet kolonni tal-establishment: ji\u0121ifieri l-PN, il-Knisja u l-mezzi tax-xandir\u201d. Diskors b\u0127al dan mhu xejn \u0127lief wie\u0127ed populist klassiku li hu mlissen min-neo-faxxisti tal-Ewropa \u010bentrali. U hekk kif itemm il-priedka velenu\u017ca tieg\u0127u, titfa\u010b\u010ba Miriam Dalli, ministru tal-gvern, ministru li suppost tinsab tnaddaf il-\u0127mie\u0121 u l-kallu li \u0127alla warajh Konrad Mizzi, turi l-qbil tag\u0127ha mal-messa\u0121\u0121 ta&#8217; Karl Stagno Navarra billi tibqa&#8217; ma\u0121enbu u tirrepeti siltiet mill-velenu li lissen hu. <img class=\"aligncenter size-full wp-image-104749\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi.jpg\" alt=\"\" width=\"866\" height=\"533\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-200x123.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-300x185.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-400x246.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-600x369.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-768x473.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi-800x492.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/miriam-dalli-konrad-mizzi.jpg 866w\" sizes=\"(max-width: 866px) 100vw, 866px\" \/> G\u0127aldaqstant, g\u0127at-telespettatur medju tal-One TV, hemm numru ta&#8217; attivisti sedizzju\u017ci appo\u0121\u0121jati mill-Knisja u mill-mezzi tax-xandir li qed ifittxu li ja\u0127tfu s-setg\u0127a minn idejn il-partit tag\u0127hom g\u0127aliex m&#8217;g\u0127andhomx il-\u0127ila jirb\u0127ulu f&#8217;elezzjoni.<\/p>\n<p>Rapport b\u0127al dan ixerred il-mibg\u0127eda li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/10\/some-trolls-are-more-serious-than-others\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">jien di\u0121\u00e0 ktibt dwarha<\/a> u li sa\u0127ansitra j\u0121ieg\u0127el lil u\u0127ud li jheddu bil-mewt f&#8217;isimhom. Aqraw ftit x&#8217;g\u0127o\u0121obhom jiktbu dalg\u0127odu: <img class=\"aligncenter size-full wp-image-104751\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13.jpeg\" alt=\"\" width=\"1080\" height=\"1891\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-171x300.jpeg 171w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-200x350.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-400x700.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13.jpeg 585w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-600x1051.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-768x1345.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-800x1401.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/WhatsApp-Image-2021-10-28-at-08.12.13-877x1536.jpeg 877w\" sizes=\"(max-width: 1080px) 100vw, 1080px\" \/> U issa ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-filmat mimli mibg\u0127eda li huwa twil 75 minuta. Dan l-imbierek, li j\u0121ib l-isem &#8220;Michael&#8221;, jidher li kilitu u kkunsmatu l-mibg\u0127eda li g\u0127andu f&#8217;qalbu. Dan &#8220;Michael&#8221; mhuwiex kelliem uffi\u010bjali tal-Partit Laburista g\u0127alkemm jippretendi li jitkellem f&#8217;isem il-\u201cLaburisti\u201d. Il-mibg\u0127eda li g\u0127andu hi \u010bara u tonda daqs dik ta&#8217; Karl Stagno Navarra u ta&#8217; Miram Dalli i\u017cda ma qg\u0127adx attent bi\u017c\u017cejjed li ma jiksirx il-li\u0121ijiet.\u00a0 <iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/video.php?height=476&amp;href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Fkaspanvella%2Fvideos%2F313189400221918%2F&amp;show_text=false&amp;width=267&amp;t=0\" width=\"267\" height=\"476\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\"><\/iframe><\/p>\n<p>Michael ikeskes u jxewwex lis-semieg\u0127a tieg\u0127u favur il-vjolenza u jsejja\u0127 g\u0127al vendetta wara li tg\u0127addi l-elezzjoni g\u0127aliex il-vjolenza fi\u017cika mhix ser tag\u0127mel \u0127sara lill-Partit Laburista. Mill-appartament tieg\u0127u barra minn Malta u f&#8217;dag\u0127diha ta&#8217; revi\u017cjoni\u017cmu storiku, dan ji\u0121\u0121ustifika u jisku\u017ca l-vjolenza li kienet se\u0127\u0127et fl-img\u0127oddi.<\/p>\n<p>U peress li dan tkellem bil-Malti, tal-Facebook jidher ser idumu sakemm jinteb\u0127u li qed jg\u0127inu fit-twettiq ta&#8217; reat kriminali. L-esperjenza tal-passat turina, i\u017cda, li tal-Facebook x&#8217;aktarx ser jirrifjutaw li j\u0127assru d-diskors li xandar dan &#8220;Michael&#8221; li mhu jag\u0127mel xejn \u0127lief jirrepeti l-mibg\u0127eda ta&#8217; Karl Stagno Navarra.<\/p>\n<p>Lil dawk li jsegwuh, Robert Abela jg\u0127idilhom li l-im\u0121iba ta&#8217; Konrad Mizzi mhix a\u010b\u010bettabbli, li huwa fid-dmir li jwie\u0121eb g\u0127all-mistoqsijiet tal-PAC u li l-li\u0121ijiet jg\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add, inklu\u017c Konrad Mizzi. I\u017cda jekk tal-One TV dan ma jxandruhx, jafu li l-udjenza mhix ser t\u0127abbel rasha.<\/p>\n<p>Jekk ikun hemm bi\u017c\u017cejjed mibg\u0127eda fil-pajji\u017c &#8211; u minnha hemm bir-radam &#8211; jista&#8217; jkun hemm diversi ver\u017cjonijiet kontradittorji tal-verit\u00e0 anki jekk din titlissen mill-istess prim ministru. Dawn il-kontradizzjonijiet mhuma xejn \u0127lief tixwix u tkeskis favur il-vjolenza.<\/p>\n<p>X&#8217;risposta g\u0127andna nag\u0127tu lil dawn il-manigoldi? G\u0127andna noqog\u0127du kwieti f&#8217;darna ma jmorrux jinkwadrawna f&#8217;xi filmat talli qed ninsistu li ssir \u0121ustizzja?<\/p>\n<p>Jew g\u0127andna ning\u0127aqdu fil-protesta li ser issir g\u0127ada l-\u0120img\u0127a fis-18:30 quddiem Kastilja?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>It-tixwix qed ise\u0127\u0127 kuljum. Jien kien imissni li ktibt dwaru kull darba li jse\u0127\u0127. Je\u0127tie\u0121 nifhmu l-importanza dwar kif tal-One TV ixandru rapporti u kummenti dwar protesta tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili g\u0127aliex il-One TV huwa stazzjon kontrollat mill-partit fil-gvern u li jitkellem f&#8217;ismu. Din mhi xejn \u0127lief ir-reazzjoni tal-istat Malti g\u0127all-protesta pa\u010bifika ta&#8217; grupp \u017cg\u0127ir ta&#8217; persuni [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":104754,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104758\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=104758"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104758\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":104789,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/104758\/revisions\/104789\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/104754\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=104758"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=104758"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=104758"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}