{"id":105210,"date":"2021-11-15T10:14:17","date_gmt":"2021-11-15T09:14:17","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105210"},"modified":"2021-11-15T15:52:23","modified_gmt":"2021-11-15T14:52:23","slug":"issa-huma-shab-alex-dalli-stess-li-qed-jaghmlu-tahthom-bil-biza","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/11\/issa-huma-shab-alex-dalli-stess-li-qed-jaghmlu-tahthom-bil-biza\/","title":{"rendered":"Issa huma s\u0127ab Alex Dalli stess li qed jag\u0127mlu ta\u0127thom bil-bi\u017ca&#8217;"},"content":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx li Simon Mercieca ming\u0127alih li jien ma tantx nikkummenta dwar il-\u0127merijiet grossolani li jikteb min\u0127abba l-kampanja ta&#8217; fastidju\u00a0 \u201c<em>Tibqg\u0127ux tiktbu dwar Simon Mercieca (u dwar Yorgen Fenech)<\/em>\u201d.<\/p>\n<p>Ma tantx nikteb dwar il-\u0121enn ta&#8217; mo\u0127\u0127u, l-aktar g\u0127ax nit\u0127assru. I\u017cda jse\u0127\u0127u drabi li fihom ikolli nag\u0127mel e\u010b\u010bezzjoni u dan b&#8217;rispett lejn \u0127addie\u0127or.<\/p>\n<p>Araw ftit <a href=\"https:\/\/simonmercieca.com\/2021\/11\/14\/il-bierah-70-prigunier-irrifjutaw-l-ikel-minhabba-l-vgili-quddiem-il-habs-il-gwardjani-jaghmlu-petizzjoni-favur-alex-dalli\/?fbclid=IwAR3HtyV96GvwO3qtN4fwL7Kljrq2_Z3rlYNskf4QJbEfdYVPVa6gQBGTjBs\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kif Simon Mercieca qed jipprova jg\u0127atti xtur Alex Dalli<\/a>.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105202\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06.png\" alt=\"\" width=\"1508\" height=\"1278\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-200x169.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-300x254.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-400x339.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-600x508.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-768x651.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-800x678.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06.png 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/Screenshot-2021-11-15-at-10.14.06-1200x1017.png 1200w\" sizes=\"(max-width: 1508px) 100vw, 1508px\" \/><\/p>\n<p>X&#8217;inhi r-ra\u0121uni wara dan il-dlik kollu ta&#8217; Alex Dalli bix-xema&#8217; minn Simon Mercieca? Diffi\u010bli li wie\u0127ed jifhem b&#8217;\u010bertezza i\u017cda jidher li t-tnejn\u00a0 g\u0127andhom \u010berta ammirazzjoni g\u0127all-vjolenza, g\u0127as-setg\u0127a bis-sa\u0127\u0127a tal-bi\u017ca&#8217; u l-forza u g\u0127all-metodi tal-faxxi\u017cmu.<\/p>\n<p>L-&#8220;awto-sospensjoni&#8221; ta&#8217; Alex Dalli, Simon Mercieca jqisha b\u0127allikieku hi xi sfida minn na\u0127a tal-liberali kontra d-dritt naturali li jippretendi li g\u0127andu Alex Dalli biex ikun id-direttur tal-\u0127abs. Mid-dehra l-professur il-mi\u0121nun qed jikteb biex jag\u0127ti l-appo\u0121\u0121 tieg\u0127u lill-hekk imsej\u0127a petizzjoni li qed jing\u0127ad li qed ti\u0121i organizzata minn xi gwardjani tal-\u0127abs li qed ji\u0121bru l-firem ta&#8217; pri\u0121unieri li jridu lura f&#8217;postu lid-direttur mi\u0121nun tal-\u0127abs.<\/p>\n<p>Mid-dehra wkoll, fost dawn il-firmatarji hemm pri\u0121unier li kien ilmenta dwar it-torturi li kien g\u0127adda minnhom meta kienu rabtuh ma&#8217; si\u0121\u0121u tad-dixxiplina li huwa projbit mir-regolamenti tal-\u0127abs, liema si\u0121\u0121u g\u0127all-ewwel il-gvern kien \u010ba\u0127ad l-e\u017cistenza tieg\u0127u i\u017cda mbag\u0127ad ammetta li je\u017cisti hekk kif ixxandru ritratti tieg\u0127u.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/simonmercieca.com\/2021\/11\/14\/inbeda-hunger-strike-fil-habs-favur-alex-dalli\/?amp\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Hemm ukoll l-istrajkijiet tal-\u0121u\u0127.<\/a> Diffi\u010bli li wie\u0127ed jimma\u0121ina li jkun hemm pri\u0121unieri li jit\u0127ajru li jeqirdu \u0127ajjthom bil-mod il-mod g\u0127ax id-direttur tal-\u0127abs ikun idde\u010bieda li jdabbar rasu, anki li kieku d-direttur tal-\u0127abs kien Father Christmas innifsu. Skont Simon Mercieca dawk li qed jag\u0127mlu l-istrajk tal-\u0121u\u0127 qed jieklu ikel li jkunu \u0127allewh jiksa\u0127.<\/p>\n<p>Il-faxxisti mhumiex mag\u0127rufin g\u0127all-konsistenza tag\u0127hom. Fit-teorija, faxxist lanqas biss tg\u0127addilu mill-kuridur ta&#8217; mo\u0127\u0127u li l-gwardjani &#8211; a\u0127seb u ara l-pri\u0121unieri &#8211; g\u0127andhom jidde\u010biedu huma stess dwar min g\u0127andu jmexxi l-\u0127abs. \u0126a\u0121a b\u0127al din m&#8217;g\u0127andha tg\u0127addi mill-kuridur ta&#8217; mo\u0127\u0127 \u0127add, sakemm il-mo\u0127\u0127 ma jkunx ta&#8217; xi anarkista. I\u017cda llum ma tista&#8217; tiskanta b&#8217;xejn.<\/p>\n<p>I\u017cda faxxist ma ja\u0127sibhiex darbtejn biex jimmanipula l-fehmiet bil-g\u0127an li jikkonvin\u010bi lin-nies li dawn g\u0127andhom appo\u0121\u0121 li fil-fatt ma je\u017cistix.<\/p>\n<p>Mhux hekk biss. Min jammetti li fost il-firmatarji tal-petizzjoni favur id-direttur hemm persuna li kienet \u0121iet ittorturata jidher li m&#8217;g\u0127andhux idea xi tfisser <em>l-iStockholm Syndrome.<\/em> Alex Dalli qatt ma ddardar jammetti li l-\u0127abs mexxieh b&#8217;id tal-\u0127adid, bis-sa\u0127\u0127a tat-terrur u bit-theddid tal-vjolenza.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/11\/byron-camilleri-in-survival-mode\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Meta xxandret l-a\u0127bar li kien &#8220;issospenda lilu nnifsu&#8221; jien kont ktibt hawn <\/a>li t-tifsira tal-po\u017cizzjoni ta&#8217; Alex Dalli hi li din hi wa\u0127da temporanja. Sospensjoni tfisser li min ikun issospenda ru\u0127u jista&#8217; jer\u0121a&#8217; jirritorna f&#8217;postu. Meta wie\u0127ed jiftakar li l-gvern issa ilu s-snin jaqbe\u017c g\u0127alih, ma niskanta xejn li jkun hemm gwardjani li jafu \u0127ob\u017chom u s-setg\u0127a tag\u0127hom lil Alex Dalli li jaslu biex jikkonvin\u010bu lill-pri\u0121unieri li g\u0127andhom jitolbu biex Dalli jid\u0127ol lura f&#8217;postu.<\/p>\n<p>Ma niskanta xejn jekk ikun hemm pri\u0121unieri &#8211; anki dawk li kienu \u0121ew torturati &#8211; li jaslu biex jiffirmaw il-petizzjoni bil-\u0127sieb li d-direttur ser ikun grat lejhom wara li jer\u0121a&#8217; jie\u0127u postu.<\/p>\n<p>Dak li kiteb Simon Mercieca dwar petizzjonijiet u strajkijiet tal-\u0121u\u0127 mhuma xejn \u0127lief konferma tat-tmexxija kiefra ta&#8217; Alex Dalli. Huma konferma wkoll ta&#8217; dak li stennejna li jse\u0127\u0127 meta Byron Camilleri baqa&#8217; jirre\u017cisti ripetutament it-tke\u010b\u010bija ta&#8217; Alex Dalli.<\/p>\n<p>Issa huma s\u0127ab Alex Dalli stess li qed jag\u0127mlu ta\u0127thom bil-bi\u017ca&#8217;. Jekk it-tmexxija tal-\u0127abs issir wa\u0127da aktar umana, l-im\u0121iba tag\u0127hom tal-img\u0127oddi ser ti\u0121i mg\u0127arbla. Dawn mhux biss mhux ser ikun jistg\u0127u jkomplu bl-a\u0121ir kiefer fuq il-vittmi tag\u0127hom. Mhux biss l-impjieg tag\u0127hom jista&#8217; jittie\u0127ed minn o\u0127rajn li j\u0121ibu ru\u0127hom kif suppost. Dawn jinsabu mwerwrin li g\u0127ad ikollhom jag\u0127tu rendikont ta&#8217; g\u0127emilhom fil-qorti.<\/p>\n<p>Il-bi\u017ca&#8217; tinsab fuq i\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at. Il-messa\u0121\u0121i li Alex Dalli bag\u0127at lill-\u0127addiema li kienu jaqg\u0127u ta\u0127tu, permezz tal-qaddejja tieg\u0127u l-Orizzont u Simon Mercieca, hu li ma jistg\u0127ux jg\u0127addu ming\u0127ajru. Il-messa\u0121\u0121i li l-\u0127addiema qed jibag\u0127tu lill-pri\u0121unieri huma li Dalli ser jirritorna u g\u0127aldaqstant ikun a\u0127jar g\u0127alihom jekk juru li jriduh lura.<\/p>\n<p>Dan ma jfissirx li bilfors ser ti\u0121ihom \u017cew\u0121 l-aktar jekk Alex Dalli jitke\u010b\u010ba u dak li je\u0127odlu postu jing\u0127ata l-awtorit\u00e0 biex jibda l-pro\u010bess tal-bidla favur trattament aktar uman. Dak li \u0127a post Alex Dalli g\u0127al \u017cmien temporanju mhux qed jit\u0127alla jag\u0127mel dan g\u0127aliex il-gvern \u0127alla d-dell ta&#8217; Alex Dalli fuq il-\u0127abs.<\/p>\n<p>Dan huwa \u017cmien perikolu\u017c immens u hemm bosta li huma determinati li jpin\u0121u s-sopensjoni ta&#8217; Alex Dalli b\u0127ala frott ta&#8217; de\u010bi\u017cjoni \u0127a\u017cina. Dan jinsab mejjet li jer\u0121a&#8217; jing\u0127ata l-imperu li kellu. U jippretendi li l-imperu huwa mejjet biex jarah jer\u0121a&#8217; jsaltan.<\/p>\n<p>Il-kwistjoni g\u0127adha miftu\u0127a bera\u0127.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>X&#8217;aktarx li Simon Mercieca ming\u0127alih li jien ma tantx nikkummenta dwar il-\u0127merijiet grossolani li jikteb min\u0127abba l-kampanja ta&#8217; fastidju\u00a0 \u201cTibqg\u0127ux tiktbu dwar Simon Mercieca (u dwar Yorgen Fenech)\u201d. Ma tantx nikteb dwar il-\u0121enn ta&#8217; mo\u0127\u0127u, l-aktar g\u0127ax nit\u0127assru. I\u017cda jse\u0127\u0127u drabi li fihom ikolli nag\u0127mel e\u010b\u010bezzjoni u dan b&#8217;rispett lejn \u0127addie\u0127or. Araw ftit kif Simon [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105203,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105210\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105210"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105210\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105219,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105210\/revisions\/105219\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105203\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105210"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105210"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105210"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}