{"id":105468,"date":"2021-11-25T16:48:16","date_gmt":"2021-11-25T15:48:16","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105468"},"modified":"2021-11-25T19:35:57","modified_gmt":"2021-11-25T18:35:57","slug":"zelqa-fin-niexef-minn-anglu-farrugia-u-l-avukat-tieghu","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/11\/zelqa-fin-niexef-minn-anglu-farrugia-u-l-avukat-tieghu\/","title":{"rendered":"\u017belqa fin-niexef minn An\u0121lu Farrugia u l-avukat tieg\u0127u"},"content":{"rendered":"<p>Qrajt din l-ittra wara li l-i<em>Speaker<\/em> qabbad lill-avukat tieg\u0127u Ian Refalo biex jiktibha f&#8217;ismu u dan g\u0127aliex ma kellux il-\u0127ila li jiktibha hu lil Matthew Caruana Galizia.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105458\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001.jpg\" alt=\"\" width=\"1242\" height=\"1754\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-200x282.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-212x300.jpg 212w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-400x565.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-600x847.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001.jpg 725w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-768x1085.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-800x1130.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-1088x1536.jpg 1088w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/pr212108a-page-001-1200x1695.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1242px) 100vw, 1242px\" \/><\/p>\n<p>Din l-ittra m&#8217;hi xejn \u0127lief l-a\u0127\u0127ar musmar fit-tebut tad-demokrazija Parlamentari ta&#8217; dan il-pajji\u017c. Hemm bosta ra\u0121unijiet u dawn li ser insemmi huma biss u\u0127ud minnhom u dan biex, jien u naqraha, ma spi\u010b\u010bajtx nigdem ilsieni u nsabbat rasi ma&#8217; xi \u0127ajt:<\/p>\n<ol>\n<li>An\u0121lu Farrugia ming\u0127ali\u0127 li m&#8217;huwiex dehen li jitbaxxa daqstant biex iwie\u0121eb hu stess g\u0127al ittra ming\u0127and \u010bittadin ta&#8217; pajji\u017c li jele\u0121\u0121i l-Parlament immexxi minnu. U qabbad avukat privat biex jag\u0127mel dak li kien messu g\u0127amel hu u dan b\u0127allikieku ma kienx l-og\u0127la uffi\u010bjal ta&#8217; wa\u0127da mit-tliet ferg\u0127at tal-gvern tal-pajji\u017c, i\u017cda sid li bil-kemm jaf jikteb ta&#8217; \u0127anut tal-la\u0127am f&#8217;ra\u0127al, hu u jwie\u0121eb g\u0127al ilment dwar ti\u010bpis tad-demm fuq bankina. L-im\u0121iba ta&#8217; An\u0121lu Farrugia hi wa\u0127da rjali aktar milli hi wa\u0127da Parlamentari u b&#8217;dan ma rridx ninftiehem li \u0121ab ru\u0127u b&#8217;xi mod dinjitu\u017c b\u0127allikieku kien xi re Skandinavu li jmur jixtri g\u0127and tal-mer\u010ba bir-rota tieg\u0127u stess. B&#8217;dan irrid infisser li l-im\u0121iba tieg\u0127u kienet wa\u0127da fis-sens ta&#8217; <em>l\u2019\u00e9tat c\u2019est moi<\/em>, a\u0127sdilhom rashom u er\u0127ilhom jieklu l-laqx. Imma\u0121inaw ftit: pajji\u017c demokratiku bil-Parlament tieg\u0127u mmexxi minn <em>Speaker<\/em> elett biex jitkellem f&#8217;isem ir-rappre\u017centanti kollha tag\u0127na i\u017cda li litteralment \u0127add ma jista&#8217; jkellmu.<\/li>\n<li>An\u0121lu Farrugia ming\u0127alih li m&#8217;huwiex dehen li jitbaxxa daqstant li sa\u0127ansitra jir\u010bievi ittra ming\u0127and \u010bittadin tal-pajji\u017c. \u2018Tiktiblix, ma nafx fejn \u0121ejt.\u2019 Lanqas l-Imperatur Caligula ma kien ikollu l-\u0127ila li juri wi\u010b\u010bu. U l-i<em>Speaker<\/em> tag\u0127na jqabbad lill-avukat tieg\u0127u biex lil Matthew Caruana Galizia isemmilu <strong>&#8220;l-pro\u010bedura parlamentari proprja\u201d<\/strong> u biex ma ja\u017c\u017cardax jitfa&#8217; \u0127arstu fuq il-Maest\u00e0 Tieg\u0127u. G\u0127aliex kull ittra g\u0127andha tintbag\u0127at lill-Iskrivan tal-Kamra. Tg\u0127id g\u0127al liema pro\u010bedura parlamentari proprja qed jirreferi? Din l-hekk imsejj\u0127a pro\u010bedura m&#8217;hi xejn \u0127lief \u0127merija grassa li lanqas biss te\u017cisti fil-Parlament Malti. U niddubita te\u017cistix f&#8217;Parlamenti moderni o\u0127rajn. B&#8217;dak li kiteb Ian Refalo, jidher li \u017celaq \u017celqa fin-niexef.<\/li>\n<li>An\u0121lu Farrugia qabbad lill-avukat tieg\u0127u biex jag\u0127mel ftit tal-arja ma&#8217; \u010bittadin hu u jsemmilu l-li\u0121ijiet u sentenzi tal-qorti ming\u0127ajr ma jikkwotahom jew ming\u0127ajr ma jindenja ru\u0127u jispjega r-rilevanza tag\u0127hom. Tg\u0127id Farrugia jew Refalo, jew it-tnejn li huma, b&#8217;dan il-mod kienu jindirizzaw lil ommijiethom huma u jippruvaw ji\u0121\u0121ustifikaw ru\u0127hom talli kienu jid\u0127lu lura d-dar tard u dan huma u jassumu li ommijiethom ma kienx ikollhom il-\u0127ila li jmeruhom dwar li\u0121ijiet u sentenzi tal-qorti? Il-li\u0121ijiet li ssemmew fl-ittra huma irrilevanti u l-kaw\u017ca li tissemma&#8217; hi dik li Matthew Caruana Galizia kellu kull ra\u0121un li jsemmi: dik ta&#8217; meta An\u0121lu Farrugia kien ipprova &#8211; ming\u0127ajr ma rnexxielu &#8211; li j\u0127arrek lil Daphne Caruana Galizia talli din kellha l-&#8220;ardir&#8221; li tirrakkonta l-istorja ta&#8217; meta l-i<em>Speaker<\/em> (dak i\u017c-\u017cmien spettur tal-pulizija) kien in\u0121ustament arresta lill-\u0121urnalista meta kienet g\u0127adha attivista \u017cag\u0127\u017cug\u0127a.<\/li>\n<li>Din li \u0121ejja l-isba\u0127 wa\u0127da: \u201cNassigurak li fl-a\u0127jar interess tad-demokrazija u tal-gvern demokratiku ta&#8217; Malta, l-i<em>Speaker<\/em> (mhux ser iwarrab)\u201d. Inkredibbli. L-i<em>Speaker<\/em> ma sta\u0127ax jikteb, bla mis\u0127ija ta&#8217; xejn, li xog\u0127olu huwa li j\u0127ares &#8220;l-interessi tal-Gvern\u201d. L-i<em>Speaker<\/em> imissu jaf li dak m&#8217;huwiex xog\u0127lu. Lil An\u0121lu Farrugia \u0127add ma fakkru li huwa m&#8217;huwiex ministru? Ian Refalo ma qallux lil An\u0121lu Farrugia li xog\u0127ol l-i<em>Speaker<\/em> huwa dak li j\u0127ares l-interessi tal-Parlament u mhux dawk tal-Gvern, u li dawn i\u017c-\u017cew\u0121 istituzzjonijiet m&#8217;humiex l-istess \u0127a\u0121a?<\/li>\n<\/ol>\n<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li kiteb Lawrence Gonzi dwar din il-kwistjoni u ftakru li dan m&#8217;huwiex biss eks prim ministru. Kien serva wkoll b\u0127ala <em>Speaker<\/em> tal-Kamra g\u0127al diversi snin. U \u0127ass li kellu jitkellem, mhux g\u0127aliex kien mexxej ta&#8217; partit u prim ministru, i\u017cda g\u0127aliex hu stess kien serva b\u0127ala <em>Speaker<\/em>.<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2Flawrencegonzi%2Fposts%2F4815089091887272&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"587\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>Ag\u0127tu wkoll daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan il-filmat li ttie\u0127ed fil-<em>House of Commons <\/em>tar-Renju Unit u araw kif <em>Speaker<\/em> suppost g\u0127andu j\u0121ib ru\u0127u: m&#8217;huwiex qieg\u0127ed hemm biex jiddefendi lill-gvern i\u017cda li j\u017commu kontabbli fl-interess ta\u010b-\u010bittadini.<\/p>\n<div style=\"width: 480px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-105468-1\" width=\"480\" height=\"848\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/WhatsApp-Video-2021-11-24-at-6.43.06-PM.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/WhatsApp-Video-2021-11-24-at-6.43.06-PM.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/WhatsApp-Video-2021-11-24-at-6.43.06-PM.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p>Je\u0127tie\u0121 niftakru kif kienet bdiet din l-istorja. Il-Kumitat dwar l-i<em>Standards <\/em>fil-\u0126ajja Pubblika kien ta struzzjonijiet lil An\u0121lu Farrugia biex dan i\u010banfar severament lil Rosianne Cutajar wara li din kienet ir\u010beviet rigali konsistenti fi flejjes kontanti ming\u0127and Yorgen Fenech u wara li kienet qamet biex tiddefendih fil-Parlament. Fost affarijiet o\u0127ra. Tafu li huwa stess kien ivvota favur dawk l-istruzzjonijiet? I\u017cda minflok taha \u010banfira, An\u0121lu Farrugia qabbad lilll-Iskrivan tal-Kamra biex lil Rosianne Cutajar jibg\u0127atilha ittra mimlija tlaqliq li kienet aktar tixba\u0127 wa\u0127da ta&#8217; ammirazzjoni!<\/p>\n<p>An\u0121lu Farrugia m&#8217;a\u017c\u017cardax jibg\u0127at ittra ta&#8217; \u010banfira lil deputata li nqabdet tir\u010bievi rigal ta&#8217; flus kontanti ming\u0127and dak\u00a0 &#8211; persuna mixlija bil-qtil ta&#8217; \u0121urnalista &#8211; li tg\u0127idx kemm qab\u017cet g\u0127alih fil-Parlament u li &#8211; biex ng\u0127idu kollox &#8211; allegatament kellha x&#8217;taqsam mieg\u0127u sesswalment. I\u017cda \u010b-\u010banfira l-i<em>Speaker<\/em> deherlu li kellu jerfag\u0127ha g\u0127al iben il-\u0121urnalista assassinata.<\/p>\n<p>G\u0127ax, tafu intom, dan kollu jag\u0127mel \u0127afna sens.<\/p>\n<p>Ja\u0127asra jidher li m&#8217;hawn \u0127add li g\u0127andu l-\u0127ila li jwaqqaf lil An\u0121lu Farrugia milli j\u0127ares l-interessi tal-gvern, mhux biss fil-konfront ta&#8217;\u00a0 Matthew Caruana Galizia, i\u017cda fil-konfront ta&#8217; kull \u010bittadin li g\u0127ad ti\u0121ih f&#8217;mo\u0127\u0127u li jiktiblu ittra biex i\u0127e\u0121\u0121u jag\u0127mel xog\u0127olu.<\/p>\n<p>Lil An\u0121lu Farrugia ta&#8217; min li kul\u0127add jiktiblu ittra bi sfida tal-&#8220;pro\u010bedura parlamentari proprja&#8221; biex jg\u0127idulu dak li jidhrilhom dwar l-im\u0121iba tieg\u0127u. tistg\u0127u forsi tistampaw din il-kitba u tibg\u0127atuhielu bil-posta. L-indirizz tieg\u0127u huwa <strong>anglu.farrugia@parlament.mt<\/strong> jew L-i<em>Speaker<\/em>, Il-Parlament ta&#8217; Malta, Il-Belt Valletta. I\u0121bdu ritratt tal-ittra qabel tibg\u0127atuhielu u ibg\u0127atuli kopja.<\/p>\n<p>Ejjew nuruh min tabil\u0127aqq jikkmanda.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105462\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3.jpeg\" alt=\"\" width=\"630\" height=\"340\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3-200x108.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3-300x162.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3-400x216.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3-600x324.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/11\/file.aspx_-3.jpeg 630w\" sizes=\"(max-width: 630px) 100vw, 630px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Qrajt din l-ittra wara li l-iSpeaker qabbad lill-avukat tieg\u0127u Ian Refalo biex jiktibha f&#8217;ismu u dan g\u0127aliex ma kellux il-\u0127ila li jiktibha hu lil Matthew Caruana Galizia. Din l-ittra m&#8217;hi xejn \u0127lief l-a\u0127\u0127ar musmar fit-tebut tad-demokrazija Parlamentari ta&#8217; dan il-pajji\u017c. Hemm bosta ra\u0121unijiet u dawn li ser insemmi huma biss u\u0127ud minnhom u dan biex, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105463,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105468\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105468"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105468\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105475,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105468\/revisions\/105475\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105463\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105468"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105468"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105468"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}