{"id":105718,"date":"2021-12-11T10:45:08","date_gmt":"2021-12-11T09:45:08","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105718"},"modified":"2021-12-18T15:36:13","modified_gmt":"2021-12-18T14:36:13","slug":"edukazzjoni-edukazzjoni-edukazzjoni","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2021\/12\/edukazzjoni-edukazzjoni-edukazzjoni\/","title":{"rendered":"L-e\u017cempji li taw lil uliedna t-tliet ministri tal-edukazzjoni tal-Labour"},"content":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar, bil-g\u0127an li jipprova jilg\u0127abha tal-inno\u010benti, <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/12\/just-leaving-this-here-2\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Evarist Bartolo kiteb fuq Facebook li lkoll kemm a\u0127na ninsabu fid-dmir ni\u0121\u0121ieldu kontra l-korruzzjoni.<\/a> Ma kitibx li hu baqa&#8217; ma \u0121\u0121ilidx kontra l-korruzzjoni kull meta seta&#8217; jag\u0127mel dan. Dan stqarru huwa stess <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/03\/evarist-bartolo-to-tim-sebastian-i-didnt-stand-up-for-my-principles\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">f&#8217;intervista li kien ta lil Tim Sebastian li fiha ammetta li kien naqas bil-kbir li bil-fatti jwettaq il-prin\u010bipji li ta&#8217; sikwit i\u0127obb jippridkalna dwarhom<\/a>. Ammetta li kien naqas minn dan id-dmir biex politikament jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105698\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/unnamed.jpg\" alt=\"\" width=\"512\" height=\"299\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/unnamed-200x117.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/unnamed-300x175.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/unnamed-400x234.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/unnamed.jpg 512w\" sizes=\"(max-width: 512px) 100vw, 512px\" \/><\/p>\n<p>Madankollu l-im\u0121ieba tieg\u0127u ma kienitx motivata biss mix-xewqa li politikament jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b. Fi\u017c-\u017cmien li kien il-ministru tal-edukazzjoni, kien g\u0127adda l-kontroll tal-a\u0121enzija tal-gvern li tie\u0127u \u0127sieb il-manutenzjoni tal-bini tal-iskejjel lill-assistent tieg\u0127u Edward Caruana. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/ministers-chief-canvasser-to-be-charged-with-corruption-fraud-today.664900\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Caruana jinsab mixli li xxa\u0127\u0127am minn kuntratturi li kienu ng\u0127ataw xog\u0127olijiet pubbli\u010bi. <\/a>Edward Caruana ji\u010b\u0127ad dawn l-akku\u017ci.<\/p>\n<p>Evarist Bartolo m&#8217;huwiex indirettament responsabbli g\u0127all-korruzzjoni li allegatament se\u0127\u0127et mill-galoppin ewlieni tieg\u0127u. I\u017cda jkollu jerfa&#8217; r-responsabbilt\u00e0 g\u0127all-fatt li <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/fts-boss-steps-down-and-points-finger-at-evarist-bartolo.632707\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">g\u0127al \u0121img\u0127at s\u0127a\u0127 baqa&#8217; jinjora t-twissijiet tal-kap tal-a\u0121enzija tal-manutenzjoni tal-iskejjel li kien \u0127e\u0121\u0121u biex jie\u0127u passi kontra Caruana.<\/a><\/p>\n<p>Evarist Bartolo baqa&#8217; ji\u010b\u0127ad. I\u017cda kellu jkun ma\u0121istrat li kkritikah talli kien baqa&#8217; \u010bass dakinhar li llibera kuntrattur li kien mixli b&#8217;malafama talli kien kixef lill-assistent ewlieni tal-ministru tal-edukazzjoni. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/court-lambasts-education-minister-and-officials.693010\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-ma\u0121istrat skanta bil-kbir kif Evarist Bartolo u l-\u0127addiema ta&#8217; ta\u0127tu, li kienu f&#8217;laqg\u0127a hekk kif ixxandru il-fatti dwar Caruana, dehrilhom li ma kellhomx g\u0127alfejn jav\u017caw b&#8217;dan lill-pulizija.<\/a><\/p>\n<p>Evarist Bartolo b\u0127al donnu li ma jafx x&#8217;ifisser <em>whistle-blower.<\/em> Dakinhar li xhud tkellem u xela&#8217; lil Edward Caruana li talab li jixxa\u0127\u0127am, il-pulizija kienu ntalbu jie\u0127du passi kontra l-<em>whistle-blower<\/em> dwar malafama filwaqt li dak li fuq rasu kellu akku\u017ca dwar tix\u0127im, ing\u0127ata l-kenn.<\/p>\n<p>F&#8217;ka\u017c ie\u0127or, mhux g\u0127al kollox separat, Evarist Bartolo kien ta trattament spe\u010bjali lil min kien xela&#8217; b&#8217;qerq lir-ra\u0121el ta&#8217; Giovanna Debono dwar ta&#8217; skema ivvintata dwar voti bi bdil ma&#8217; xog\u0127lijiet pubbli\u010bi. Eventwalment Toni Debono spi\u010b\u010ba biex in\u0127eles mill-akku\u017ci li kienu n\u0121iebu kontrih u l-qorti g\u0127amlet kritika \u0127arxa lill-prosekuturi hi u tistqarr li &#8220;<a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/former-gozo-ministers-husband-acquitted-of-misappropriation-of-public-funds\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-akku\u017cat seta&#8217; ma ttellax il-qorti li kieku l-pulizija g\u0127amlet investigazzjonijiet sura.<\/a>\u201d<\/p>\n<p>Mill-banda l-o\u0127ra, Joseph Cauchi l-&#8220;<em>whistle-blower&#8221;<\/em> falz li gawda mill-hekk imsejj\u0127a li\u0121i dwar il-protezzjoni tal-<em>whistle blowers<\/em> li t\u0127ares biss lil dawk li l-gvern ikun irid jippremja, mhux biss kellu f&#8217;idejh parti kbira mill-ba\u0121it li nefaq id-dipartiment ta&#8217; Evarist Bartolo. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2021\/03\/25\/in-depth-whistleblower-in-giovanna-debono-case-pocketed-over-e1m\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Huwa kien ukoll ikkomunika direttament ma&#8217; Evarist Bartolo biex iserra\u0127 rasu li Edward Caruana jer\u0121a&#8217; jie\u0127u postu fl-a\u0121enzija tal-manutenzjoni tal-iskejjel biex, s&#8217;intendi, jkompli jgawdi.<\/a> Din l-informazzjoni nkixfet wara li \u0121ew pre\u017centati kopji ta&#8217; <em>emails<\/em> fil-qorti.<\/p>\n<p>L-ewwel ministru tal-edukazzjoni tal-Labour kien feta\u0127 il-bibien biex ise\u0127\u0127 il-korruzzjoni, g\u0127attieha meta kienu nkixfu s\u0127abu u mbag\u0127ad ikkumpensa bi flus il-poplu lil min ivvinta akku\u017ci foloz kontra l-avversarju politiku tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Wara Evarist Bartolo la\u0127aq Owen Bonnici.<\/p>\n<p>Meta \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia, Bonnici kien g\u0127adu ministru tal-\u0121ustizzja b&#8217;responsabbilt\u00e0 sekondarja g\u0127at-tindif pubbliku.<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/04\/owen-bonnici-turning-stones\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Kien mar il-Kunsill tal-Ewropa biex jitkellem kontra s-sej\u0127iet biex issir inkjesta pubblika dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u kien stqarr li din l-inkjesta m&#8217;g\u0127andhiex issir qabel ma ji\u0121i e\u017cawrit il-pro\u010bess kriminali fil-qorti.<\/a><\/p>\n<p>Lill-Avukat \u0120enerali kien inda\u0127allu u kien \u017cammu milli jo\u0127ro\u0121 ordinijiet b&#8217;rabta mar-rapport ma\u0121isterjali dwar l-inkjesta dwar l-iskandu Egrant u dan billi <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2018\/10\/whos-your-client\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">stqarr li kien qed ja\u0121ixxi b\u0127ala avukat ta&#8217; Joseph Muscat u mhux b\u0127ala ministru tal-\u0121ustizzja.<\/a><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105700\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"959\" height=\"712\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-200x148.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-300x223.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-400x297.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-600x445.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-768x570.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_-800x594.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/file-2.aspx_.jpeg 959w\" sizes=\"(max-width: 959px) 100vw, 959px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/daphne-memorial-cleaning-on-justice-ministers-orders\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Lill-impjegati tal-gvern kien jordnalhom<\/a> kuljum &#8211; kultant aktar minn darba kuljum &#8211; biex ixejjnu protesta pa\u010bifika barra l-bini tal-qorti minn dawk li kienu qed isejj\u0127u biex issir \u0121ustizzja ma&#8217; Daphne Caruana Galizia. G\u0127alih ir-ritratti tag\u0127ha li kienu jitqieg\u0127du mal-mafkar mill-qraba u \u0127bieb tag\u0127ha kienu &#8220;\u017cibel&#8221; u &#8220;theddida g\u0127all-ordni pubbliku&#8221;. Il-<a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2020\/01\/30\/justice-ministers-orders-to-clear-protest-memorial-a-breach-of-freedom-of-expression\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Qorti kienet sabitu \u0127ati ta&#8217; ksur tad-dritt fundamentali tal-espressjoni \u0127ielsa.<\/a><\/p>\n<p>Fi\u017c-\u017cmien li kien nsab \u0127ati mill-qorti, huwa n\u0127atar ministru tal-edukazzjoni.<\/p>\n<p>Warajh la\u0127qet Justyne Caruana. Din re\u0121g\u0127et idda\u0127\u0127let fil-kabinett wara li <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/justyne-caruana-expected-to-resign.764808\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kienet \u0121iet im\u0121ieg\u0127la twarrab wara li \u0127are\u0121 fil-bera\u0127 il-fatt li \u017cew\u0121ha kien g\u0127amel btala ma&#8217; Yorgen Fenech<\/a> li jinsab mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Dak i\u017c-\u017cmien Justyne Caruana kienet membru tal-kabinett li kellu jidde\u010biedi jag\u0127tix jew le proklama lil Melvyn Theuma (ix-xhud prin\u010bipali kontra Yorgen Fenech) u lil Yorgen Fenech innifsu.<\/p>\n<p>Caruana ma kellhiex x&#8217;taqsam mal-im\u0121ieba \u0127a\u017cina ta&#8217; \u017cew\u0121ha (m\u0121ieba \u0127a\u017cina li huwa ji\u010b\u0127ad) i\u017cda kienet politikament responsabbli g\u0127all-ambigwit\u00e0 ina\u010b\u010bettabbli li \u0127olqot fil-ka\u017c kontra l-qattiela ta&#8217; Daphne. U dan biex ma nsemmux il-fatt li baqg\u0127et imwa\u0127\u0127la mas-si\u0121\u0121u anki dakinhar li l-<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/deputy-police-commissioner-must-step-down-from-caruana-galizia-case.690796\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">qorti stqarret li l-fatt li l-investigatur ewlieni fil-qtil ta&#8217; Daphne kien \u017cew\u0121ha huwa fih innifsu ksur tad-drittijiet fundamentali tal-familja ta&#8217; Daphne. <\/a>U baqg\u0127et f&#8217;postha anki wara li dik is-sentenza \u0121iet konfermata fl-appell.<\/p>\n<p>Meta mbag\u0127ad kienet n\u0121iebet lura mill-e\u017cilju temporanju tag\u0127ha mill-gvern, Caruana kellha sie\u0127eb \u0121did. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/bogdanovic-paid-one-of-three-payments-before-contract-was-terminated.914718\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u00a0U lil tad-dipartiment tag\u0127ha ordnatilhom jag\u0127tu \u20ac15,000 lil se\u0127ibha biex dan &#8220;jevalwa&#8221; l-kurrikulu tal-isport fl-iskejjel.<\/a> Dan se\u0127ibha m&#8217;g\u0127andu l-ebda kwalifika akkademika fl-edukazzjoni tal-isports i\u017cda xorta wa\u0127da t\u0127allas talli g\u0127amel spezzjonijiet fl-iskejjel meta t-tfal kollha kienu msakkrin id-dar min\u0127abba l-imxija covid.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105702\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education.jpg\" alt=\"\" width=\"720\" height=\"480\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2021\/12\/Justyne_Caruana_Education.jpg 720w\" sizes=\"(max-width: 720px) 100vw, 720px\" \/><\/p>\n<p>Dan il-ka\u017c issa \u0121ie investigat mill-kummissarju tal-istandards li minn na\u0127a tieg\u0127u stqarr li l-investigazzjoni waslet fi tmiemha i\u017cda ser j\u0127alli f&#8217;idejn il-kumitat tal-i<em>standards<\/em> parlamentari biex ixandar il-konklu\u017cjonijiet. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/standards-probe-finds-education-ministers.920674\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Skont il-pro\u010beduri, dan ifisser li Caruana kienet instabet \u0127atja li kisret il-kodi\u010bi tal-etika.<\/a><\/p>\n<p>Issa jekk tintu\u017ca l-istess riga li ntu\u017cat fil-ka\u017c ta&#8217; Carmelo Abela (<a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2021-04-14\/local-news\/Carmelo-Abela-breached-ethics-with-advert-intended-to-boost-minister-s-image-Hyzler-6736232623\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">li nefaq flus il-poplu biex xtara riklami fil-gazzetti li ma rriklamaw xejn \u0127lief lilu<\/a>) u dak ta&#8217; Rosianne Cutajar (<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/rosianne-cutajar-breached-ethics-code-probe-into-property-deal-finds.883813\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">li kienet naqset li tiddikjara lill-Parlament li r\u010beviet rigali ta&#8217; flus u \u0127lasijiet ta&#8217; senserija ming\u0127and Yorgen Fenech, in-namrat sigriet tag\u0127ha li aktar tard kien \u0121ie mixli bil-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia<\/a>), l-Ispeaker An\u0121lu Farrugia ser jara kif jag\u0127mel biex\u00a0 Justyne Caruana tg\u0127addiha lixxa.<\/p>\n<p>Dak huwa r-rekord tal-a\u0127\u0127ar tliet edukaturi ewlenin ta&#8217; pajji\u017cna: Evarist Bartolo li feta\u0127 il-biben bera\u0127 biex titwettaq il-korruzzjoni, Owen Bonnici li kiser id-drittijiet tal-bniedem, u Justyne Caruana li berbqet flus il-poplu.<\/p>\n<p>Dawn l-edukaturi ewlenin qed jag\u0127tu l-e\u017cempju lil uliedna. Mhux ta&#8217; b&#8217;xejn li issa u g\u0127al \u0121enerazzjonijiet futuri, d-dinja t\u0127ares lejna b\u0127ala pajji\u017c tal-\u0127allelin.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan l-a\u0127\u0127ar, bil-g\u0127an li jipprova jilg\u0127abha tal-inno\u010benti, Evarist Bartolo kiteb fuq Facebook li lkoll kemm a\u0127na ninsabu fid-dmir ni\u0121\u0121ieldu kontra l-korruzzjoni. Ma kitibx li hu baqa&#8217; ma \u0121\u0121ilidx kontra l-korruzzjoni kull meta seta&#8217; jag\u0127mel dan. Dan stqarru huwa stess f&#8217;intervista li kien ta lil Tim Sebastian li fiha ammetta li kien naqas bil-kbir li bil-fatti [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105703,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105718\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105718"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105718\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105816,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105718\/revisions\/105816\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105703\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105718"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105718"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105718"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}