{"id":105858,"date":"2022-01-04T15:31:48","date_gmt":"2022-01-04T14:31:48","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105858"},"modified":"2022-01-06T12:45:55","modified_gmt":"2022-01-06T11:45:55","slug":"ninsabu-fsalib-it-toroq","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/ninsabu-fsalib-it-toroq\/","title":{"rendered":"Ninsabu f&#8217;salib it-toroq"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105846\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_.jpeg\" alt=\"\" width=\"640\" height=\"362\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_-200x113.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_-300x170.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_-400x226.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_-600x339.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/file.aspx_.jpeg 640w\" sizes=\"(max-width: 640px) 100vw, 640px\" \/><\/p>\n<p>Se nazzarda nifhem min inti mill-fatt li qed taqra din il-kitba. Int tinsab irrabjat g\u0127all-Partit Laburista. X&#8217;aktarx, i\u017cda mhux bilfors, li minn dejjem hekk kont. I\u017cda anki jekk int kont bqajt tag\u0127ti l-appo\u0121\u0121 lill-Partit Laburista sal-2017, issa qed tinteba\u0127 x&#8217;sarrfet l-amministrazzjoni ta&#8217; Joseph Muscat u kif l-amministrazzjoni ta&#8217; Robert Abela la g\u0127andha l-\u0127ila u lanqas g\u0127andha r-rieda li tirran\u0121a s-sitwazzjoni.<\/p>\n<p>Bqajt irrabjat dwar il-korruzzjoni, dwar it-tix\u0127im u dwar l-impunit\u00e0. G\u0127adek imdejjaq, imbarazzat, inkurlat u ffrustrat g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia u g\u0127all-fatt li l-pajji\u017c jidher li m&#8217;g\u0127andux il-\u0127ila li jara li ssir il-\u0121ustizzja u l-bidla wara li se\u0127\u0127et dik is-sieg\u0127a mill-aktar mudlama fl-istorja ta&#8217; pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Meta tkun qed tixxennaq g\u0127al bidla politika ma jfissirx li tkun trid tmur lura g\u0127al lejlet l-ewwel reb\u0127a ta&#8217; Joseph Muscat fl-2013. Hi x&#8217;inhi l-fehma tieg\u0127ek dwar il-PN ta\u0127t Lawrence Gonzi jew ta\u0127t Simon Busuttil, int tkexkixt bid-direzzjoni li kien \u0127a l-PN ta\u0127t Adrian Delia. Kont \u0127adt nifs qawwi &#8216;l \u0121ewwa meta dan tne\u0127\u0127a mit-tmexxija u dan g\u0127alkemm l-Oppo\u017cizzjoni pre\u017centi mhix tispirak.<\/p>\n<p>Ix-xewqa tieg\u0127ek hi ssegwi partit li jkun jista&#8217; jirrappre\u017centa t-tamiet tieg\u0127ek a\u0127jar. Tinsab imxennaq g\u0127al politika nadifa, g\u0127al diskussjoni pubblika li tispira u li tag\u0127mel sens, u g\u0127al a\u0121enda so\u010bjali li tirrifletti l-\u0127sibijiet tieg\u0127ek. Jekk g\u0127adek qed taqra&#8217;, mela x&#8217;aktarx li int bniedem liberali. Jekk int konservattiv, mhux dejjem tara g\u0127ajn m&#8217;g\u0127ajn ma dak li jinkiteb hawn. Jog\u0127\u0121bok is-sens komun u ma ti\u0127ux pja\u010bir meta dan ma t\u0127ossux madwarek.<\/p>\n<p>Kultant t\u0127oss il-\u0127ajra li tivvota g\u0127all-partiti \u017c-\u017cg\u0127ar jew g\u0127al kandidati indipendenti. Jekk g\u0127adek qed taqra&#8217; din il-kitba, dan ifisser li r-razzisti jixxukkjawk. X&#8217;aktarx li l-\u0127sara li qed issir fl-ambjent u fl-ispazju li fadal fil-kampanja j\u0127ajruk li tivvota g\u0127all-\u0126odor g\u0127ax huma l-uni\u010bi li dejjem kienu konsistenti fejn jid\u0127ol l-ambjent. I\u017cda dawn g\u0127andhom il-\u0127ila li jtellg\u0127u membri parlamentari f&#8217;elezzjoni? Je\u017cisti bi\u017c\u017cejjed sens komun?<\/p>\n<p>Jekk g\u0127adek qed taqra&#8217; din il-kitba, dan ifisser li spjegazzjonijiet simplisti\u010bi dwar il-marda dinjija msejsa fuq il-firda tal-klassi ma jdoqqulek xejn u jidhirlek li huma antikwati. Il-\u0121lieda tal-klassi u d-dittatorjat tal-proletarjat ma jispjegawx kollox. Il-fehmiet tal-fanati\u010bi ma jwassluna mkien.<\/p>\n<p>B&#8217;danakollu ma jfissirx li min hu radikali huwa dejjem \u017cbaljat. Bil-maqlub. Ir-reg\u0127ba donnha saret g\u0127amla \u0121dida ta&#8217; reli\u0121jon u din tassew hi l-g\u0127erq tal-marda li \u0127akmet lill-\u0127ajja pubblika u \u0121id mill-vittmi tieg\u0127u. Il-barunijiet tal-industrija tal-bini u tal-kasinojiet li jxa\u0127\u0127mu jew joqtlu biex ikollhom aktar \u0121id jinsabu fis-saff ta&#8217; fuq. Jekk int\u00a0 sinjur, ma jfissirx li tkun sirt hekk min\u0127abba l-korruzzjoni. I\u017cda s-sinjurija hi motivazzjoni minnha nnifisha.<\/p>\n<p>Tkun trid lill-politi\u010bi jikkonfrontaw lil din ir-realt\u00e0 i\u017cda l-oppo\u017cizzjoni tieg\u0127ek g\u0127as-setg\u0127a tas-sinjuruni mhix frott l-g\u0127ira u ma tridx li l-politi\u010bi ikunu lag\u0127qa tas-sinjuruni jew g\u0127edewwa ta&#8217; dawk li jridu jsiru sinjuruni. L-importanti g\u0127alik hu li kul\u0127add ikollu opportunitajiet indaqs u, forsi aktar importanti, li jkun hawn il-\u0121ustizzja u s-saltna tad-dritt. Int trid pajji\u017c fejn kul\u0127add jitqies indaqs u fejn il-li\u0121ijiet jg\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add u mhux g\u0127al u\u0127ud biss. Id-drittijiet trid li jkunu jg\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add, b&#8217;mod spe\u010bjali g\u0127al min hu bla le\u0127en, g\u0127all-foqra u g\u0127ad-dg\u0127ajfin. U ma trid lil \u0127add jaqbe\u017c il-kju g\u0127ax ikun xa\u0127\u0127am lil min ikun g\u0127assa mal-bieb.<\/p>\n<p>Dawn huma l-kwistjonijiet ewlenin li ilek \u017cmien tirrifletti fuqhom tul l-erba&#8217; snin li g\u0127addew g\u0127ax t\u0127oss li mmaturajt minn dakinhar li nqatlet \u0121urnalista u l-konfu\u017cjoni u rabja tal-bidu issa qed jevolvi f&#8217;anali\u017ci dwar dak li je\u0127tie\u0121 li jitran\u0121a.<\/p>\n<p>Sa ftit snin ilu, g\u0127alik il-politika kienet tfisser partit politiku li jkun a\u0127jar minn partit ie\u0127or. Issa l-politika g\u0127alik saret il-kundizzjoni tal-\u0127ajja, ir-ra\u0121uni g\u0127ala pajji\u017c tqisu b\u0127ala darek jew jekk sarx post li tkun trid ta\u0127rab minnu mill-aktar fis possibbli, g\u0127al dejjem jew g\u0127al ftit ta\u017c-\u017cmien, jew kemm kemm billi tg\u0127ix \u0127ajtek billi ta\u0127seb f&#8217;kollox \u0127lief fil-kallu li ma jkollokx il-\u0127ila teqred.<\/p>\n<p>U issa waslet elezzjoni \u0121enerali. Se tkun mistieden tix\u0127et il-vot g\u0127all-ewwel darba f&#8217;elezzjoni li g\u0127andha l-potenzjal tag\u0127ti twe\u0121iba storika g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia, g\u0127all-korruzzjoni li kienet il-kaw\u017ca tag\u0127ha u g\u0127all-impunit\u00e0 li segwietha.<\/p>\n<p>Il-karta tal-vot wa\u0127edha mhux ser tfornik bit-twe\u0121ibijiet g\u0127al dak kollu li kont ilek ta\u0127seb dwaru tul dawn l-a\u0127\u0127ar erba&#8217; snin.<\/p>\n<p>Fuq il-karta tal-vot, ser ikun hemm l-ismijiet ta&#8217; Robert Abela u tal-kandidati li qed jappo\u0121\u0121jawh u ta&#8217; dawk li Nies li g\u0127alihom l-assassinju ta&#8217; Daphne kien \u0127a\u0121a sewwa. Din mhix il-fehma tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Il-karti tal-vot ser ikollhom ukoll l-ismijiet ta&#8217; Adrian Delia u ta&#8217; dawk il-ftit li g\u0127adhom jag\u0127tuh l-appo\u0121\u0121 &#8211; dawn huma nies li g\u0127alihom il-politika mhi xejn \u0127lief storbju u g\u0127ajjat. Nies li jammiraw il-populi\u017cmu ta&#8217; Joseph Muscat. L-g\u0127a\u017cla ta&#8217; dawn hi l-popolarit\u00e0. Din mhix l-g\u0127a\u017cla tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Fil-karta tal-vot ser ikun hemm ukoll l-ismijiet ta&#8217; kandidati indipendenti u ta&#8217; kandidati mill-partiti \u017c-\u017cg\u0127ar li int tammira g\u0127ax forsi t\u0127oss li huma l-aktar qrib dak li tixtieq mir-rappre\u017centanti tieg\u0127ek. Imma anki jekk din hi l-g\u0127a\u017cla tieg\u0127ek, ming\u0127ajr ma trid, tibqa&#8217; t\u0127ossok inkwetat int u tqis li vot g\u0127alihom jispi\u010b\u010ba jissarraf f&#8217;vot g\u0127all-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Biex ng\u0127idu kollox, il-kandidati Nazzjonalisti li tappo\u0121\u0121ja x&#8217;aktarx mhux\u00a0 ser ikollhom bi\u017c\u017cejjed appo\u0121\u0121 biex ting\u0127eleb is-sa\u0127\u0127a li jgawdi l-Partit Laburista.<\/p>\n<p>Il-\u0127sieb li kollox g\u0127al xejn, in-nuqqas ta&#8217; motivazzjoni li t\u0127oss meta \u017c\u017comm xemg\u0127a tnemnem waqt xi velja ta&#8217; protesta flimkien ma&#8217; ftit g\u0127exieren ta&#8217; nies, i\u0121\u0121ieg\u0127lek tiksa\u0127 meta tara l-karta tal-vot u tiftakar li l-ikbar arma li g\u0127andu \u010b-\u010bittadin f&#8217;demokrazija qisha bi\u010b\u010ba karta li ma tiswa&#8217; xejn.<\/p>\n<p>Minkejja kollox, ikollok tidde\u010biedi fejn se jmur il-vot tieg\u0127ek. Ma tistax tikkontrolla l-ma\u0121\u0121oranza, i\u017cda l-g\u0127a\u017cla ta&#8217; fejn ser imur il-vot tieg\u0127ek tinsab f&#8217;idejk .<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/mark-camilleri-explains-why-he-wont-vote-for-pn-even-though-pl-is-destroying-the-country\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Segwu l-intervista li ta Mark Camilleri lil Jon Mallia.<\/a> Camilleri nteba\u0127 u, aktar importanti, stqarr fil-bera\u0127 li t-tmexxija tal-partit li ilu jimmilita fih g\u0127omru u \u017cmienu, tinsab f&#8217;idejn \u010borma ta&#8217; kriminali. Huwa ta&#8217; sinifikat li jg\u0127id li l-partit tieg\u0127u qed &#8220;ikisser lill-pajji\u017c&#8221;.<\/p>\n<p>Ma rridx inkabbar i\u017c\u017cejjed is-sinifikat ta&#8217; dan g\u0127aliex, wara kollox, ir-reati politi\u010bi kriminali li wettaq Joseph Muscat tista&#8217; tarahom u tmisshom b&#8217;idejk. M&#8217;hemmx g\u0127alfejn noqog\u0127du nit\u0127addtu dwar dak li huwa minn ewl id-dinja. I\u017cda tajjeb li nitkellmu dwar l-g\u0127amad tal-o\u0127rajn kollha li g\u0127adhom b&#8217;rashom imdeffsa fir-ramel.<\/p>\n<p>Il-mentalit\u00e0 ta&#8217; Mark Camilleri baqg\u0127et limitata kwa\u017ci daqs kemm dejjem kienet. Jitkellem dwar il-PN b\u0127allikieku dan il-partit jirrappre\u017centa lill-&#8220;klassi l-o\u0127ra&#8221;. G\u0127alkemm jammetti l-onest\u00e0 ta&#8217; Simon Busuttil, fl-istess waqt ji\u010b\u0127du b\u0127ala kandidat potenzjali g\u0127all-vot tieg\u0127u g\u0127ax, skont Mark Camilleri, Simon Busuttil jirrappre\u017centa klassi li Mark Camilleri jikkonsidra differenti minn tieg\u0127u, tant li m&#8217;hemmx tama li g\u0127ad jista&#8217; jkun hemm qbil mieg\u0127u.<\/p>\n<p>Issa kul\u0127add jaf li Simon Busuttil mhux ser ikun kandidat fl-elezzjoni li \u0121ejja, i\u017cda l-argument li qed jag\u0127mel hawn Mark Camilleri hu li, anki jekk il-PN jibda&#8217; jitmexxa mill-Messija nnifsu, jew minn xi \u0121enju kari\u017cmatiku, onest u ta&#8217; \u0127ila, xorta ma jkunx jista jivvutalu. U dan min\u0127abba l-klassi.<\/p>\n<p>Id-dg\u0127jufija tal-fehma tieg\u0127u to\u0127ro\u0121 mill-fatt li l-lo\u0121ika ta&#8217; Mark Camilleri \u0121\u0121ieg\u0127lu ja\u0127seb li mexxejja qarrieqa tal-Partit Laburista jirrappre\u017centaw klassi ta&#8217; nies di\u017conesti. L-onest\u00e0 u d-di\u017conest\u00e0 ma jitqassmux fi gruppi ekonomi\u010bi. Ma tistax tfiehem kollox b&#8217;dan il-mod.<\/p>\n<p>Mhuwiex possibbli li wie\u0127ed jidde\u010biedi dwar \u010berti politi\u010bi u dwar \u010berti mexxejja skont il-klassi ekonomika li jag\u0127mlu minnha. Dak li jivvota g\u0127all-korrotti (jew jer\u0127ilhom ji\u0121u eletti g\u0127ax jibqa&#8217; lura milli jivvota g\u0127all-alternattiva) bit-tama li fil-partit tal-korrotti ser ife\u0121\u0121 xi \u0127add onest, mhux ser iwassal g\u0127all-bidla li hi ur\u0121enti. Ming\u0127ajr bidla, il-Labour &#8220;se jfarrak il-pajji\u017c&#8221;, jistqarr Mark Camilleri. Madankollu mhux bi\u0127siebu jivvota biex il-PN isalva l-pajji\u017c mit-tifrik.<\/p>\n<p>Hu hekk idde\u010bieda.<\/p>\n<p>Int kif ser tidde\u010biedi?<\/p>\n<p>Jekk g\u0127adek qed taqra&#8217; din il-kitba dan x&#8217;aktarx ifisser li int tixtieq li\u00a0 l-Partit Laburista jitlef. Jista&#8217; jkun li ser ikollok il-\u0127tie\u0121a li ssodd imnie\u0127rek u tivvota g\u0127all-ordinarju u l-medjokri biex tkun tista&#8217; teqred ix-xinxilli u l-korruzzjoni. Jista&#8217; jkun li ser ikollok tirrifletti fuq kwistjonijiet ta&#8217; klassi, anki jekk fil-fehma tieg\u0127i jkun a\u0127jar jekk tirrifletti jekk tassew je\u017cistix jew jekk dan il-kliem dwar klassi hux qed isir biss biex ikompli mal-istorja imma issa ilu ma je\u017cisti fil-fatt, jekk qatt e\u017cista. Jista&#8217; jkun li ser ikollok tivvota g\u0127al kandidati li ma jirriflettux g\u0127al kollox l-opinjoni tieg\u0127ek i\u017cda li huma popolari u b&#8217;hekk jikber \u010bans li jnaqqas is-sa\u0127\u0127a tal-Labour, anki jekk forsi ma jkunx bi\u017c\u017cejjed biex tissarraf f&#8217;ma\u0121\u0121oranza.<\/p>\n<p>Anki jekk id-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127ek ma ssarrafx f&#8217;telfa g\u0127all-Partit Laburista, tkun tista&#8217; tg\u0127id li g\u0127allinqas ippruvajt, jew, biex inkomplu fl-ambjent negattiv li jaf ji\u0121i wara reb\u0127a o\u0127ra Laburista, li int m&#8217;g\u0127amilt xejn biex tg\u0127inhom jirb\u0127u.<\/p>\n<p>Is-sena 2022 waslet g\u0127alik ukoll. Politikament issa wasal i\u017c-\u017cmien li tidde\u010biedi tibdiex tg\u0127ix. Jew tibdiex tmut.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Se nazzarda nifhem min inti mill-fatt li qed taqra din il-kitba. Int tinsab irrabjat g\u0127all-Partit Laburista. X&#8217;aktarx, i\u017cda mhux bilfors, li minn dejjem hekk kont. I\u017cda anki jekk int kont bqajt tag\u0127ti l-appo\u0121\u0121 lill-Partit Laburista sal-2017, issa qed tinteba\u0127 x&#8217;sarrfet l-amministrazzjoni ta&#8217; Joseph Muscat u kif l-amministrazzjoni ta&#8217; Robert Abela la g\u0127andha l-\u0127ila u lanqas [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105847,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105858\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105858"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105858\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105882,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105858\/revisions\/105882\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105847\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105858"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105858"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105858"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}