{"id":105883,"date":"2022-01-05T16:16:05","date_gmt":"2022-01-05T15:16:05","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105883"},"modified":"2022-01-07T18:04:38","modified_gmt":"2022-01-07T17:04:38","slug":"ara-hux-possibbli-tbiddel-l-affarijiet-bkitba-fuq-il-facebook","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/ara-hux-possibbli-tbiddel-l-affarijiet-bkitba-fuq-il-facebook\/","title":{"rendered":"Oliver Scicluna: in\u0121enwinit\u00e0 politika aktar minn \u017celu rivoluzzjonarju"},"content":{"rendered":"<p>Oliver Scicluna jinsab im\u0127asseb dwar dawk il-votanti li qed iwieg\u0127duh li &#8220;ja\u0127sbu fih&#8221; kemm-il darba jaqdihom jew jag\u0127mlilhom xi pja\u010bir. G\u0127alkemm di\u0121\u00e0 huwa membru parlamentari, g\u0127ax hekk xtaq Robert Abela, Oliver Scicluna issa qed ikollu jg\u0127addi mill-pro\u010bess biex jer\u0121a&#8217; ji\u0121i elett u, mid-dehra, xejn mhi tog\u0127\u0121bu s-sistema ta&#8217; &#8220;\u0127okkli dahri biex in\u0127okklok dahrek&#8221;.<img class=\"aligncenter size-full wp-image-105864\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01.png\" alt=\"\" width=\"1146\" height=\"798\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-200x139.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-300x209.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-400x279.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-600x418.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-768x535.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01-800x557.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Screenshot-2022-01-05-at-16.14.01.png 1024w\" sizes=\"(max-width: 1146px) 100vw, 1146px\" \/><\/p>\n<p>Sewwa g\u0127amel li tkellem kontra din id-drawwa. I\u017cda ma tin\u017cillix li Oliver Scicluna ma nteba\u0127x li fil-politika, b\u0127al fin-natura, jekk ma tg\u0127addix minn banda, issib fejn tg\u0127addi minn o\u0127ra. Jekk ikun irid, lin-nies tallaba tal-pja\u010biri jista&#8217; jibg\u0127athom jixxejru. Tistg\u0127u tibqg\u0127u \u010berti li dawn malajr isibu xi kandidat ie\u0127or mill-istess partit tieg\u0127u li jkun lest jaqdihom bi tpartit mal-vot. Il-korruzzjoni ta\u0127dem bis-sistema ta&#8217; domanda u provvista u kull fejn hemm id-domanda g\u0127andek issib politi\u010bi ma\u0127mu\u0121in li jkun lesti li jipprovdu.<\/p>\n<p>Oliver Scicluna, kif hu sewwa u xieraq, stqarr li ma jridx li jkollu x&#8217;jaqsam mal-korruzzjoni tal-klijenteli\u017cmu. I\u017cda biss b&#8217;dikjarazzjoni b\u0127al din mhu ser ibiddel xejn. Mhux meta hemm daqstant \u0127addiema li dda\u0127\u0127lu mal-gvern li xog\u0127olhom huwa li j\u010bemplu lill-kostitwenti tal-ministri biex jistaqsuhom g\u0127andhomx &#8220;b\u017conn ta&#8217; xi \u0127a\u0121a&#8221;.<\/p>\n<p>Il-firxa tax-xibka li permezz tag\u0127ha jsiru sajdiet g\u0127all-voti \u010bertament mhix ser tieqaf g\u0127aliex ikun hemm xi \u0127add li jiddikjara li ma jridx jilg\u0127ab log\u0127ba b\u0127al din.<\/p>\n<p>Madankollu jista&#8217; jsir tibdil fil-li\u0121ijiet biex titra\u017c\u017can din id-drawwa. G\u0127andu jkollna li\u0121ijiet li jipprojbixxu l-u\u017cu ta&#8217; proprjet\u00e0 tal-gvern g\u0127al skopijiet ta&#8217; sajd g\u0127all-voti. \u0126addiema tal-gvern im\u0127allsin mill-poplu m&#8217;g\u0127andhomx jag\u0127mlu propaganda g\u0127all-kandidat favorit tag\u0127hom minn fuq il-lant tax-xog\u0127ol.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andhomx jit\u0127allew isiru telefonati biex votanti ji\u0121u offruti servizzi minn xi dipartiment tal-gvern, bl-istess mod kif ma jistax isir bejg\u0127 bieb bieb ta&#8217; tabakk jew ta&#8217; riklamar ta&#8217; servizzi sesswali permezz tat-telefon.<\/p>\n<p>Min iwieg\u0127ed kumpens jew rigal g\u0127all-vot g\u0127andu je\u0127el ta&#8217; reat kriminali u dan mhux biss waqt kampanja elettorali i\u017cda f&#8217;kull \u017cmien. G\u0127andu jkun hemm ukoll li\u0121ijiet kontra festini li jkunu b&#8217;xejn li jg\u0127oddu g\u0127al kull \u017cmien u mhux biss fil-\u0127ames \u0121img\u0127at ta&#8217; qabel elezzjoni.<\/p>\n<p>Il-li\u0121ijiet dwar l-inga\u0121\u0121 ta&#8217; \u0127addiema fis-settur pubbliku g\u0127andhom ji\u0121u infurzati u msa\u0127\u0127a u t-trasparenza u l-mertu g\u0127andhom dejjem jirb\u0127u fuq il-favoriti\u017cmu u l-parti\u0121\u0121jani\u017cmu. Dawk li jin\u0127atru fuq bordijiet regolatorji jew ta&#8217; infurzar g\u0127andhom jin\u0127atru mhux g\u0127ax jappo\u0121\u0121jaw il-partit politiku fil-gvern i\u017cda g\u0127ax ikun \u0127aqqhom. B&#8217;dan il-mod, il-\u0127ru\u0121 ta&#8217; permessi tal-bini jew l-awditjar tat-taxxi jsiru fuq il-kriterji li di\u0121\u00e0 huma stabbiliti b&#8217;li\u0121i u mhux g\u0127ax xi politiku jkun irid jaqdi lil xi kostitwent tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Fi kliem ie\u0127or, jekk Oliver Scicluna mhux bi\u0127siebu jitkellem kontra dawk li n\u0127atru fl-Awtorit\u00e0 tal-Ippjanar, fid-Dipartiment tal-Pulizija, fl-a\u0121enzija tal-infurzar tat-traffiku, fl-Awtorit\u00e0 tad-Djar u dan sforz l-appo\u0121\u0121 li dawn jag\u0127tu lill-Partit Laburista, kull ma se jkun qed jag\u0127mel hu li jwarrab l-g\u0127anqbut ming\u0127ajr ma jeqred il-brimba.<\/p>\n<p>Il-partiti politi\u010bi g\u0127andhom jimxu bl-e\u017cempju. It-ti\u0121rija li sse\u0127\u0127 bejn il-kandidati f&#8217;distrett mhix dejjem tkun wa\u0127da \u0121usta. Il-partiti g\u0127andhom je\u0127duha kontra l-klijenteli\u017cmu mag\u0127ruf billi jwarrbu dawk il-kandidati li jimmanipulaw lill-votanti b&#8217;dan il-mod. M&#8217;hemmx b\u017conn li\u0121i g\u0127al dan. Hekk titlob id-di\u010benza u l-ir\u0121ulija u iva, g\u0127andi l-ardir li ne\u017ci\u0121i l-ir\u0121ulija ming\u0127and il-partiti politi\u010bi.<\/p>\n<p>U hawn qed ninkludi wkoll lill-Partit Laburista li &#8211; \u0127a\u0121a tal-iskantament-\u00a0 jag\u0127mel parti minnu Oliver Scicluna. I\u017cda biex inkunu g\u0127idna kollox, nippretendi li l-Partit Laburista jkun aktar onest minn Oliver Scicluna. Madankollu partit li jinsab kuntent li j\u0127addan membri parlamentari b\u0127al Carmelo Abela li ma ddardarx ju\u017ca flejjes pubbli\u010bi biex jirreklama lilu nnifsu; b\u0127al Justyne Caruana li ma ddardritx tberbaq flejjes pubbli\u010bi biex timla&#8217; l-bwiet ta&#8217; \u0121binha; b\u0127al Rosianne Cutajar li ma ddardritx tit\u0127allas biex tag\u0127mel diskorsi fil-Parlament favur \u0127abibha. \u010aertament fadlilna sewwa biex narawhom iwaqqfu l-klijenteli\u017cmu waqt kampanja elettorali.<\/p>\n<p>Oliver Scicluna jikkundanna lil dawk li jitolbuh jag\u0127mlilhom il-pja\u010biri. Jekk ta\u0127seb li b&#8217;din il-kundanna wera kura\u0121\u0121 u integrit\u00e0, g\u0127andna nitolbuh jikkundanna lill-kollegi tieg\u0127u li jistadu g\u0127all-voti tal-kostitwenti bi tpartit mal-pja\u010biri li huwa mhuwiex lest jag\u0127mel.<\/p>\n<p>Minflok iwettqu xog\u0127olhom billi jo\u0127or\u0121u bi proposti g\u0127al bidliet fil-politika, l-politi\u010bi ta&#8217; spiss jg\u0127idu li s-sitwazzjoni ma tistax tinbidel. Tismag\u0127hom jeqirdu li ma jafux x&#8217;jaqbdu jg\u0127idu lill-kostitwenti \u0121aladarba dawn iqisu lix-xog\u0127ol politiku tag\u0127hom b\u0127ala qadi u tqassim tal-pja\u010biri. Tismag\u0127hom jistaqsu: &#8220;X&#8217;nag\u0127mel? Nibg\u0127athom jixxejru meta naf li kandidati o\u0127ra ma jiddejqux jaqduhom?&#8221;<\/p>\n<p>Fi ftit kliem, dak li kiteb Oliver Scicluna fil-Facebook x&#8217;aktarx huwa aktar frott ta&#8217; in\u0121enwit\u00e0 milli ta&#8217; \u017celu rivoluzzjonarju.<\/p>\n<p>Kif darba kien qal Basil Fawlty: &#8216;Xi trid tg\u0127id biha li l-gwerra bdejnieha a\u0127na? Min kien invada lill-Polonja?&#8217; Il-kostitwenti ming\u0127alihom li xog\u0127ol il-politi\u010bi li jtellg\u0127u hu li jda\u0127\u0127lu l-kuntrabandu fis-sistema g\u0127aliex il-politi\u010bi jriduha ta&#8217; pirati libsin pulit b&#8217;\u0127or\u017ca ta&#8217; te\u017cori ma\u0127tufin mill-amministrazzjoni pubblika. U hawn mhux qed nirreferi biss g\u0127al-larin\u0121 ta&#8217; Rosianne Cutajar.<\/p>\n<p>Niftakar li fl-img\u0127oddi kont ktibt dwar dak li kien se\u0127\u0127 fil-kampanja ta&#8217; Chris Fearne biex isir mexxej tal-partit. F&#8217;okka\u017cjoni minnhom galoppin minn tieg\u0127u g\u0127amel stedina fil-bera\u0127 lill-grupp limitat ta&#8217; tesserati li kellhom vot f&#8217;dik l-elezzjoni biex ikellmu lid-Deputat Prim Ministru &#8211; bniedem suppost b&#8217;subg\u0127ajh dritt &#8211; jekk ji\u0121u b\u017conn xi pja\u010bir. Voti bi tpartit mal-favuri. Ammen.<\/p>\n<p>Minflok jilqg\u0127u l-ilmenti tal-elettorat biex ise\u0127\u0127 it-titjieb fis-so\u010bjet\u00e0 li ng\u0127ixu fiha, il-politi\u010bi qed jimir\u0127u fi spazji ille\u010bti, illegali, irregolari u in\u0121usti.<\/p>\n<p>Kemm je\u0127tie\u0121 li jsiru kitbiet fil-Facebook biex titran\u0121a sitwazzjoni b\u0127al din?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Oliver Scicluna jinsab im\u0127asseb dwar dawk il-votanti li qed iwieg\u0127duh li &#8220;ja\u0127sbu fih&#8221; kemm-il darba jaqdihom jew jag\u0127mlilhom xi pja\u010bir. G\u0127alkemm di\u0121\u00e0 huwa membru parlamentari, g\u0127ax hekk xtaq Robert Abela, Oliver Scicluna issa qed ikollu jg\u0127addi mill-pro\u010bess biex jer\u0121a&#8217; ji\u0121i elett u, mid-dehra, xejn mhi tog\u0127\u0121bu s-sistema ta&#8217; &#8220;\u0127okkli dahri biex in\u0127okklok dahrek&#8221;. Sewwa g\u0127amel [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105867,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105883\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105883"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105883\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105897,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105883\/revisions\/105897\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105867\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105883"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105883"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105883"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}