{"id":105938,"date":"2022-01-11T16:05:20","date_gmt":"2022-01-11T15:05:20","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105938"},"modified":"2022-01-11T21:03:36","modified_gmt":"2022-01-11T20:03:36","slug":"wara-6-xhur-stenbhu-jridu-juru-li-qed-jaghmlu-xi-haga-dwar-ir-rakkomandazzjonijiet-tal-inkjesta-daphne-1","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/wara-6-xhur-stenbhu-jridu-juru-li-qed-jaghmlu-xi-haga-dwar-ir-rakkomandazzjonijiet-tal-inkjesta-daphne-1\/","title":{"rendered":"Wara 6 xhur stenb\u0127u: jridu juru li qed jag\u0127mlu xi \u0127a\u0121a dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta Daphne (1)"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105928\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954.jpg\" alt=\"\" width=\"1000\" height=\"563\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/1000x563_cmsv2_98a1f557-89e3-58a6-ae24-ddb1586cbc41-5939954.jpg 1000w\" sizes=\"(max-width: 1000px) 100vw, 1000px\" \/><\/p>\n<p>Il-gvern jidher li ser i\u0127abbar it-twaqqif ta&#8217; bord bil-g\u0127an li ji\u0121u mwettqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. De\u010bi\u017cjoni b\u0127al din g\u0127andha tidher b\u0127ala wa\u0127da tajba. U jidher li hekk jixtiquna nqisuha. I\u017cda jidher li l-gvern jinsab mo\u0127\u0127u biex itellef il-kuntest.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/daphne-caruana-galizia-inquiry-report-to-be-published-thursday.889915\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ir-rapport tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta xxandar f&#8217;Lulju li g\u0127adda, ji\u0121ifieri, sitt xhur ilu.<\/a> Fih numru ta&#8217; rakkomandazzjonijiet, li s&#8217;issa l-ebda wie\u0127ed minnhom ma twettaq. Dan ifisser li l-gvern dam 6 xhur s\u0127a\u0127 biex iwaqqaf kumitat. Dan kien kulma g\u0127amel il-gvern f&#8217;dawn l-a\u0127\u0127ar 6 xhur.<\/p>\n<p>Infakkar li <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/daphne-inquiry-should-end-next-week-prime-minister-says.837203\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Robert Abela kien qal li jinsab inkwetat li l-inkjesta kienet qed tie\u0127u wisq fit-tul biex tintemm.<\/a> L-Im\u0127allfin semg\u0127u g\u0127exieren ta&#8217; xhieda. Dawn irri\u010berkaw, ikkonsultaw, anki ma&#8217; esperti internazzjonali, mexxew sig\u0127at s\u0127a\u0127 ta&#8217; seduti bil-miftu\u0127 u niedew rapport dettaljat b&#8217;sensiela ta&#8217; rakkomandazzjonijiet sostanzjali u studjati.<\/p>\n<p>F&#8217;temp ta&#8217; sitt xhur, il-gvern kellu biss il-\u0127ila li ja\u0127tar kumitat.<\/p>\n<p>U naqta&#8217; rasi ta\u0127t mannara li din il-\u0127atra g\u0127amluha g\u0127aliex \u0127assew ru\u0127hom imbarazzati hekk kif inteb\u0127u li l-Oppo\u017cizzjoni \u0127ejjiet abbozz ta&#8217; li\u0121i li jwassal g\u0127all-bidliet legali li rrakkomandaw l-Im\u0127allfin tal-inkjesta.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/114297\/watch_government_will_support_pn_reforms_if_measures_make_sense__justice_minister#.Yd2Q5S8w2X0\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Illum Edward Zammit Lewis, li jridha ta&#8217; xi riformatur ewlieni, stqarr li l-gvern lest li jappo\u0121\u0121ja l-proposti tal-Oppo\u017cizzjoni jekk dawn &#8220;jag\u0127mlu sens&#8221;. <\/a>\u00a0<em>Jekk<\/em>, Sur Ministru?\u00a0<em>Jekk?<\/em> Bi kliemek m&#8217;intix tinsinwa li tal-PN qed jissu\u0121\u0121erixxu xi \u0127a\u0121a li ma tag\u0127milx sens. Dan qed timplikah dwar il-membri tal-bord tal-inkjesta.<\/p>\n<p>Sitt xhur minn kemm ilha li ntemmet l-inkjesta u g\u0127adhom lanqas biss irrikonoxxew il-validit\u00e0 ta&#8217; wie\u0127ed mill-konklu\u017cjonijiet ewlenin tar-rapport: ji\u0121ifieri li Malta n\u0127akmet mill-mafja u li je\u0127tie\u0121 li ng\u0127addu li\u0121ijiet anti-mafja biex ni\u0121\u0121ildulha. Min\u0127abba s-skiet li jtarrax tal-gvern dwar dan is-su\u0121\u0121ett, nifhem li dan huwa dak li jrid ifisser Edward Zammit Lewis bil-&#8220;jekk&#8221; tieg\u0127u. Dawn bi\u0127siebhom jg\u0127idu li l-mafja ma te\u017cistix u li g\u0127aldaqstant id-d\u0127ul ta&#8217; li\u0121i anti-mafja ma tag\u0127milx sens. Kull min i\u017comm fommu sieket dwar il-mafja, stenna li ser ji\u010b\u0127ad l-e\u017cistenza tag\u0127ha. I\u0127arsuha bis-skiet. Dik hi s-sistema. Tissejja\u0127 omert\u00e0.<\/p>\n<p>X&#8217;in\u010bentiv g\u0127andhom dawn li jg\u0127addu li\u0121i li taf teqred l-istruttura ta&#8217; skiet u ta&#8217; impunit\u00e0 li ilha tipprote\u0121ihom g\u0127al \u017cmien twil?<\/p>\n<p>Il-bord li ser jin\u0127atar ser jiffoka fuq kwistjonijiet o\u0127rajn. Daphne nqatlet min\u0127abba l-\u0127akma tal-mafja li \u017cgurat l-impunit\u00e0 tag\u0127ha. I\u017cda nqatlet ukoll g\u0127ax kienet \u0121urnalista. Ir-rimedji li ssu\u0121\u0121erew l-Im\u0127allfin tal-inkjesta biex titjieb is-sitwazzjoni tal-\u0121urnalisti f&#8217;Malta mhumiex kumplessi.<\/p>\n<p>Dawn li \u0121ejjin huma xi punti li <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/what-are-the-recommendations-of-the-daphne-caruana-galizia-public.890017\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">semma&#8217; Jacob Borg ftit wara li xxandar ir-rapport<\/a>:<\/p>\n<ul>\n<li>G\u0127andu jin\u0127atar kumitat ta&#8217; esperti biex je\u017camina u jifli l-istat tal-\u0121urnali\u017cmu f&#8217;Malta.<\/li>\n<li>G\u0127andu jitwaqqaf qafas legali biex ji\u0121u m\u0127arsa l-\u0121urnalisti u sabiex ji\u017cgura li l-professjoni tkun tista&#8217; tirregola\u00a0 lilha nnfisha.<\/li>\n<li>Il-gvern g\u0127andu jqassam ir-reklamar fil-mexxi tax-xandir b&#8217;mod \u0121ust.<\/li>\n<li>G\u0127andhom isiru emendi fl-Att dwar il-Libert\u00e0 tal-Informazzjoni sabiex titra\u017c\u017can il-kultura ta&#8217; kunfidenzjalit\u00e0 u segretezza li tin\u0121ieb bi sku\u017ca tal-privatezza u tas-sensittivit\u00e0 kummer\u010bjali.<\/li>\n<li>G\u0127andhom isiru emendi g\u0127al-li\u0121ijiet kostituzzjonali li jirregolaw lill-Awtorit\u00e0 tax-Xandir u, skont l-Im\u0127allfin tal-inkjesta, ix-xandar pubbliku naqas fid-dmir li jirrapporta b&#8217;mod imparzjali u meta naqas li jirraporta b&#8217;mod adegwat dwar l-allegazzjonijiet serji ta&#8217; korruzzjoni.<\/li>\n<li>G\u0127andu jitnieda kodi\u010bi ta&#8217; etika g\u0127all-\u0121urnalisti.<\/li>\n<li>G\u0127andu jin\u0127atar kummissarju indipendenti g\u0127all-\u0121urnali\u017cmu bil-g\u0127an li ji\u0121u mwettqa li\u0121ijiet u regoli mfassla biex i\u0127arsu l-indipendenza tal-midja, is-sigurt\u00e0 tal-\u0121urnalisti u d-dritt g\u0127all-informazzjoni.<\/li>\n<li>G\u0127andha ssir emenda kostituzzjonali biex ji\u0121i rikonoxxut id-dritt li individwu jir\u010bievi tag\u0127rif ming\u0127and l-istat u ming\u0127and l-amministrazzjoni pubblika, u l-obbligu li jing\u0127ata dan it-tag\u0127rif.<\/li>\n<li>Emenda kostituzzjonali li permezz tag\u0127ha ji\u0121i rikonoxxut li l-\u0121urnali\u017cmu huwa wie\u0127ed mill-pilastri ta&#8217; so\u010bjet\u00e0 demokratika u li l-istat fid-dmir li jiggarantih u j\u0127arsu.<\/li>\n<li>G\u0127andha titwaqqaf ferg\u0127a tal-pulizija li xog\u0127olha jkun biss li tidentifika theddid fil-konfront tal-\u0121urnalisti.<\/li>\n<li>Il-pulizija g\u0127andha tag\u0127ti pi\u017c lix-xog\u0127ol investigattiv tal-\u0121urnalist, u g\u0127andha tinvestiga minnufih kull allegazzjoni li ssir.<\/li>\n<\/ul>\n<p>M&#8217;g\u0127andi xejn kontra l-\u0127atra ta&#8217; kumitat ta&#8217; esperti li g\u0127andu jag\u0127ti pariri lill-gvern dwar kif jistg\u0127u jitwettqu dawn il-mi\u017curi. I\u017cda l-gvern l-g\u0127ala baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel xejn tul dawn l-a\u0127\u0127ar 6 xhur? G\u0127ala ma waqqafx dan il-kumitat ftit wara li l-Im\u0127allfin tal-inkjesta xandru r-rapport tag\u0127hom?<\/p>\n<p>A\u0127fruli jekk qed ninstema&#8217; xi ftit negattiv fil-kritika tieg\u0127i meta jidher li l-affarijiet jinsabu mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Il-problema hi li m&#8217;a\u0127niex fit-triq it-tajba.<\/p>\n<p>B\u0127alissa hawn xnieg\u0127a ta&#8217; min jorbot fuqha li fost il-membri ta&#8217; dan il-bord li ser jag\u0127ti pariri lill-gvern, ser jkun hemm Saviour Balzan. <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2022\/01\/08\/opposition-not-consulted-on-composition-of-commission-to-implement-public-inquiry-findings-despite-government-claims-of-broad-consultation\/?fbclid=IwAR1zvYZJcRfs18UiWC0pNlF6nnm3ugX4VYZm4PS7s0HlzkUaMCM6mFvkaRE\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Kienu ta&#8217; The Shift News li xandru din l-a\u0127bar.<\/a> Kienet wa\u0127da minn dawk il-kixfiet \u0121urnalisti\u010bi li jaqsmulek qalbek.<\/p>\n<p>Bi\u0127siebni nikteb dwar il-\u0127atra ta&#8217; Saviour Balzan.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-gvern jidher li ser i\u0127abbar it-twaqqif ta&#8217; bord bil-g\u0127an li ji\u0121u mwettqa r-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. De\u010bi\u017cjoni b\u0127al din g\u0127andha tidher b\u0127ala wa\u0127da tajba. U jidher li hekk jixtiquna nqisuha. I\u017cda jidher li l-gvern jinsab mo\u0127\u0127u biex itellef il-kuntest. Ir-rapport tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta xxandar f&#8217;Lulju li g\u0127adda, ji\u0121ifieri, sitt xhur ilu. [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105929,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105938\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105938"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105938\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105946,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105938\/revisions\/105946\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105929\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105938"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105938"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105938"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}