{"id":105948,"date":"2022-01-11T16:15:34","date_gmt":"2022-01-11T15:15:34","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105948"},"modified":"2022-01-12T10:31:24","modified_gmt":"2022-01-12T09:31:24","slug":"wara-li-stenbhu-issa-qabbdu-lil-saviour-biex-jaghmel-xi-haga-dwar-l-inkjesta-daphne","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/wara-li-stenbhu-issa-qabbdu-lil-saviour-biex-jaghmel-xi-haga-dwar-l-inkjesta-daphne\/","title":{"rendered":"Wara li stenb\u0127u, issa qabbdu lil Saviour biex &#8216;jag\u0127mel xi \u0127a\u0121a&#8217; dwar l-inkjesta Daphne (2)"},"content":{"rendered":"<p><strong>KONFERMA: 16:20 Il-gvern \u0127abbar li Saviour Balzan in\u0127atar tabil\u0127aqq b\u0127ala membru ta&#8217; kumitat ta&#8217; esperti li ser jag\u0127mlu rakkomandazzjonijiet dwar it-twettiq tal-konklu\u017cjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/strong><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105932\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1024\" height=\"576\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/maxresdefault-2-1024x576-1.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1024px) 100vw, 1024px\" \/><\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/doing-something-about-the-daphne-inquiry-1\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ikompli hawn.<\/a><\/p>\n<p>Ix-xnieg\u0127a li hawn b\u0127alissa dwar il-\u0127atra ta&#8217; Saviour Balzan fuq kumitat ta&#8217; esperti li g\u0127andu jissorvelja t-twettiq tal-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia bil-g\u0127an li ji\u0121u m\u0127arsa l-\u0121urnalisti &#8211; li kieku kellha sse\u0127\u0127 &#8211;\u00a0 m&#8217;hix de\u010bi\u017cjoni li ttie\u0127det bi \u017cball.<\/p>\n<p>Malli l-PN \u0121ieg\u0127el lill-gvern jqum mir-raqda, hekk kif xandar sensiela ta&#8217; abbozzi ta&#8217; li\u0121ijiet, kien jin\u0127atar g\u0127all-istess ra\u0121uni g\u0127aliex il-gvern baqa&#8217; m&#8217;g\u0127amel assolutament xejn dwar il-konklu\u017cjonijiet li n\u0121ibdu mill-Im\u0127allfin tal-inkjesta. Il-gvern baqa&#8217; jkaxkar saqajh g\u0127al dan i\u017c-\u017cmien kollu appuntu g\u0127aliex ma jrid jag\u0127mel xejn dwar dak li rrakkomandaw l-Im\u0127allfin 6 xhur ilu.<\/p>\n<p>Hemm g\u0127alfejn insemmi e\u017cempji?<\/p>\n<p>Bi\u017c\u017cejjed li wie\u0127ed iqabbel ir-rekord ta&#8217; Saviour Balzan ma&#8217; w\u0127ud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta (u li jinsabu elenkati fl-ewwel taqsima ta&#8217; din il-kitba).<\/p>\n<p>L-Im\u0127allfin tal-inkjesta rrakkomandaw li g\u0127andhom isiru emendi lill-Att dwar il-Libert\u00e0 tal-Informazzjoni u dan sabiex titra\u017c\u017can il-kultura tal-kunfidenzjalit\u00e0 u tas-segretezza li ng\u0127ata spinta bl-isku\u017ca tas-sensittivit\u00e0 kummer\u010bjali u privata. Emendi b\u0127al dawn g\u0127andhom \u010bertament jinkwietaw lil Saviour Balzan li g\u0127andu sigrieti kummer\u010bjali li b\u0127alissa jinkludu dak li <a href=\"https:\/\/theshiftnews.com\/2021\/10\/03\/exposed-saviour-balzan-received-at-least-e1-million-in-government-contracts-under-labour\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">The Shift News jallega li jammonta g\u0127al \u201cmadwar \u20ac1 miljun f&#8217;kemm jiswew kuntratti tal-gvern (im\u0127allsa lil Saviour Balzan) ta\u0127t gvern Laburista.\u201d<\/a> Dan kien kollox barra trasparenti u qieg\u0127ed igawdi mis-segretezza imposta mill-gvern. Segretezza li m&#8217;hu ser jag\u0127mel xejn biex ira\u017c\u017canha.<\/p>\n<p>Inqg\u0127u \u010berti li m&#8217;hux ser juri xi \u017celu jew \u0127rara biex iwettaq rakkomandazzjoni o\u0127ra tal-Im\u0127allfin sabiex \u201cji\u0121i \u017cgurat li r-riklamar tal-gvern jitqassam b&#8217;mod \u0121ust u ekwu&#8221;. Kien bis-sa\u0127\u0127a tal-in\u0121ustizzji fit-tqassim tar-riklamar tal-gvern li gawda Saviour Balzan. Hekk biss jista&#8217; jpartat l-akbar arma li g\u0127andu b\u0127ala sid ta&#8217; \u0121urnali: s-skiet.<\/p>\n<p>Saviour Balzan mexxa&#8217; lill-\u0121urnali tieg\u0127u b\u0127allikieku kien qed imexxi servizz ta&#8217; protezzjoni. Dan kien deher \u010bar b&#8217;mod spe\u010bjali fi\u017c-\u017cmien li kien g\u0127adu qed jikkontrolla l-kontenut tal-editorjali tal-\u0121urnali tieg\u0127u. Ja\u0127dmu mieg\u0127u kellu u g\u0127ad g\u0127andu numru ta&#8217; \u0121urnalisti tajbin u ta&#8217; kwalit\u00e0 &#8211; dan insostnieh ming\u0127ajr ebda riserva. U bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawn il-kwalitajiet tajbin, il-\u0121urnali tieg\u0127u ta&#8217; spiss kienu jitfg\u0127u dawl u jag\u0127mlu kritika lil dawk li kellhom u g\u0127ad g\u0127andhom is-setg\u0127a.<\/p>\n<p>Sakemm, per\u00f2, ma kienu ja\u010b\u010bettaw l-offerta ta&#8217; Savour Balzan li jit\u0127allsu kemm il-darba jxandru rapporti aktar po\u017cittivi fil-konfront tas-setg\u0127a. Din is-sistema Balzan ma \u0127oloqhiex kemm ilhom li telg\u0127u fil-gvern tal-Labour.\u00a0 <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2019\/07\/buy-my-silence-saviour-balzan-once-said\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dak li jien kont ktibt qabel l-2013.<\/a> Kont kxift li fi\u017c-\u017cmien li l-gvern kien qed jir\u010bievi kritika \u0127arxa dwar il-pro\u0121ett Central Link, Saviour Balzan kien qed ja\u0121ixxi b\u0127ala konsulent dwar ir-relazzjonijiet pubbli\u010bi tal-gvern. \u0120urnalist li kien qed jag\u0127milha ta&#8217; konsulent dwar ir-relazzjonijiet pubbli\u010bi tal-gvern.<\/p>\n<p>Xi \u0127add b\u0127al dan g\u0127andu b\u017conn il-bord li n\u0127atar biex iwettaq ir-riformi rakkomandati mill-Im\u0127allfin tal-inkjesta! Tabil\u0127aqq tista&#8217; kwa\u017ci kwa\u017ci tara lil Robert Abela u lil dawk ta&#8217; madwaru bi tbissima mqarba fuq fommhom huma u ja\u0127tru lil Saviour Balzan.<\/p>\n<p>Robert Abela seta&#8217; staqsa: \u2018tistg\u0127u ssemmu \u0121urnalist li ssemma&#8217; lill-Im\u0127allfin tal-inkjesta?\u2019<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/keith-schembri-testifies-in-daphne-caruana-galizia-inquiry.838838\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Sur Prim Ministru, nfakkrek ftit x&#8217;kien qal Keith Schembri lill-Im\u0127allfin tal-inkjesta<\/a>:<\/p>\n<blockquote><p><em>3.02pm Schembri jintalab jikkummenta dwar laqg\u0127a li kellu mal-\u0121urnalisti. Jg\u0127id li w\u0127ud minnhom kienu aktar qrib tieg\u0127u minn o\u0127rajn.\u00a0<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0Qatt tkellem mag\u0127hom dwar il-<\/em><em>Pilatus Bank u dwar il- Panama Papers?<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Schembri: Qatt ma tkellimt dwar kwistonijiet li g\u0127andi x&#8217;naqsam mag\u0127hom jien.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0Ig\u0127id li \u010berti \u0121urnalisti kienu je\u017ci\u0121u xi affarijiet u kienu jag\u0127mlu pressjoni.\u00a0<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0Ig\u0127id li <\/em><em>\u201cg\u0127andha ssir distinzjoni bejn il-\u0121urnalisti u l-lobbyists\u201d. Ma jistg\u0127ux jaqbdu u ji\u0121u fl-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127i biex jitolbu xi \u0127a\u0121a. U l-\u0126add ta wara, b&#8217;kitbiethom kienu jippruvaw jag\u0127mlu pressjoni.\u201d<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Comodini Cachia titlob li jissemmew l-ismijiet.<\/em><\/p>\n<p><em>\u00a0<\/em><em>Schembri: (L-editur tal-Malta Today) Saviour Balzan kemm il-darba \u0121ie g\u0127andi b&#8217;talbiet biex nag\u0127tih programmi (televi\u017civi). Kien ji\u0121i ta&#8217; spiss. Kien jag\u0127mel il-lobbying g\u0127al \u010berti kumpanniji. Issa naf x&#8217;ser insib ma&#8217; wi\u010b\u010bi l-\u0126add li \u0121ej!\u00a0<\/em><\/p><\/blockquote>\n<p>\u2018Tal-\u0121enn. Mela ejjew na\u0127tru lil Saviour Balzan fuq il-bord. Lil xi \u0127add b\u0127al dan g\u0127andna b\u017conn. U dan lanqas m&#8217;hu meqjus b\u0127ala \u0121urnalist.\u00a0 Sa\u0127ansitra anki Keith Schembri kien tal-istess fehma. Fittex ibda&#8217; ikteb i\u010b-\u010bekkijiet.\u2019<\/p>\n<p>L-Im\u0127allfin tal-inkjesta rrakkomandaw li g\u0127andhom isiru emendi lill-Att dwar ix-Xandir g\u0127aliex irri\u017cultalhom li x-xandir pubbliku kien naqas meta baqa&#8217; jinjora g\u0127al kollox il-kitba ta&#8217; Daphne. L-Im\u0127allfin tal-inkjesta ma kellhomx g\u0127alfejn joqg\u0127odu jsemmu l-fatt li wie\u0127ed mill-ftit pre\u017centaturi ta&#8217; programmi fuq TVM li seta&#8217; u kien imissu tkellem dwar dak li kienet qed tikxef Daphne kien appuntu Saviour Balzan.<\/p>\n<p>\u0126add ma jiskanta li, kull meta seta&#8217;, l-istejjer li kienet qed tikxef Daphne baqa&#8217; jinjorahom u, sa ftit wara li nqatlet, Balzan lanqas biss kien ikollu l-kura\u0121\u0121 li jsemmi isimha. Kien jikteb biss biex jipprova jiskredita l-kitbiet tag\u0127ha u, ta&#8217; lag\u0127qi li hu, kien <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/maltatoday-editor-ran-controlled-interview-with-electrogas.707284\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">jag\u0127ti l-akbar pubbli\u010bit\u00e0 lil Joseph Muscat, lil Michelle Muscat u lil Konrad Mizzi<\/a>.<\/p>\n<p>Tistg\u0127u qatt timma\u0121inaw lil Saviour Balzan jitmas\u0127an favur id-d\u0127ul tal-li\u0121i kontra l-iSLAPPs \u2013 ji\u0121ifieri l-abbu\u017c tas-sistema tal-libelli bil-g\u0127an li ji\u0121u ntimidati l-\u0121urnalisti, biex dawn jissikktu jew biex jinqatg\u0127alhom nifishom? Jien ma nistax nimma\u0121inah g\u0127aliex kien Saviour Balzan innifsu li kien g\u0127amel u\u017cu s\u0127i\u0127 mill-iSLAPPs. <a href=\"https:\/\/daphnecaruanagalizia.com\/2017\/04\/saviour-balzankeith-schembri-1am-phone-call-scandal-now-can-see-libel-courts-abused\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Tiftakru meta kien \u0127arrek lil Daphne Caruana Galizia talli din kienet kitbet dwar id-diskursati fuq it-telefon li kien ikollu kmieni filg\u0127odu ma&#8217; Keith Schembri, liema diskursati kien \u010ba\u0127adhom u dan minkejja l-fatt li kien jaf li dak li kienet kitbet kien kollu minnu?<\/a> Il-kaw\u017ca li kien g\u0127amel kienet wa\u0127da vessatorja bil-g\u0127an li jipprova jiskredita \u0121urnalista talli din kienet a\u017c\u017cardat tikteb storja li kienet minnha.<\/p>\n<p>Il-politi\u010bi ma jridux li jitne\u0127\u0127ielhom il-jedd li jag\u0127mlu kaw\u017ci vessatorji kontra l-\u0121urnalisti. G\u0127aldaqstant g\u0127andhom lil qaddej b\u0127alma hu Saviour Balzan biex jara li din is-sistema abbu\u017civa tibqa&#8217; fis-se\u0127\u0127. L-abbozz ta&#8217; li\u0121i kontra l-iSLAPP li tfassal apposta ilu \u017cmien twil ji\u0121ma t-trab. U issa iridu li t-trab ikompli jin\u0121ema&#8217;.<\/p>\n<p>Nag\u0127milha \u010bara li jien mhux qed nistenna&#8217; li kumitat ma\u0127luq biex jippromwovi l-libert\u00e0 tal-istampa fost il-membri tieg\u0127u g\u0127andu jkollu persuni li jaqblu fuq kollox, jew li ma jaqblu fuq xejn jew li anki ma jit\u0127amlux bejniethom huma u ja\u0127dmu g\u0127alenija biex jil\u0127qu skop wie\u0127ed. Jekk dan hu appuntu dak li jistenna&#8217; \u0127addie\u0127or &#8211; kif jista&#8217; jkun il-ka\u017c &#8211; wie\u0127ed g\u0127andu jifhem kif xi \u0127add b\u0127ali ma jista&#8217; qatt ikun membru fuq dan il-bord.<\/p>\n<p>Saviour Balzan m&#8217;g\u0127andux ikun membru fuq il-bord mhux g\u0127aliex g\u0127andu fehmiet differenti minn tieg\u0127i jew g\u0127aliex jien u hu qatt ma rajna g\u0127ajn m&#8217;g\u0127ajn. Dan il-bniedem wera&#8217; kemm il-darba li mhux biss m&#8217;g\u0127andu ebda impenn konsistenti favur il-libert\u00e0 tal-istampa. I\u017cda li ukoll qed ikun ta&#8217; \u0127sara g\u0127all-professjoni tal-\u0121urnali\u017cmu.<\/p>\n<p>Kull darba li kien ig\u0127ajjar lil Daphne Caruana Galizia u jinsulentaha b&#8217;a\u0121\u0121ettivi b\u0127al \u2018queen of bile\u2019, seta&#8217; jitkellem g\u0127all-professjoni \u0121urnalistika f&#8217;Malta dejjem inqas.<\/p>\n<p>G\u0127aldaqstant l-g\u0127a\u017cla tieg\u0127u kienet wa\u0127da ideali g\u0127all-gvern.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>KONFERMA: 16:20 Il-gvern \u0127abbar li Saviour Balzan in\u0127atar tabil\u0127aqq b\u0127ala membru ta&#8217; kumitat ta&#8217; esperti li ser jag\u0127mlu rakkomandazzjonijiet dwar it-twettiq tal-konklu\u017cjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. Ikompli hawn. Ix-xnieg\u0127a li hawn b\u0127alissa dwar il-\u0127atra ta&#8217; Saviour Balzan fuq kumitat ta&#8217; esperti li g\u0127andu jissorvelja t-twettiq tal-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105933,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105948\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105948"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105948\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":105956,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105948\/revisions\/105956\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105933\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105948"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105948"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105948"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}