{"id":105976,"date":"2022-01-12T13:39:07","date_gmt":"2022-01-12T12:39:07","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=105976"},"modified":"2022-01-14T16:51:50","modified_gmt":"2022-01-14T15:51:50","slug":"il-kumitat-4-dawk-li-ser-isalvaw-lill-gvern-mill-marda-mxajtna-tal-liberta-tal-kelma","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/il-kumitat-4-dawk-li-ser-isalvaw-lill-gvern-mill-marda-mxajtna-tal-liberta-tal-kelma\/","title":{"rendered":"Il-&#8220;Kumitat&#8221; (4): dawk li ser &#8220;isalvaw&#8221; lill-gvern mill-marda mxajtna tal-libert\u00e0 tal-kelma"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-105964\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Document210241024_1.jpg\" alt=\"\" width=\"262\" height=\"180\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Document210241024_1-200x137.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/Document210241024_1.jpg 262w\" sizes=\"(max-width: 262px) 100vw, 262px\" \/><\/p>\n<p>\u017bew\u0121 letturi universitarji huma membri tal-<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/doing-something-about-the-daphne-inquiry-1\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kumitat ma\u0127tur mill-gvern sitt xhur wara li xxandru l-konklu\u017cjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia biex jipproponi &#8220;\u017cviluppi&#8221; g\u0127all-qasam tal-\u0121urnali\u017cmu f&#8217;Malta.<\/a><\/p>\n<p>Il-fehmiet ta&#8217; dawn it-tnejn huma mag\u0127rufin sewwa l-opinjonijiet, u g\u0127aldaqstant wie\u0127ed jista&#8217; jikkonkludi li ntag\u0127\u017clu g\u0127al fuq il-kumitat li suppost g\u0127andu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta appuntu g\u0127aliex ma jaqblux mar-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/having-saviour-do-something-about-the-daphne-inquiry-2\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-\u0127atra ta&#8217; Saviour Balzan setg\u0127et saret biex ji\u0121i redikolat il-pro\u010bess jew g\u0127allinqas biex tg\u0127arrqu f&#8217;ironija insopportabbli.<\/a> I\u017cda l-\u0127atra ta&#8217; Carmen Sammut u ta&#8217; Saviour Formosa saret bil-g\u0127an li timmina l-pro\u010bess kollu.<\/p>\n<p>Ejjew nag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn artiklu li kitbet Carmen Sammut fl-2019 f&#8217;\u0121urnal f&#8217;Tel Aviv.<\/p>\n<p>L-artiklu tbajjad b&#8217;ti\u010bpisa akkademika i\u017cda fil-verit\u00e0 huwa biss ripetizzjoni miktub b&#8217;lingwa\u0121\u0121 ifjen tal-litanija tal-One TV li Daphne Caruana Galizija bil-kitbiet tag\u0127ha kienet twe\u0121\u0121a&#8217; u ta\u0127qar lin-nies, li kienet mostru elitista li kienet tintag\u0127raf minn Friedrich Engels, li Joseph Muscat huwa nadif u vittma patetika tad-&#8220;demonizzazzjoni&#8221; u li l-idea li l-libert\u00e0 tal-istampa f&#8217;Malta tinsab mhedda hija biss qlajja&#8217; ta&#8217; Matthew Caruana Galizia u ta&#8217; s\u0127abu, liema qlajja&#8217; irnexxielhom ibellg\u0127uha lil dawk i\u010b-\u010bwie\u010b ta&#8217; <em>The New York Times, The Guardian, La Repubblica<\/em> u gazzetti o\u0127ra b\u0127alhom ma jifhmux akka dwar il-\u0121urnali\u017cmu u dwar il-libert\u00e0 tal-istampa.<\/p>\n<p>Forsi qed ta\u0127sbu li qed inkabbarhom u li m&#8217;iniex qed inkun \u0121ust. Ti\u017cbaljaw jekk ta\u0127sbu b&#8217;dan il-mod. I\u010b\u010bekkjaw g\u0127all-affari tag\u0127kom. Din Carmen kienet kitbet kapitlu li j\u0121ib l-isem <em>Media, Freedom of Speech and Democracy in the EU and beyond.<\/em> Intom u tqallbu g\u0127andkom issibu research paper numru 10 li fiha bejn wie\u0127ed u ie\u0127or 158 pa\u0121na. U l-artiklu ta&#8217; Carmen Sammut jasal biex iqallag\u0127lek l-istonku.<\/p>\n<p>Il-kelma &#8220;gidba&#8221; ma ssibha mkien. I\u017cda tg\u0127id li kienet biss &#8220;narrativa&#8221; l-idea li Daphne nqatlet g\u0127ax \u0127admet ta&#8217; \u0121urnalista u li l-qtil tag\u0127ha kien ri\u017cultat tal-fatt li l-libert\u00e0 tal-istampa f&#8217;Malta tinsab mhedda. Il-kelma &#8216;narrattiva&#8217; hija biss kelma pulita u\u017cata mill-akkademi\u010bi. F&#8217;dan il-kuntest il-kelma &#8216;narrattiva&#8217; ma tfissirx storja i\u017cda tfisser storja li mhix vera jew li hi vvintata. G\u0127alhekk iva, skont Carmen Sammut, l-idea li Daphne nqatlet u g\u0127aldaqstant je\u0127tie\u0121 li ti\u0121i indirizzata t-tema tal-libert\u00e0 tal-istampa hi, minnha nfisha, gidba.<\/p>\n<p>Dan huwa l-oppost ta&#8217; dak li kkonkludew l-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne. Huwa wkoll mod kif il-gvern ikun jista&#8217; jserra\u0127 mo\u0127\u0127u li r-restrizzjonijiet li je\u017cistu f&#8217;Malta fuq il-libert\u00e0 tal-istampa, mhux talli jibqg\u0127u bla mittiefsa, i\u017cda sa\u0127ansitra jkomplu jissa\u0127\u0127u bl-isku\u017ca ta&#8217; &#8220;araw, waqqafna Kumitat ta&#8217; Esperti!&#8221;<\/p>\n<p>Dan li \u0121ej huwa ftit mill-g\u0127erf li kienet \u0127ar\u0121et bih fl-artiklu:<\/p>\n<ul>\n<li>&#8220;Ir-rwol ta&#8217; Daphne jinftiehem a\u0127jar mill-Elite Theory fejn \u0121emg\u0127a \u017cg\u0127ira ta&#8217; individwi jippretendu li g\u0127andhom dritt g\u0127as-setg\u0127a mhux biss min\u0127abba l-privile\u0121\u0121i materjali li jgawdu i\u017cda wkoll g\u0127aliex ming\u0127alihom li g\u0127andhom xi superjorit\u00e0 intellettwali u morali&#8221;.<\/li>\n<li>&#8220;Fil-pro\u010bess we\u0121\u0121g\u0127et \u0127afna nies, inklu\u017ci individwi privati u xi \u0121urnalisti o\u0127rajn. Je\u017cistu bosta e\u017cempji ta&#8217; persuni li sofrew min\u0127abba l-kitbiet tag\u0127ha li kellhom biss l-g\u0127an li jeqirdu l-moral u r-reputazzjoni tag\u0127hom jew li jikkundizzjonaw l-im\u0121iba privata jew pubblika tag\u0127hom&#8221;.<\/li>\n<li>&#8220;Bosta mill-attakki kienu diretti lejn nisa Laburisti, \u0127a\u0121a li ftit li xejn tag\u0127mel sens g\u0127ax hi kienet mara we\u0127idha&#8221;.<\/li>\n<li>&#8220;In-narrattiva u l-metodi tag\u0127ha kellhom g\u0127eruq fil-qasma antika parti\u0121\u0121jana. Kull darba li g\u0127amlet u\u017cu mill-&#8216;paniku morali&#8217;, immanipulatu skont l-a\u0121enda tag\u0127ha&#8221;.<\/li>\n<li>&#8220;Kien biss grazzi g\u0127all-isforzi ma jaqtg\u0127u xejn ta&#8217; Matthew Caruana Galizia li l-\u0121urnalista assassinata llum hi meqjusa madwar id-dinja b\u0127ala martri tal-libert\u00e0 tal-istampa&#8221;. Fi kliem ie\u0127or, din insinwat li Daphne ma \u0127aqqhiex dan ir-rikonoxximent.<\/li>\n<li>&#8220;Is-solidarjet\u00e0 u l-bilan\u010b li kienu me\u0127tie\u0121a f&#8217;dan il-mument hekk delikat u ta&#8217; niket (e\u017catt wara l-qtil ta&#8217; Daphne), inbidel hekk kif fe\u0121\u0121et narrattiva \u0121dida; dik li rabtet il-mewt tag\u0127ha mal-korruzzjoni u mal-impunit\u00e0, liema narrativa ni\u017clet g\u0127asel mal-\u0121urnalisti internazzjonali&#8221;. Hemm re\u0121g\u0127et tfa\u010b\u010bat il-kelma &#8216;narrattiva&#8217;. Aqra u ifhem: ir-rabta li saret bejn il-qtil ta&#8217; Daphne u l-korruzzjoni u l-impunit\u00e0 hi biss gidba.<\/li>\n<li>&#8220;L-istampa internazzjonali strie\u0127et biss fuq numru \u017cg\u0127ir ta&#8217; g\u0127ejjun u ftit li xejn ippruvat tifhem is-sitwazzjoni lokali&#8221;.<\/li>\n<li>Hi u tikkonkludi, Carmen Sammut tidentifika min, fil-fehma tag\u0127ha, huma l-veru vittmi tal-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia: &#8220;Waqt li tajjeb li l-\u0121urnali\u017cmu ji\u0121i m\u0127ares, tant waqajna f&#8217;livell baxx li l-politi\u010bi huma mpin\u0121ijin b\u0127ala nies li jfittxu biss l-interessi tag\u0127hom, li mo\u0127\u0127hom biss biex ji\u0121bdu lejhom u li huma f&#8217;sakra korrotta tal-poter f&#8217;xenarju li hu g\u0127al kollox demokratiku&#8221;.<\/li>\n<\/ul>\n<p>Robert Abela g\u0127a\u017cel e\u017catt lil min je\u0127tie\u0121. Wa\u0127da li se tara li l-politi\u010bi ji\u0121u m\u0127arsa mill-kritika ta&#8217; \u0121urnalisti antipati\u010bi u di\u017cgustanti b\u0127alma kienet Daphne Caruana Galizia, u l-o\u0127ra biex ji\u0121i \u017cgurat li l-politi\u010bi ma jitqisux korrotti daqs kemm iriduk temmen li huma l-omm u l-iben Caruana Galizia.<\/p>\n<p>Hemm kelma li tfisser sewwa attitudni b\u0127al din: Carmen Sammut mhi xejn \u0127lief apolo\u0121ista.<\/p>\n<p>Kif inhu wkoll Saviour Formosa.<\/p>\n<p>Artiklu li nkiteb fl-2019 minn Saviour Formosa <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2021\/08\/when-a-minister-calls-an-inquiry\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">di\u0121\u00e0 ktibt dwaru.<\/a> Kien ixxandar fit-<em>Times of Malta<\/em>, li jfisser li ma kienx hemm b\u017conn xi bibljografija estensiva biex jg\u0127addi mill-g\u0127arbiel. Mill-mod kif inkiteb, jixbah artiklu miktub minn xi uffi\u010bjal ta&#8217; wara l-muntanji fil-Korea ta&#8217; Fuq wara li tkun g\u0127adha kemm t\u0127abbret il-mewt ta&#8217; wie\u0127ed li j\u0121ib il-kunjom Kim. Ma nafx Saviour Formosa g\u0127andux bi\u017c\u017cejjed amor propju biex jiddikjara s-sog\u0127ba tieg\u0127u g\u0127all-imbarazz apokalittiku li kien kiteb.<\/p>\n<p>Kien wera n-niket tieg\u0127u li Joseph Muscat dde\u010bieda li jwarrab u dan wara li dawk li Carmen Sammut identifikathom b\u0127ala <em>&#8220;\u0121emg\u0127a \u017cg\u0127ira ta&#8217; nies li jippretendu li g\u0127andhom dritt g\u0127all-poter mhux biss min\u0127abba l-privile\u0121\u0121i materjali li g\u0127andhom i\u017cda wkoll g\u0127aliex jippretendu li g\u0127andhom xi superjorit\u00e0 intellettwali u morali&#8221;<\/em>, \u0121ieg\u0127luh i\u010bedi l-poter wara sensiela ta&#8217; protesti fil-\u0121img\u0127at qabel inkiteb l-artiklu.<\/p>\n<p>M&#8217;iniex se nkun jien li noqg\u0127od infa\u0127\u0127ar li min jikteb fil-qosor, i\u017cda xi \u0127add \u0127are\u0121 bi fra\u017ci li tiddeskrivi wisq a\u0127jar &#8220;<em>il-\u0121emg\u0127a \u017cg\u0127ira ta&#8217; nies li jippretendu li g\u0127andhom dritt g\u0127all-poter mhux biss min\u0127abba l-privile\u0121\u0121i materjali li g\u0127andhom i\u017cda wkoll g\u0127aliex jippretendu li g\u0127andhom xi superjorit\u00e0 intellettwali u morali&#8221;<\/em>. Robert Musumeci lilna jsej\u0127ilna &#8220;aktar kattoli\u010bi mill-Papa&#8221;.<\/p>\n<p>Filwaqt li jibki t-telfa ta&#8217; Joseph Muscat, Saviour Formosa jikteb: &#8220;Issa li s-setg\u0127a e\u017cekuttiva \u0121\u0121arrfet, hemm il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; nies qalbiena biex iqajmuha fuq saqajha &#8211; dawk li jwer\u017cqu jew dawk li re\u0121g\u0127u saru ver\u0121ni jew jippretendu li huma qaddisin mixjin fl-art mhumiex me\u0127tie\u0121a. Huma me\u0127tie\u0121a biss l-im\u0127u\u0127 mimlijin g\u0127erf.&#8221;<\/p>\n<p>Tg\u0127id ma kienx \u010bar bi\u017c\u017cejjed meta tkellem dwar &#8220;dawk li jwer\u017cqu&#8221;? Saviour Formosa jne\u0127\u0127ilek kull dubju, ma jmurx ikun hu li jgawdi minnu: &#8220;Intefa&#8217; l-mel\u0127 fuq il-ferita permezz tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, li tfa\u010b\u010bat g\u0127al g\u0127arrieda suppost g\u0127al ra\u0121uni tajba, i\u017cda li tni\u0121\u0121set mill-politika u b&#8217;membri li g\u0127andhom passat dubju\u017c&#8230; Ner\u0121a&#8217; ng\u0127id, is-sitwazzjoni mhix qed ti\u0121i mg\u0127ejjuna mill-\u0121urnali\u017cmu li qed jikkompeti mal-mezzi so\u010bjali antiki hi u tfajjar il-gideb u, ag\u0127ar u ag\u0127ar, in-nofs-veritajiet.&#8221;<\/p>\n<p>Dan Saviour huwa l-bniedem li n\u0127atar fuq il-kumitat biex jipproponi mi\u017curi ta&#8217; titjib g\u0127al-libert\u00e0 tal-istampa. I\u017cda, b\u0127al ma j\u0127obb jag\u0127mel Trump, lill-\u0121urnalisti li kixfu lil Joseph Muscat u li tant \u0127ammrulu wi\u010b\u010bu li kellu jwarrab, qed jixlihom b&#8217;fake news<em>.<\/em><\/p>\n<p>Ara ma jfettlilkomx ta\u0127sbu g\u0127al mument wie\u0127ed li dan inkiteb sforz il-fatt li dak i\u017c-\u017cmien Saviour Formosa kien jinsab f&#8217;luttu, u li forsi kliemu kienu frott is-sa\u0127na tal-mument.<\/p>\n<p>Ftit \u0121img\u0127at ilu, waqt li attivisti ta&#8217; Repubblika kienu qed jipprotestaw b&#8217;mod pa\u010bifiku, imxarrbin g\u0127asra kif kienu f&#8217;xita bla waqfien quddiem il-kwartieri \u0121enerali tal-Pulizija, Saviour Formosa kien \u0127are\u0121 g\u0127onqu biex jappo\u0121\u0121ja lil Angelo Gaf\u00e0. Kien widdeb pubblikament lid-dimostranti g\u0127aliex, skontu, il-&#8220;metodi&#8221; tag\u0127hom g\u0127andhom l-g\u0127an li &#8220;j\u0127amm\u0121u karrieri u reputazzjonijiet sforz g\u0127anijiet politi\u010bi baxxi u ma\u0127mu\u0121in.&#8221;<\/p>\n<p>Il-jum qabel ma n\u0127atar g\u0127al fuq dan il-kumitat, il-mara ta&#8217; Saviour Formosa n\u0127atret b\u0127ala membru tal-Awtorit\u00e0 l-\u0121dida tal-Kannabis. Din jisimha Janice Formosa Pace, li ftit ilu ssemmiet fl-a\u0127barijiet meta rri\u017cenjat mill-bord tal-gvernaturi tal-\u0127abs biex imbag\u0127ad in\u0127atret fl-istess jum b\u0127ala membru ta&#8217; inkjesta dwar il-governanza fil-\u0127abs.<\/p>\n<p>Qabel tinfexxu f&#8217;xi bikja, isimg\u0127u din. Il-mara ta&#8217; Saviour Formosa n\u0127atret fuq l-istess bord ma&#8217; o\u0127t Saviour Balzan &#8211; li kien ma\u0127tur fuq l-istess bord ma&#8217; Saviour Formosa &#8211; u li ser ikun qed imexxi.<\/p>\n<p>Il-gvern jaf sewwa liema huma s-Salvaturi li ser isalvawh mill-marda mxajtna tal-libert\u00e0 tal-kelma.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>\u017bew\u0121 letturi universitarji huma membri tal-kumitat ma\u0127tur mill-gvern sitt xhur wara li xxandru l-konklu\u017cjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia biex jipproponi &#8220;\u017cviluppi&#8221; g\u0127all-qasam tal-\u0121urnali\u017cmu f&#8217;Malta. Il-fehmiet ta&#8217; dawn it-tnejn huma mag\u0127rufin sewwa l-opinjonijiet, u g\u0127aldaqstant wie\u0127ed jista&#8217; jikkonkludi li ntag\u0127\u017clu g\u0127al fuq il-kumitat li suppost g\u0127andu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta appuntu g\u0127aliex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":105965,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105976\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=105976"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105976\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":106038,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/105976\/revisions\/106038\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/105965\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=105976"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=105976"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=105976"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}