{"id":106030,"date":"2022-01-14T13:47:12","date_gmt":"2022-01-14T12:47:12","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=106030"},"modified":"2022-01-14T17:01:03","modified_gmt":"2022-01-14T16:01:03","slug":"il-ligijiet-mhux-biss-jiksruhom-kif-u-meta-jridu-ibulu-fuqhom-ukoll","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/il-ligijiet-mhux-biss-jiksruhom-kif-u-meta-jridu-ibulu-fuqhom-ukoll\/","title":{"rendered":"Il-li\u0121ijiet mhux biss jiksruhom kif u meta jridu. Ibulu fuqhom ukoll."},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-106024\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n.jpg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1066\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-200x133.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-300x200.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-400x267.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-600x400.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-768x512.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-800x533.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-1200x800.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/120716219_2492563021043409_1815913052978974263_n-1536x1023.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Din qed insibha diffi\u010bli biex nifhimha.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-hsbc-plea-deal-not-reached-to-benefit-carmelo-abela-prime.927793\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Illum Robert Abela wie\u0121eb mistoqsijiet dwar l-arran\u0121ament legali li sar ma&#8217; Darren Debono mag\u0127ruf b\u0127ala t-Topo.<\/a> Xi \u0121ranet ilu, lill-Avukat \u0120enerali &#8211; u mhux lill-Prim Ministru &#8211; l-Oppo\u017cizzjoni talbitha biex tispjega d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127adet hi dwar dan l-arran\u0121ament legali. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/pray-speak-victoria\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn hawnhekk lejn ir-ra\u0121unijiet &#8216;l g\u0127ala qed ti\u0121i kontestata <\/a><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/pray-speak-victoria\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">d-de\u010bi\u017cjoni tal-Avukat \u0120enerali.<\/a><\/p>\n<p>L-Oppo\u017cizzjoni (u kull min din id-de\u010bi\u017cjoni xejn ma ni\u017clitlu tajjeb) ma talbitx spjegazzjoni ming\u0127and il-Prim Ministru g\u0127aliex kul\u0127add fehem li l-Prim Ministru ma kellu x&#8217;jaqsam xejn ma&#8217; din id-de\u010bi\u017cjoni. In-nies fehmuha b&#8217;dan il-mod g\u0127aliex il-Kostituzzjoni tg\u0127id \u010bar u tond li l-Avukat \u0120enerali mhu obbligat li jwie\u0121eb lejn \u0127add meta jie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet dwar prosekuzzjoni. L-Avukat \u0120enerali g\u0127andu d-diskrezzjoni li jnaqqas il-livell tas-serjet\u00e0 ta&#8217; akku\u017ci fil-konfront ta&#8217; akku\u017cat u l-Prim Ministru ma jid\u0127ol qatt fi kwistjonijiet b\u0127al dawn.<\/p>\n<p>Madankollu Robert Abela jidher li kien infurmat sewwa dwar x&#8217;kienu r-ra\u0121unijiet li wasslu g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni li ttie\u0127det mill-Avukat \u0120enerali dwar Darren Debono. Robert Abela stqarr li d-de\u010bi\u017cjoni li ttie\u0127det mill-Avukat \u0120enerali ma tte\u0127ditx biex ti\u0121i skreditata x-xhieda li kienu taw il-kompli\u010bi tieg\u0127u fl-attentat tas-serqa tal-2010 tal-HSBC li kienu di\u0121\u00e0 implikaw lil Carmelo Abela fid-delitt. Kif sar jaf il-Prim Ministru li din ma kinitx ir-ra\u0121uni? Jaqaw staqsa lil Victoria Buttigieg? Kienet hi li qaltlu? Jekk it-twe\u0121iba g\u0127al dawn il-mistoqsijiet hi &#8220;iva&#8221;, inkiser il-prin\u010bipju tal-awtonomija tal-prosekuzzjoni.<\/p>\n<p>Dan mhux kollox. Peress li Carmelo Abela hu kollega ministerjali ta&#8217; Robert Abela u \u0121aladarba Robert Abela g\u0127andu interess politiku li ji\u017cgura li Carmelo Abela politikament ma jeg\u0127riqx i\u017cda jibqa&#8217; jimra\u0127 fil-wi\u010b\u010b tax-xenarju politiku, jekk Victoria Buttigieg tassew tkellmet ma&#8217; Robert Abela dwar Darren Debono, allura titqies kompli\u010bi fil-\u0127arsien tal-interessi ta&#8217; bniedem suspettat li wettaq delitt kriminali u ma tistax titqies b&#8217;gwardjana tal-interess publiku. Interess li g\u0127andu jkun l-uniku sisien li fuqu tasal biex tie\u0127u d-de\u010bi\u017cjonijiet.<\/p>\n<p>B&#8217;diskorsu Robert Abela ta \u0127jiel li twasslulu r-ra\u0121unijiet wara d-de\u010bi\u017cjoni li ttie\u0127det mill-Avukat \u0120enerali. Xamm li r-ra\u0121unijiet wara t-te\u0127id ta&#8217; din id-de\u010bi\u017cjoni li jintla\u0127aq arran\u0121ament ma&#8217; Darren Debono ser jinkixfu waqt il-pro\u010beduri kriminali li g\u0127ad iridu jse\u0127\u0127u.<\/p>\n<p>Je\u0127tie\u0121 li nkunu \u0121usti mal-Prim Ministru. B&#8217;diskorsu seta&#8217; kellu l-intenzjoni li jag\u0127ti x&#8217;jifhem li huwa g\u0127andu fidu\u010bja s\u0127i\u0127a f&#8217;Victoria Buttigieg b\u0127ala prosekutur, tant li jistenna li l-misteru jinstab tarfu hekk kif naraw ir-ri\u017cultati tal-\u0127idma tag\u0127ha. Jekk dan kien appuntu dak li ried ifisser, \u0127mir konna meta smajna li ntla\u0127aq l-arran\u0121ament u \u0127mir bqajna. U jkollna nistennew u naraw.<\/p>\n<p>I\u017cda \u0121aladarba l-Prim Ministru wera b&#8217;mod kategoriku li g\u0127andu informazzjoni li l-arran\u0121ament ma kellu xejn x&#8217;jaqsam ma&#8217; Carmelo Abela, jista&#8217; jkun hemm spjegazzjoni o\u0127ra ta&#8217; dak li ried ifisser. Din hi li jaf sewwa x&#8217;kienu r-ra\u0121unijiet li wasslu g\u0127ad-de\u010bi\u017cjoni g\u0127aliex kien \u0121ie konsultat dwarha, jekk mhux ukoll g\u0127aliex kien hemm l-ind\u0127il min-na\u0127a tieg\u0127u.<\/p>\n<p>Il-li\u0121ijiet dawn mhux biss jiksruhom kif u meta jridu. I\u017cda pubblikament ibulu fuqhom ukoll.<\/p>\n<p>Robert Abela tfantas u kkritika l-&#8220;attakk in\u0121ust&#8221; fuq Victoria Buttigieg. Skont il-Prim Ministru talba biex uffi\u010bjal pubbliku tispjega u ti\u0121\u0121ustifika de\u010bi\u017cjoni li \u0127adet &#8211; de\u010bi\u017cjoni li la \u0121iet spjegata u u wisq inqas \u0121ustifikata &#8211; tfisser &#8220;attakk&#8221;. Victoria Buttigieg m&#8217;g\u0127andhiex g\u0127alxiex tie\u0127u g\u0127aliha. Wara kollox, hi l-prosekutur ewlieni tal-pajji\u017c. Suppost g\u0127andha tkun fuq in-na\u0127a ta\u010b-\u010bittadini kontra l-kriminali. L-attakki li jkollha b\u017conn tilqag\u0127lhom huma aktar serji minn xi tweet ta&#8217; Bernard Grech.<\/p>\n<p>Mistoqsija li saritilha biex tispjega l-g\u0127ala dde\u010biediet li, lil min spara fuq &#8211; u li g\u0127al \u0127arira ma qatilx &#8211; uffi\u010bjali tal-pulizija, ter\u0127ilu jg\u0127addiha \u0127afif mhix &#8220;attakk in\u0121ust&#8221;. Hi mistoqsija mill-aktar le\u0121ittima li issa qed issir dejjem aktar ur\u0121enti. Victoria Buttigieg baqg\u0127et ma we\u0121bitx il-mistoqsijiet li g\u0127alihom g\u0127andna dritt g\u0127al twe\u0121iba. U, g\u0127an-nuqqas tag\u0127ha, qabe\u017c fin-nofs il-Prim Ministru biex jitkellem g\u0127aliha meta suppost m&#8217;g\u0127andu jkollu x&#8217;jaqsam xejn ma&#8217; din il-kwistjoni .<\/p>\n<p>Dak li sa lbiera\u0127 kien g\u0127adu biss qed iqajjem is-suspetti issa sar problematiku. Bandiera safra bidlet il-kulur u saret \u0127amra. X&#8217;inhi r-ra\u0121uni li l-Prim Ministru qed jipprova jserra\u0127 l-im\u0127u\u0127 dwar de\u010bi\u017cjoni li, skont il-Kostituzzjoni, jista&#8217; je\u0127odha biss uffi\u010bjali pubbliku li ma jwe\u0121ibx lilu?<\/p>\n<p>Ma tridx wisq g\u0127erf biex tifhem. De\u010bi\u017cjoni tal-prosekuzzjoni tifforma parti mill-pro\u010bess \u0121udizzjarju. Din is-sitwazzjoni nistg\u0127u nqabbluha b\u0127al dik ta&#8217; meta l-Prim Ministru jidde\u010biedi li jintervjeni f&#8217;dibattitu pubbliku biex jaqbe\u017c g\u0127al Im\u0127allef u biex ji\u0121\u0121ustifika l-mod li jkun qata&#8217; sentenza. Sitwazzjoni b\u0127al din \u010bertament tkun wa\u0127da ta&#8217; barra minn hawn.<\/p>\n<p>\u0120aladarba fin-nofs hemm il-\u0127ajja politika ta&#8217; Carmelo Abela &#8211; kif ukoll tal-Partit Laburista &#8211; l-intervent li g\u0127amel il-Prim Ministru huwa wie\u0127ed inkwetanti ferm. Robert Abela mhux biss tkellem meta kien messu sadd \u0127alqu. Robert Abela qed je\u017cer\u010bita setg\u0127at li mhumiex tieg\u0127u.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/it-topo-had-been-convicted-of-fabricating-evidence.927334\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn dan ir-rapport imxandar fit-<em>Times of Malta<\/em> dwar il-passat kriminali ta&#8217; Darren Debono li jinkludi kundanna mill-qorti dwar tbag\u0127bis fi provi.<\/a> Lil dan il-bniedem, l-Istat naqqaslu s-severit\u00e0 tal-akku\u017ci kontrih wara li spara fuq uffi\u010bjali tal-pulizija waqt il-qadi ta&#8217; dmirijiethom huma u jippruvaw iwaqqfu serqa. Il-fatt li dan il-bniedem mhuwiex wie\u0127ed mill-\u0127elwin \u0127afna m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn. Jistg\u0127u jsiru biss ma\u0127friet g\u0127al delitti kriminali mwettqa minn kriminal. \u010aittadini li dejjem obdew l-li\u0121ijiet ma jkollhom xejn x&#8217;ja\u0127fru.<\/p>\n<p>I\u017cda f&#8217;dan il-ka\u017c l-Istat bi tpartit jidher li akkwista xi \u0127a\u0121a ming\u0127and Darren Debono bix-xhieda tieg\u0127u kontra l-kompli\u010bi tieg\u0127u. Il-membri tal-\u0121urija jkunu me\u0127tie\u0121a li jemmnuh minkejja li di\u0121\u00e0 nstab \u0127ati li bag\u0127bas provi fl-img\u0127oddi.<\/p>\n<p>\u0126aqqek prosit Victoria. Prosit ukoll Robert. Jidher li f&#8217;pajji\u017cna l-Prim Ministru tag\u0127na issa le\u0127aq ukoll prosekutur ewlieni, g\u0127allinqas fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu dawk il-kriminali li forsi kienu m\u0127ajra jixhdu dwar dawk il-ministri minn tieg\u0127u li taw sehemhom biex se\u0127\u0127 attentat ta&#8217; serqa minn bank.<\/p>\n<p>G\u0127a\u017ci\u017c qarrej, dan huwa l-pajji\u017c li int qed tg\u0127ix fih.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din qed insibha diffi\u010bli biex nifhimha. Illum Robert Abela wie\u0121eb mistoqsijiet dwar l-arran\u0121ament legali li sar ma&#8217; Darren Debono mag\u0127ruf b\u0127ala t-Topo. Xi \u0121ranet ilu, lill-Avukat \u0120enerali &#8211; u mhux lill-Prim Ministru &#8211; l-Oppo\u017cizzjoni talbitha biex tispjega d-de\u010bi\u017cjoni li \u0127adet hi dwar dan l-arran\u0121ament legali. Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn hawnhekk lejn ir-ra\u0121unijiet &#8216;l g\u0127ala qed ti\u0121i [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":106025,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106030\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=106030"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106030\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":106041,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106030\/revisions\/106041\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/106025\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=106030"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=106030"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=106030"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}