{"id":106468,"date":"2022-01-24T08:58:51","date_gmt":"2022-01-24T07:58:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=106468"},"modified":"2022-01-24T21:29:38","modified_gmt":"2022-01-24T20:29:38","slug":"meta-jistqarr-li-malta-mhix-stat-mafjuz-ikun-qed-ifisser-bil-maqlub","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/01\/meta-jistqarr-li-malta-mhix-stat-mafjuz-ikun-qed-ifisser-bil-maqlub\/","title":{"rendered":"Meta jistqarr li Malta mhix stat mafju\u017c, ikun qed ifisser bil-maqlub"},"content":{"rendered":"<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg.webp\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-106441\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg.webp\" alt=\"\" width=\"1200\" height=\"900\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-200x150.webp 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-300x225.webp 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-400x300.webp 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-600x450.webp 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-768x576.webp 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-800x600.webp 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg-1024x768.webp 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/01\/3500.jpg.webp 1200w\" sizes=\"(max-width: 1200px) 100vw, 1200px\" \/><\/a><\/p>\n<p>Je\u017cistu premessi li jikxfu l-motivazzjonijiet li ma jkunux intenzjonati. &#8220;Min bass?&#8221; hija l-mistoqsija li ssir minn min ikun bass. Hekk dejjem ji\u0121ri. Ikun bassha min ikun xammha.<\/p>\n<p>Fi kliem ie\u0127or, min jis\u0127aq bil-qawwa li l-mafja ma te\u017cistix x&#8217;aktarx ikun dak li jag\u0127mel minn kollox biex \u0127add ma jmissha. Biex nikkwota lil Baudelaire: l-ikbar qerq tax-xitan kien meta kkonvin\u010ba d-dinja li ma je\u017cistix.<\/p>\n<p>Robert Abela baqa&#8217; jirre\u017cisti r-rakkomandazzjoni tal-Im\u0127allfin tal-Inkjesta Daphne Caruana Galizia sabiex fil-li\u0121ijiet kriminali Maltin tidda\u0127\u0127al it-tifsira ta&#8217; xi jfisser &#8220;delitt mafju\u017c&#8221; u sabiex jidda\u0127\u0127lu pieni xierqa kemm-il darba ji\u0121i stabbilit li se\u0127\u0127 delitt minn organizzazzjoni mafju\u017ca. Il-prim ministru ma kkritikax lill-Im\u0127allfin tal-inkjesta talli \u0127ar\u0121u b&#8217;din il-proposta li ilha fil-lista ta&#8217; rakkomandazzjonijiet tag\u0127hom sa mis-sajf li g\u0127adda. U ilu minn dakinhar, \u0121img\u0127a wara \u0121img\u0127a, iwieg\u0127ed li kien bi\u0127siebu jwettaq ir-rakkomandazzjonijiet tag\u0127hom. Ftit \u0121ranet ilu, sa\u0127ansitra stqarr li kien di\u0121\u00e0 da\u0127\u0127al fis-se\u0127\u0127 bosta mir-rakkomandazzjonijiet tag\u0127hom.<\/p>\n<p>M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, m&#8217;g\u0127amel xejn minn dak li stqarr li g\u0127amel. Huwa kien jaf li l-Im\u0127allfin ma kinux ser imeruh pubblikament u g\u0127aldaqstant stenna li l-mog\u0127dija ta\u017c-\u017cmien u l-elezzjoni \u0121enerali kienu ser imewtu kull impatt materjali li dawn ir-rakkomandazzjonijiet jistg\u0127u jkollhom fuq il-gvern ta&#8217; Joseph Muscat li kieku kienu je\u017cistu dak i\u017c-\u017cmien. Bla dubju lil Robert Abela kulma jinteressah hu l-gvern tieg\u0127u u li ma jkollux li\u0121ijiet li jfixklu lill-kriminali li hemm fi \u0127dan il-gvern.<\/p>\n<p>L-Oppo\u017cizzjoni Parlamentari tilfet il-pa\u010benzja u r-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin fasslithom f&#8217;abbozzi ta&#8217; li\u0121ijiet li l-Parlament ser jiddibattihom din il-\u0121img\u0127a. Robert Abela qal li l-li\u0121i ta&#8217; kontra l-mafja ser jivvota kontriha u qal li tal-PN iriduha biex lil Malta jkunu jistg\u0127u ilaqqmuha b\u0127ala Stat Mafju\u017c.<\/p>\n<p>Malta ma te\u0127tie\u0121 ebda li\u0121i biex tkun tista&#8217; tissejja\u0127 Stat Mafju\u017c. Kulma tkun te\u0127tie\u0121 hu li jkollha prim ministru li pubblikament i\u017comm ma&#8217; min huwa suspettat ta&#8217; delitti serji tant li l-Pulizija tag\u0127mel tfittxija f&#8217;daru biex tikseb provi skont kif titlob il-li\u0121i u je\u0127odha kontra l-uffi\u010bjali li wettqu t-tfittxija u l-ma\u0121istrat li bag\u0127tithom.<\/p>\n<p>Meta l-Istat &#8211; sa\u0127ansitra l-prim ministru &#8211; i\u017comm ma&#8217; min ikun wettaq delitt u je\u0127odha kontra min qieg\u0127ed hemm biex i\u0127ares l-li\u0121ijiet, l-Istat isir kompli\u010bi f&#8217;dak id-delitt. Robert Abela ma jridx ida\u0127\u0127al li\u0121i kontra l-mafja biex ma jkollux g\u0127alfejn iwie\u0121eb g\u0127al g\u0127emilu meta qabe\u017c g\u0127all-kriminali. Dan iqisu b&#8217;riskju li mhuwiex lest li jie\u0127u.<\/p>\n<p>Il-fatt li g\u0127all-pajji\u017c ir-rimarki li g\u0127adda l-prim ministru kienu qishom ma ntqalux &#8211; u dan biex ma nsemmix li x&#8217;aktarx il-pajji\u017c ser itella&#8217; lil Robert Abela biex jer\u0121a&#8217; jkun prim ministru g\u0127al \u0127ames snin anki wara \u0121rajja b\u0127al din &#8211; huwa indikazzjoni dwar is-serjet\u00e0 tal-problema tag\u0127na. Jekk na\u010b\u010bettaw\u00a0 jew ninjoraw l-argument li \u0127are\u0121 bih il-prim ministru nkunu qed nuru bi\u010b-\u010bar li tassew m&#8217;g\u0127andniex l-i\u010bken idea dwar x&#8217;inhi r-ra\u0121uni li g\u0127aliha ng\u0127addu l-li\u0121ijiet.<\/p>\n<p>Biex nibdew, ejjew nippruvaw nifhmu fuq xiex qeg\u0127din nitkellmu. L-abbozz tal-li\u0121i tal-PN ittie\u0127ed mil-li\u0121i kontra l-mafja li tinsab fil-kodi\u010bi kriminali Taljan. L-Im\u0127allfin tal-inkjesta Daphne kienu g\u0127amlu riferenza spe\u010bifika g\u0127all-artiklu<em> 416 bis<\/em> tal-kodi\u010bi kriminali Taljan u l-PN da\u0127\u0127alha fl-abbozz ta&#8217; li\u0121i tieg\u0127u.<\/p>\n<p>L-Italja mhix l-uniku pajji\u017c li g\u0127andha li\u0121i b\u0127al din. Bosta pajji\u017ci g\u0127andhom li\u0121ijiet b\u0127al din. L-Istati Uniti tal-Amerika g\u0127andhom ir-<em>RICO: Racketeer Influenced and Corrupt Organisations Act<\/em>. Din il-li\u0121i ilha li dda\u0127\u0127let mis-snin sebg\u0127in u ntu\u017cat biex jinqabdu familji u kapijiet li qatt ma rriferew g\u0127alihom infushom b\u0127ala mafja u sa\u0127ansitra g\u0127amlu tabirru\u0127om li kienu insultati meta tlaqqmu b\u0127ala mafju\u017ci. Imma ma kien jimporta xejn. Hawn mhux qed nitkellmu dwar il-mod kif isej\u0127u lilhom infushom il-kriminali jew x&#8217;jemmnu li huma.<\/p>\n<p>Hawn qed nit\u0127addtu dwar g\u0127aqdiet li, permezz tat-tixrid tal-bi\u017ca&#8217; u tat-theddida, jag\u0127mlu l-flus mir-reb\u0127 ille\u010btu ta&#8217; kuntratti tal-gvern jew bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; monopolji kummer\u010bjali effettivi. Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; dawn il-li\u0121ijiet\u00a0 ma jinqabadx biss il-makku (per e\u017cempju, b\u0127all-Ko\u0127\u0127u) i\u017cda jinqbdu wkoll il-klieb il-ba\u0127ar li jkunu qabbduhom, b\u0127all-pulizija, m\u0127allfin u politi\u010bi korrotti jew politi\u010bi kif ukoll dawk li joqog\u0127du biss gallarija u jda\u0127\u0127lu l-flus mill-qerq.<\/p>\n<p>Pajji\u017ci li da\u0127\u0127lu li\u0121ijiet b\u0127al dawn mhumiex Stati Mafju\u017ci. Anzi bil-maqlub. Stati Mafju\u017ci huma dawk il-pajji\u017ci li jippermettu dawn il-\u0127ni\u017crijiet b&#8217;impunit\u00e0 s\u0127i\u0127a. E\u017catt b\u0127al pajji\u017cna.<\/p>\n<p>Anki jekk ta\u0127sbu li qed ne\u017ca\u0121era u li qieg\u0127ed biss no\u0127lom li je\u017cistu g\u0127aqdiet korrotti hawn Malta, din xorta mhix ra\u0121uni valida li wie\u0127ed jopponi d-d\u0127ul ta&#8217; li\u0121ijiet b\u0127al dawn.<\/p>\n<p>Wara kollox, konna da\u0127\u0127alna li\u0121i kontra l-\u0121eno\u010bidju. Da\u0127\u0127alna li\u0121ijiet li jikkastigaw lil min ikun \u0127ati ta&#8217; delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanit\u00e0. Kemm x&#8217;aktarx ta\u0127sbu li dawk il-li\u0121ijiet ser jinkisru u ji\u0121u mwettqa? I\u017cda meta l-Parlament da\u0127\u0127al dawk il-li\u0121ijiet li taw tifsira lill-kelma &#8220;\u0121eno\u010bidju&#8221; u beda jitqies b&#8217;delitt u kien hemm qbil dwar il-piena g\u0127al min ji\u0121i misjub \u0127ati tag\u0127ha, l-ebda Membru Parlamentari ma o\u0121\u0121ezzjona u qal li jekk tidda\u0127\u0127al li\u0121i kontra l-\u0121eno\u010bidju ikun ifisser li Malta hi pajji\u017c li fih se\u0127\u0127 il-\u0121eno\u010bidju.<\/p>\n<p>Min jirra\u0121una b&#8217;dan il-mod ikun qed jg\u0127id il-\u0127merijiet u jqajjem is-suspett li min ma jkunx jaqbel mal-li\u0121i kontra l-\u0121eno\u010bidju jag\u0127mel dan g\u0127aliex ikun irid ja\u010b\u010berta ru\u0127u li ma ji\u0121ix ikkastigat kemm-il darba jkun wettaq dak id-delitt.<\/p>\n<p>Li\u0121i kontra l-mafja ma twellidx mafja. Bl-istess ra\u0121unament, li\u0121i kontra l-qtil mhux ser ixxejjen il-qtil. L-ebda qattiel mhu ser joqg\u0127od ja\u0127sibha biex jara dak li ser iwettaq huwiex kontra l-li\u0121i qabel iwettqu. I\u017cda jekk tibqa&#8217; ma tidda\u0127\u0127alx li\u0121i kontra l-qtil, meta jinqabad qattiel ma jkunx jista&#8217; ji\u0121i m\u0127arrek u pro\u010bessat quddiem qorti.<\/p>\n<p>Dan huwa dak li jrid Robert Abela g\u0127all-mafja. Irid li l-Istat Malti jibqa&#8217; dg\u0127ajjef fil-konfront tag\u0127ha. Huwa ji\u010b\u0127ad li l-mafja te\u017cisti. Dan ifisser li qed jg\u0127attilha u li qed i\u017comm lil dawk li huma onesti u li g\u0127adhom ja\u0127dmu fl-istituzzjonijiet tag\u0127na milli jag\u0127mlu u\u017cu minn li\u0121i li ilha te\u017cisti f&#8217;\u0127afna pajji\u017ci demokrati\u010bi (b\u0127al pere\u017cempju l-Italja u l-Istati Uniti).<\/p>\n<p>Robert Abela kien jaf e\u017catt x&#8217;kellu jag\u0127mel. Ma t\u0127additx mal-Im\u0127allfin tal-inkjesta dwar il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; li\u0121i kontra l-mafja. Kulma g\u0127amel kien li injorahom. U issa li tal-Oppo\u017cizzjoni fasslu sensiela ta&#8217; abbozzi ta&#8217; li\u0121ijiet, il-kwistjoni qalibha f&#8217;ballun politiku ie\u0127or. Biex b&#8217;hekk \u0127add ma joqg\u0127od i\u0127abbel rasu.<\/p>\n<p>Robert Abela wera r-re\u017cistenza tieg\u0127u bis-silenzju tieg\u0127u quddiem ir-rakkomandazzjonijiet tal-Im\u0127allfin tal-inkjesta u bl-oppo\u017cizzjoni tieg\u0127u g\u0127all-proposti tal-Oppo\u017cizzjoni. Kulma qed jag\u0127mel Robert Abela hu li jg\u0127in il-mafja tg\u0127atti xturha. B&#8217;hekk huwa sar kompli\u010bi. Li jfisser li dan l-Istat Mafju\u017c li di\u0121\u00e0 qatel, jaf jer\u0121a&#8217; joqtol biex ji\u017cgura li x-xmara tal-flus u tal-profitti tibqa&#8217; g\u0127addejja bla xkiel.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Je\u017cistu premessi li jikxfu l-motivazzjonijiet li ma jkunux intenzjonati. &#8220;Min bass?&#8221; hija l-mistoqsija li ssir minn min ikun bass. Hekk dejjem ji\u0121ri. Ikun bassha min ikun xammha. Fi kliem ie\u0127or, min jis\u0127aq bil-qawwa li l-mafja ma te\u017cistix x&#8217;aktarx ikun dak li jag\u0127mel minn kollox biex \u0127add ma jmissha. Biex nikkwota lil Baudelaire: l-ikbar qerq tax-xitan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":106442,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106468\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=106468"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106468\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":106480,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/106468\/revisions\/106480\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/106442\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=106468"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=106468"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=106468"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}