{"id":107302,"date":"2022-02-17T09:49:51","date_gmt":"2022-02-17T08:49:51","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=107302"},"modified":"2022-02-17T18:19:30","modified_gmt":"2022-02-17T17:19:30","slug":"tbazwir-kroniku-kollettiv","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/02\/tbazwir-kroniku-kollettiv\/","title":{"rendered":"Tba\u017cwir kroniku kollettiv"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-107284\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot.jpg\" alt=\"\" width=\"660\" height=\"495\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot-200x150.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot-400x300.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot-600x450.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/Sant-vot.jpg 660w\" sizes=\"(max-width: 660px) 100vw, 660px\" \/><\/p>\n<p>Din li \u0121ejja hija l-konklu\u017cjoni (maqluba g\u0127all-Malti) li jien slitt minn <a href=\"https:\/\/intpolicydigest.org\/is-malta-destined-to-be-europe-s-next-economic-graveyard\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kitba li xxandret fuq website Amerikan li jispe\u010bjalizza f&#8217;su\u0121\u0121etti marbutin mal-politika barranija, l-<em>International Policy Digest<\/em><\/a>:<\/p>\n<blockquote><p><em>Il-marda tal-korruzzjoni tant infirxet f&#8217;Malta li l-gvern tilef il-kontroll tag\u0127ha partikolarment min\u0127abba l-fatt li huma l-mexxejja tal-pajji\u017c li ja\u0127tu g\u0127all-korruzzjoni li te\u017cisti. Hekk kif negozji barranin f&#8217;Malta qed ikomplu bil-pjanijiet tag\u0127hom li jbew\u0121u &#8216;l barra mill-g\u017cira, uffi\u010bjali tal-Unjoni Ewropea qed jittamaw li s-sanzjonijiet tal-FATF ser ikunu strumentali biex inaqqsu l-mew\u0121a ta&#8217; kriminalit\u00e0 g\u0127ax inkella ser jin\u0127olqu dubji dwar it-tkomplija tas-s\u0127ubija ta&#8217; Malta fl-Unjoni Ewropea.\u00a0\u00a0<\/em><\/p><\/blockquote>\n<p>Nammetti li din hi biss l-opinjoni ta&#8217; min kitibha fil-website. Madankollu jidher li ninsabu fi stadju li fih qed jin\u0127olqu dubji dwar il-vijabilit\u00e0 ta&#8217; Malta b\u0127ala stat sovran. Dawn huma kwistjonijiet ta&#8217; natura e\u017cistenzjali li, kemm ilha li kisbet l-indipendenza politika, Malta g\u0127adha ma ffa\u010b\u010bjathomx. Fl-img\u0127oddi, problemi kellna kemm trid. Kellna problemi li nibtu min\u0127abba n-nuqqas ta&#8217; diversit\u00e0 ekonomika jew min\u0127abba t-transizzjoni minn ekonomija msejsa fuq l-infiq militari g\u0127al wa\u0127da ba\u017cata fuq il-manifattura.<\/p>\n<p>Dawn it-transizzjonijiet x&#8217;aktarx li dejjem \u0127ar\u0121una minn xenarju wie\u0127ed u da\u0127\u0127luna dritt f&#8217;ie\u0127or.<\/p>\n<p>X&#8217;inhu l-pass li jmiss? Ta\u0127sbu li Robert Abela g\u0127andu xi rieda li jarmi l-ba\u0127ar dak kollu li dejjem fehem dwar kif ta\u0127dem id-dinja u jmexxina biex issa nag\u0127mlu dan il-pass?<\/p>\n<p>Serjament ta\u0127sbu li l-g\u0127aref Bobby, l-avukat tad-delinkwenti, tal-kriminali u tal-qarrieqa, f&#8217;\u0127akka t&#8217;g\u0127ajn ser jirnexxilu jikkonvin\u010bi lid-dinja li jista&#8217; jirrappre\u017centa l-\u0127erqa \u0121dida li g\u0127andna biex nimxu b&#8217;mod korrett fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu s-servizzi finanzjarji, il-\u0127las tat-taxxi u l-kapitali\u017cmu etiku?<\/p>\n<p>Robert Abela ma jistax jinfatam minn ma&#8217; Joseph Muscat. I\u017cda l-problemi li je\u017cistu fit-tmexxija tal-Labour imorru aktar lura fis-snin. Mhux ser insemmi lil Dom Mintoff, i\u017cda ser mmur lura g\u0127al \u017cmien dak li sal-lum g\u0127adu jirrappre\u017centana fil-Parlament Ewropew.<\/p>\n<p>Alfred Sant ta&#8217; sikwit kien imur fuq it-televi\u017cjoni biex jipperswadina li Malta ma jaqblihiex tissie\u0127eb fl-Unjoni Ewropea. Kien jispjegalna li kellu l-\u0127ila li jipperswadi lill-Ewropej sabiex jippermettulna ngawdu mill-benefi\u010b\u010bji tas-s\u0127ubija (b\u0127al, pere\u017cempju, l-a\u010b\u010bess s\u0127i\u0127 g\u0127as-swieq tag\u0127ha) ming\u0127ajr ma nitg\u0127abbew bil-pi\u017cijiet u bl-ispejje\u017c (b\u0127al, per e\u017cempju, l-a\u010b\u010bess s\u0127i\u0127 g\u0127aliha g\u0127as-suq tag\u0127na).<\/p>\n<p>\u201cNag\u0127mlu kif nag\u0127mlu dejjem, inba\u017cwru &#8216;l hawn u nba\u017cwru &#8216;l hinn\u201d, kien stqarr Alfred Sant.<\/p>\n<p>Alfred Sant \u010bertament mhuwiex mill-boloh. Madankollu li ma setax jifhem kien li fi \u0127dan l-Unjoni Ewropea konna ser insibu ru\u0127na nba\u017cwru \u0127afna aktar milli stajna nba\u017cwru li kieku bqajna barra.<\/p>\n<p>Big\u0127na l-passaporti tal-Unjoni Ewropea lill-\u0127allelin. U issa, fi \u017cmien li fih jidher li mexjin lejn xenarju fl-Ewropa li fiha tista&#8217; tfaqqa&#8217; gwerra stigata mir-Russja, l-im\u0121iba tal-mist\u0127ija tag\u0127na f&#8217;dan ir-rigward ser tassumi sinjifikat akbar.<\/p>\n<p>Is-sistema bankarja tag\u0127na fta\u0127niha bera\u0127 g\u0127all-\u0127allelin, inkora\u0121\u0121ejna s-segretezza fejn g\u0127andu x&#8217;jaqsam il-crypto currency u, fil-\u0121lieda kontra l-kriminalit\u00e0 finanzjarja, qed inda\u0127\u0127qu lid-dinja bina a\u0127na u npin\u0121u lilna nfusna b\u0127allikieku a\u0127na xi fjur inno\u010benti meta r-realt\u00e0 hi li jarawna b\u0127ala sriep.<\/p>\n<p>Matul il-kampanja favur is-s\u0127ubija fl-Unjoni Ewropea niftakarni nkanta l-versi tal-kanzunetta &#8220;Ng\u0127idu Iva&#8221; u dan g\u0127aliex din is-s\u0127ubija kienet fl-interess tag\u0127na, ta&#8217; wliedna u ta&#8217; pajji\u017cna.<\/p>\n<p>G\u0127aliex dik kienet ir-ra\u0121uni li vvutajna &#8220;Iva&#8221;: g\u0127al uliedna. Biex nag\u0127tuhom futur a\u0127jar fi \u0127dan il-familja Ewropea u mhux nibqg\u0127u barra fuq l-g\u0127atba.<\/p>\n<p>Dak i\u017c-\u017cmien, bosta kienu dawk li ma qablux mal-parir li kien tana Eddie Fenech Adami sabiex ifittxu l-interess ta&#8217; uliedhom. Dawn riedu l-\u201cpartnership\u201d, g\u0127aliex hekk kienu qalulhom tal-Labour.<\/p>\n<p>Issa er\u0127ilha li fis-sonda\u0121\u0121i li qed jsiru l-bi\u010b\u010ba l-kbira ta&#8217; dawn in-nies qed jistqarru kemm huma (u wliedhom) marru tajjeb bis-s\u0127ubija fl-Unjoni Ewropea li tant kienu maqdru fl-img\u0127oddi.<\/p>\n<p>I\u017cda issa dawn l-istess nies &#8211; u wliedhom li issa tfarfru &#8211; jidher li re\u0121g\u0127u koppi u ma jridux jifhmu li l-ma\u0127bub Partit Laburista tag\u0127hom qed i\u0127ejji biex lil uliedna i\u0127allilhom wirt ta&#8217; qrusa u ta&#8217; mrar. Lil uliedna qed in\u0127allulhom wirt ta&#8217; dispja\u010bir u pajji\u017c li mhuwiex jit\u0127alla jiffunzjona. U dan g\u0127aliex ippretendejna li nsiru sinjuri malajr mil-lum g\u0127all-g\u0127ada b\u0127alma ppretendew Robert Abela u s\u0127abu.<\/p>\n<p>Il-problema li g\u0127andha quddiemna din id-darba hi li dawn it-tip ta&#8217; nies llum huma fil-ma\u0121\u0121oranza.<\/p>\n<p>Il-marda tant infirxet li l-gvern issa tilef il-kontroll tag\u0127ha.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din li \u0121ejja hija l-konklu\u017cjoni (maqluba g\u0127all-Malti) li jien slitt minn kitba li xxandret fuq website Amerikan li jispe\u010bjalizza f&#8217;su\u0121\u0121etti marbutin mal-politika barranija, l-International Policy Digest: Il-marda tal-korruzzjoni tant infirxet f&#8217;Malta li l-gvern tilef il-kontroll tag\u0127ha partikolarment min\u0127abba l-fatt li huma l-mexxejja tal-pajji\u017c li ja\u0127tu g\u0127all-korruzzjoni li te\u017cisti. Hekk kif negozji barranin f&#8217;Malta qed ikomplu [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":107285,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107302\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=107302"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107302\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":107445,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107302\/revisions\/107445\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/107285\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=107302"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=107302"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=107302"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}