{"id":107603,"date":"2022-02-22T09:41:50","date_gmt":"2022-02-22T08:41:50","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=107603"},"modified":"2022-02-22T19:38:11","modified_gmt":"2022-02-22T18:38:11","slug":"it-2-jum-1-il-parir-mediku-tal-prim-ministru-jiswa-aktar-minn-dak-tat-tabib","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/02\/it-2-jum-1-il-parir-mediku-tal-prim-ministru-jiswa-aktar-minn-dak-tat-tabib\/","title":{"rendered":"It-2 jum: (1) Il-parir mediku tal-prim ministru jiswa aktar minn dak tat-tabib"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-107580\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1.jpg\" alt=\"\" width=\"1280\" height=\"720\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-200x113.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-600x338.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/maxresdefault-1-1200x675.jpg 1200w\" sizes=\"(max-width: 1280px) 100vw, 1280px\" \/><\/p>\n<p>Waqt attivit\u00e0 politika tal-Partit Laburista, Stephen Montefort tana parir biex lit-tobba, lix-xjenza, lill-medi\u010bina u lill-epidemjolo\u0121ija ma nafdawhomx. U dan g\u0127aliex g\u0127andna tabib mill-aqwa f&#8217;Robert Abela li, skont Stephen Montfort, huwa g\u0127ajn ta&#8217; g\u0127erf infallibbli dwar kif wie\u0127ed g\u0127andu jie\u0127u \u0127sieb sa\u0127\u0127tu. Stephen Montfort mhuwiex xi fanatiku b\u0127al dawk li jreddnu kontra l-va\u010b\u010bini li jemmen li l-pandemija Covid hi biss qlajja u li Bill Gates qed ja\u0127kem lid-dinja. G\u0127allinqas ma qalx li hu kontra l-va\u010b\u010bin. Huwa tabib anzjan fis-sa\u0127\u0127a pubblika li kien \u0121ie injorat minn Robert Abela meta tah parir biex fil-pajji\u017c jordna lockdown.<\/p>\n<p>Stephen Montfort stqarr li Robert Abela kellu ra\u0121un. Ma kienx hemm il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; lockdown u, li kieku l-prim ministru sema&#8217; minnu, kien ikollna n\u0127allsu prezz ekonomiku g\u0127oli.<\/p>\n<p>Dan jista&#8217; jkun minnu. I\u017cda tif\u0127ir lill-politi\u010bi b\u0127al dan jixraq biss li kieku konna qed ng\u0127ixu f&#8217;xi stat totalitarju Sovjetiku.<\/p>\n<p>Ne\u0127odha li dakinhar li Stephen Montfort kien irrakkomanda li l-pajji\u017c jitqieg\u0127ed f&#8217;lockdown, il-parir tieg\u0127u kien imsejjes fuq ix-xjenza u fuq dak li hu u s\u0127abu l-professjonisti kwalifikati emmnu li kienet l-aqwa triq fi\u010b-\u010birkostanzi. M&#8217;g\u0127andniex nistennew li x-xjentisti g\u0127andhom ikunu jafu kollox. Lil dawn ma narmuhomx il-ba\u0127ar meta t-tbassir jew aspettattivi tag\u0127hom ikunu \u017cbaljati. Li kieku kellna nistennew li g\u0127andu jkollhom dejjem ir-ra\u0121un, konna nsej\u0127ulhom tobba-s\u0127a\u0127ar u mhux xjentisti.<\/p>\n<p>Madankollu ix-xjentisti nistennew li g\u0127andhom ji\u0121bru l-informazzjoni u jag\u0127mlu rakkomandazzjonijiet objettivi imsejsa fuq provi li jkollhom f&#8217;idejhom. U nistennew ukoll li g\u0127andhom jibdlu r-rakkomandazzjonijiet li jag\u0127mlu kemm-il darba tinbidel l-informazzjoni li jkollhom quddiemhom.<\/p>\n<p>U nistennew li l-politi\u010bi g\u0127andhom jie\u0127du l-a\u0127jar de\u010bi\u017cjonijiet politi\u010bi imsejsin fuq il-pariri xjentifi\u010bi li jing\u0127atawlhom minn dawk li jifhmu fix-xjenza.<\/p>\n<p>Meta Robert Abela injora l-parir mediku li kien tah Stephen Montfort, il-prim ministru kellu jsejjes id-de\u010bi\u017cjoni tieg\u0127u fuq l-intuwizzjoni, ix-xewqat u l-bi\u017ca&#8217; dwar il-prezz politiku li j\u0121ib mieg\u0127u lockdown u dan fi \u017cmien meta kien di\u0121\u00e0 g\u0127amilha fatta li kien g\u0127amel reb\u0127a fuq l-imxija.<\/p>\n<p>Li kieku lil Robert Abela da\u0127kitlu x-xorti u l-imxija qag\u0127det g\u0127all-ordinjiet tieg\u0127u u mhux g\u0127al dawk tax-xjentisti, ma kienx ikollu g\u0127alfejn jie\u0127u l-krettu hu. Kienet tkun \u0121ietu tajba llum u l-g\u0127ada taf tinqaleb l-istorja.<\/p>\n<p>Ilbiera\u0127 Stephen Montfort tkellem b\u0127allikieku kien wie\u0127ed mill-in\u0121iniera tal-ener\u0121ija nukleari li kienu ja\u0127dmu f&#8217;Chernobyl li kienu stmati g\u0127all-g\u0127erf xjentifiku tag\u0127hom anqas mill-ministri \u0121enji tal-gvern li l-fi\u017cika studjawha biss fl-iskola sekondarja, li kienu biss esperti fil-qari tad-Das Kapital u fil-lag\u0127qi\u017cmu fil-konfront tal-membri tal-politburo.<\/p>\n<p>Huwa tassew tal-mist\u0127ija meta tisma&#8217; tabib kwalifikat jistqarr fil-bera\u0127 li g\u0127andna noqog\u0127du fuq il-pariri medi\u010bi ta&#8217; avukat, li dawk is-snin kollha ta&#8217; studju, dawk l-esperti kollha madwar mejda bid-dottorati tag\u0127hom u msie\u0127ba akkreditati tal-kulle\u0121\u0121i medi\u010bi ewlenin tar-Renju Unit u l-Istati Uniti tal-Amerika ma jiswew xejn paragunati mal-g\u0127erf suprem ta&#8217; Robert Abela.<\/p>\n<p>Im\u0121iba b\u0127al din hi perikolu\u017ca. Jekk fil-\u0121ejjieni Robert Abela ser jing\u0127ata pariri professjonali ming\u0127and tobba fl-isptar, ming\u0127and l-in\u0121iniera tal-kumpannija li tipprovdi l-ener\u0121ija, ming\u0127and dawk li ja\u0127dmu l-istatistika, ming\u0127and dawk li ja\u0127dmu fl-ippjanar, ming\u0127and periti u x&#8217;naf jien &#8211; huwa ser jafda fil-pariri tieg\u0127u u ser jimxi, kif di\u0121\u00e0 g\u0127amel bl-emer\u0121enza medika skont dak li jiftakar minn xi kors tal-ewwel g\u0127ajnuna li forsi kien segwa f&#8217;\u0127ajtu.<\/p>\n<p>Dan l-episodju jixbah dak ta&#8217; meta Kim Jong Un g\u0127amel \u017cjara fuq sit nuklejari fejn l-in\u0121iniera taparsi kienu qed jiktbu notamenti dwar dak li kien qed jg\u0127idilhom il-mexxej oraklu tag\u0127hom. Dak li se\u0127\u0127 ilbiera\u0127 qed jurina \u017cew\u0121 affarijiet li kien ikun a\u0127jar li kieku ma sirniex nafu bihom. G\u0127andna prim ministru li jafda l-parir mediku tieg\u0127u aktar minn dak tal-esperti medi\u010bi. U g\u0127andna espert mediku li jafda l-parir mediku tal-prim ministru aktar milli jafda l-parir mediku tieg\u0127u stess.<\/p>\n<p>Tassew b&#8217;xortina li g\u0127adna \u0127ajjin.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Waqt attivit\u00e0 politika tal-Partit Laburista, Stephen Montefort tana parir biex lit-tobba, lix-xjenza, lill-medi\u010bina u lill-epidemjolo\u0121ija ma nafdawhomx. U dan g\u0127aliex g\u0127andna tabib mill-aqwa f&#8217;Robert Abela li, skont Stephen Montfort, huwa g\u0127ajn ta&#8217; g\u0127erf infallibbli dwar kif wie\u0127ed g\u0127andu jie\u0127u \u0127sieb sa\u0127\u0127tu. Stephen Montfort mhuwiex xi fanatiku b\u0127al dawk li jreddnu kontra l-va\u010b\u010bini li jemmen li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":58,"featured_media":107581,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107603\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/58\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=107603"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107603\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":107616,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107603\/revisions\/107616\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/107581\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=107603"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=107603"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=107603"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}