{"id":107659,"date":"2022-02-23T12:14:32","date_gmt":"2022-02-23T11:14:32","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=107659"},"modified":"2022-02-23T18:23:58","modified_gmt":"2022-02-23T17:23:58","slug":"it-3-jum-2-kemm-inhobbu-nbiddlu-l-hsieb","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/02\/it-3-jum-2-kemm-inhobbu-nbiddlu-l-hsieb\/","title":{"rendered":"It-3 jum: (2) Jippretendu li tirringrazzjahom talli re\u0121a&#8217; bdielhom milli jag\u0127mlulek il-\u0127sara"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-107636\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/480.jpeg\" alt=\"\" width=\"372\" height=\"209\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/480-200x112.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/480-300x169.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/02\/480.jpeg 372w\" sizes=\"(max-width: 372px) 100vw, 372px\" \/><\/p>\n<p>Meta re\u0121a&#8217; bdielu dwar il-pjan li jibni marina g\u0127all-jottijiet f&#8217;Wied il-G\u0127ajn, il-gvern ried jidher drammatiku hu u jben\u0121ilha li din kienet a\u0127bar tajba u miraklu tad-demokrazija. Talli issa m&#8217;huma ser jag\u0127mlu xejn, iridu jie\u0127du l-krettu. L-ewwel kien tkellem Chris Fearne u, fost i\u010b-\u010bap\u010bip, stqarr li ma jaqbilx g\u0127al kollox mal-pro\u0121ett. Imbag\u0127ad segwieh Owen Bonnici li stqarr li ma jaqbilx g\u0127al kollox mal-pro\u0121ett. Wara li se\u0127\u0127 dan kollu, lil Robert Abela g\u0127amlu minn kollox biex ipin\u0121uh b\u0127ala s-salvatur ta&#8217; Wied il-G\u0127ajn u dan g\u0127aliex stqarr li, wara kollox, ma kienx ser ini\u0121\u0121\u017cilhom lill-bajja tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Dan m&#8217;huwa xejn \u0127lief att ta&#8217; estorsjoni jew, kif isej\u0127ulha fi New York, protezzjoni permezz tal-qerq. Il-gvern i\u0127abbar pro\u0121ett li se jag\u0127mel \u0127sara kbira fir-ra\u0127al tieg\u0127ek u li ser inaqqaslek bil-kbir il-kwalit\u00e0 tal-\u0127ajja tieg\u0127ek. Int tipprotesta, tiddimostra, titmas\u0127an u tirre\u017cisti s-setg\u0127a tal-gvern. Sakemm, g\u0127all-g\u0127arrieda, l-gvern jer\u0121a&#8217; jibdielu u j\u0127abbar li, wara kollox, m&#8217;hux bi \u0127siebu j\u0127assarlek l-ambjent ta&#8217; madwarek. G\u0127aldaqstant g\u0127andek tkun grat lejhom g\u0127aliex \u0127elsuk mill-\u0127sara tal-im\u0121iba tag\u0127hom.<\/p>\n<p>Tinteba\u0127 li d-demokrazija m&#8217;hix ta\u0127dem meta tinduna li jkollok ta&#8217; bilfors iddur lejn dawk li g\u0127amlulek il-\u0127sara biex t\u0127ares lilek innifsek mill-\u0127sara li jkunu qed jag\u0127mlulek huma stess. Jekk qed tib\u017ca&#8217; mill-\u0127sara li tal-Labour qed jikka\u0121unawlek, lil tal-Labour ikollok titlobhom bil-\u0127niena biex il-\u0127sara ma jag\u0127mluhielekx u g\u0127aldaqstant g\u0127andek tirringrazzja lil tal-Labour talli m&#8217;g\u0127amlu xejn u g\u0127andek tivvota Labour biex tag\u0127tihom \u010bans ie\u0127or li jer\u0121g\u0127u jhedduk.<\/p>\n<p>U \u010b-\u010biklu tas-salvazzjoni jag\u0127mel dawra tond u jer\u0121a&#8217; jibda mill-bidu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Meta re\u0121a&#8217; bdielu dwar il-pjan li jibni marina g\u0127all-jottijiet f&#8217;Wied il-G\u0127ajn, il-gvern ried jidher drammatiku hu u jben\u0121ilha li din kienet a\u0127bar tajba u miraklu tad-demokrazija. Talli issa m&#8217;huma ser jag\u0127mlu xejn, iridu jie\u0127du l-krettu. L-ewwel kien tkellem Chris Fearne u, fost i\u010b-\u010bap\u010bip, stqarr li ma jaqbilx g\u0127al kollox mal-pro\u0121ett. Imbag\u0127ad segwieh Owen Bonnici li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":107637,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107659\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=107659"}],"version-history":[{"count":4,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107659\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":107665,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/107659\/revisions\/107665\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/107637\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=107659"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=107659"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=107659"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}