{"id":10800,"date":"2018-09-20T10:05:23","date_gmt":"2018-09-20T08:05:23","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=10800"},"modified":"2018-09-22T09:39:22","modified_gmt":"2018-09-22T07:39:22","slug":"il-gideb-ta-owen","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2018\/09\/il-gideb-ta-owen\/","title":{"rendered":"Il-gideb ta&#8217; Owen"},"content":{"rendered":"<p class=\"p1\"><a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/news\/news-politics\/justice-minister-warns-activists-you-cant-just-claim-a-national-monument-for-daphne-caruana-galizia\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><span class=\"s1\">Aqraw hawn dak li stqarr Owen Bonnici hu u jfittex l-isku\u017ci biex jie\u0127u passi kontra r-reat kriminali li jikkommetti min jipprotesta pubblikament.<\/span><\/a><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">\u0126add m&#8217;g\u0127andu xi intenzjoni li l-mafkar tal-Assedju l-Kbir &#8220;jag\u0127mlu tieg\u0127u&#8221;. L-u\u017cu ta&#8217; kliem tqil ma jimpressjona lil \u0127add. Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir f&#8217;postu baqa&#8217; &#8211; \u0127add ma \u0127adu d-dar mieg\u0127u. Wara l-massakru tal-Bataclan li se\u0127\u0127 f&#8217;Pari\u0121i, il-monument lir-Repubblika Fran\u010bi\u017ca fi <em>Place de la Republique<\/em> \u0127add mill-proetestanti m&#8217;g\u0127amlu tieg\u0127u. \u0126add minnhom m&#8217;g\u0127addietlu minn rasu li japplika g\u0127al permess biex f&#8217;dan il-monument jitqieg\u0127du fjuri u messa\u0121\u0121i ta&#8217; solidarjet\u00e0. L-awtoritajiet tal-belt lanqas biss \u0127asbuha li jne\u0127\u0127u l-fjuri u l-messa\u0121\u0121i: fil-fatt, \u0127asbu biex ikun hemm l-g\u0127assa kontinwa mal-monument biex ji\u017cguraw li ma jkunx hemm xi rjus s\u0127an li ma jaqblux mal-protestanti li jipprovuvaw ine\u0127\u0127u l-fjuri u l-messa\u0121\u0121i.\u00a0<\/span><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-10805\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/place-de-la-republique.jpg\" alt=\"\" width=\"550\" height=\"413\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/place-de-la-republique-300x225.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/place-de-la-republique-360x270.jpg 360w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2018\/09\/place-de-la-republique.jpg 550w\" sizes=\"(max-width: 550px) 100vw, 550px\" \/><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Owen Bonnici m&#8217;huwiex Ministru tal-\u0120ustizzja ta&#8217; pajji\u017c demokratiku. Lanqas m&#8217;hu Ministru tal-Kultura f&#8217;pajji\u017c demokratiku li verament ig\u0127o\u017c\u017c u j\u0127ares il-libert\u00e0 tal-kelma. Ma jidhirx li jaf xi jfissru l-kliem &#8220;libert\u00e0 tal-kelma&#8221;.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Lill-\u0121urnalisti qalilhom li fil-pajji\u017c hawn il-libert\u00e0 tal-kelma g\u0127ax \u2018Manuel Delia mexxa lill-protestanti lejn il-Ministeru tieg\u0127u\u2019. Qal \u010bu\u010bata. Min jipprotesta favur il-libert\u00e0 tal-kelma ma jittie\u0127dux f&#8217;post minn o\u0127rajn biex jipprotestaw. Dawn huma nies li jag\u0127\u017clu huma stess li jipprotestaw g\u0127aliex m&#8217;humiex lesti li j\u0127allu lil xi prim ministru jew xi politi\u010bi jmexxuhom minn imne\u0127irhom. Daqstantie\u0127or m&#8217;huma se j\u0127allu ebda Manuel Delia jmexxihom minn imne\u0127irhom.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Dan kollu g\u0127aliex Owen Bonnici jaqbdu l-bard kull darba li jien nikteb dwaru, ma jfissirx li dawk li jaqraw dak li nkun ktibt se jag\u0127mlu dak kollu li nissu\u0121\u0121erixxi jien kemm il-darba dawn ma jkunux qablu ma dak li nkun \u0127ri\u0121t bih. Owen ikellej b&#8217;xibru &#8211; g\u0127ax imdorri jbaxxi rasu g\u0127al kulma jordnalu Joseph Muscat.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Owen Bonnici g\u0127andu jifhem li l-karba g\u0127all-\u0121ustizzja u g\u0127as-sewwa mhix frott il-\u0127ila perswa\u017civa ta&#8217; xi attivist jew ta&#8217; xi blogger (\u0127aj jew mejjet). Dan kollu g\u0127aliex hu, g\u0127ax bniedem dg\u0127ajjef,\u00a0 spi\u010b\u010ba biex sar vittma tal-propaganda tal-partit tieg\u0127u stess ma jfissirx li \u0127addie\u0127or huwa lest ibaxxi rasu b\u0127alma huwa dejjem lest ibaxxiha hu. G\u0127ad hawn bosta li g\u0127andhom im\u0127u\u0127 biex ja\u0127sbu u li lil Kbir Joseph kapa\u010bi li jg\u0127idulu &#8220;le&#8221;\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Ma kinux l-attivisti li kienu bdew iqieg\u0127du l-fjuri u x-xemg\u0127at quddiem il-qorti. Min ig\u0127id hekk ma jkunx qed ig\u0127id is-sewwa. Daphne Caruana Galizia \u0121iet assassinata fis-16 ta&#8217; Ottubru u dakinhar stess uliedha u \u017cew\u0121ha tkaxkru lejn il-qorti u \u0121ieg\u0127luhom jistennew fil-bini fil-presenza ta&#8217; Chris Cardona u ta&#8217; Keith Schembri min dik it-taparsi m\u0127allef &#8211; dak i\u017c-\u017cmien ma\u0121istrat &#8211; Consuelo Scerri Herrera.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Wara li g\u0127addew jumejn, b\u0127ala werrieta ta&#8217; ommhom kellhom jer\u0121g\u0127u jmorru l-qorti biex jiddefendu kaw\u017ca li kien g\u0127amel kontriha Chris Cardona. Qabel qatluha, lil ommhom kienu ppruvaw jeqirduha legalment u finanzjarjament. Lil uliedha, imnikktin kif kienu, kienu re\u0121g\u0127u kaxkruhom lejn il-qorti mhux biex issir il-\u0121ustizzja i\u017cda biex l-istituzzjonijiet tal-istat i\u010ba\u0127\u0127duhom minnha.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Huma u \u0127er\u0121in mill-bini tal-qorti ma&#8217; xi \u0127bieb, huma\u00a0 &#8211; imnikktin u rrabjati kif kienu &#8211; qieg\u0127du xi ftit fjuri mal-mafkar tal-Assedju l-Kbir b\u0127ala protesta. U w\u0127ud minna dehrilhom li wliedha m&#8217;g\u0127andhomx jit\u0127allew we\u0127idhom. \u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Filwaqt li l-prim ministru, qiesu ma kien \u0121ara xejn, re\u0127ielha lejn id-Dubaj biex ibieg\u0127 il-passaporti, hekk kif\u00a0 tkellem b&#8217;nofs tbissima ma&#8217; tas-CNN u hekk kif il-gvern nieda kampanja biex jipperswadin ama nag\u0127mlux g\u0127a\u0121eb \u017cejjed dwar l-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista, x&#8217;u\u0127ud minna dehrilhom li dan kollu m&#8217;huwiex sewwa.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\">Fil-fatt l-e\u017cempju tawh xi studenti tal-Iskola San Anton<span class=\"s1\">. Dawn marru biswit il-mafkar tal-Assdju l-Kbir u, biex juru solidarjet\u00e0 mal-familja ta&#8217; Daphne, qieg\u0127du fjuri u messa\u0121\u0121i ta&#8217; appo\u0121\u0121.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">O\u0127rajn imxew fuq l-e\u017cempju tal-istudenti u mill-eweel \u0121img\u0127a wara l-assassinju g\u0127amlu l-istess \u0127a\u0121a. U baqa&#8217; jsir hekk sal-lum. Dawn m&#8217;humiex attivisti Sur Owen Bonnici. Dawn huma nies. L-attivista huma dawk li j\u0127arsu l-mafkar. I\u017cda huma n-nies li jipprotestaw. A\u0127na norganizzaw i\u017cda mbag\u0127ad in-nies jattendu minn jeddhom. G\u0127andhom il-libert\u00e0 li int m&#8217;g\u0127andekx.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Owen Bonnici qalilna li meta tintemm laqg\u0127a pubblika, min jorganizza g\u0127andu jara li jnaddaf. I\u017cda l-protesti m&#8217;humiex xi rock concert jew street party. L-attivita ma tintemmx malli jitqieg\u0127du l-fjuri u meta min iqieg\u0127dhom iwarrab mill-post. Kull meta Joseph Muscat iqieg\u0127ed il-fjuri fuq xi mafkar ta&#8217; xi prim ministru tas&#8217; qablu f&#8217;g\u0127eluq sninu, ma jitne\u0127\u0127ewx il-fjuri malli jwarrab mill-post.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Jidher li Owen Bonnici tilef il-pa\u010benzja u l-protesti qed isejj\u0127ilhom \u2018approprjazzjoni\u2019 &#8211; kelma li tfisser &#8220;serq&#8221;. Qed jakku\u017cana li sraqna l-mafkar tal-Assedju l-Kbir g\u0127aliex fuqu tqieg\u0127du ruxxmata fjuri, xemg\u0127at u messa\u0121\u0121i b&#8217;talbiet biex issir il-\u0121ustizzja.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Madankollu dan id-diskors Owen ma qalux fil-qorti minkejja li kellu kul opportunit\u00e0 li jag\u0127mel dan meta jien tlabt lill-qorti t\u0127arisli drittijieti mill-ordnijiet abbu\u017civi biex jeqred i ji\u010b\u010bensura l-protesta. Il-qorti orndantlu jwie\u0121eb &#8211; i\u017cda minflok g\u0127amel dan, ordna darbtejn li fis-satra tal-lejl jitne\u0127\u0127ew l-istrixxun, il-fjuri u x-xemg\u0127at u lill-istampa qalilha li jien stajt ni\u0121bor dawn l-o\u0121\u0121etti kollha li kieku xtaqt. I\u017cda ma qalx li jien kien ikolli n\u0121ib prova li l-fjuri midbiela u x-xemg\u0127at huma fil-fatt tieg\u0127i.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Dan jien ma stajtx nag\u0127mlu anki li kieku ridt. In-nies qieg\u0127du l-fjuri u x-xemg\u0127at u Owen Bonnici ne\u0127\u0127iehom. U Owen Bonnici injora t-talba tal-qorti biex i\u0121ib spjega dwar l-g\u0127emil tieg\u0127u u g\u0127aliex jien m&#8217;g\u0127andix ra\u0121un nitlob li l-o\u0121\u0121etti ma jitne\u0127\u0127ewx.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">IMinflok mar jakku\u017cani li jien sraqt il-mafkar.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">Din hi ag\u0127ar minn \u010bensura: Owen Bonnici jattakka l-persuna mhux l-azzjoni u jattakka lili. I\u017cda bija jew ming\u0127ajri l-protesti je\u0127tie\u0121 li jkomplu.<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">It-<em>trolls<\/em> ta&#8217; Owen Bonnici jg\u0127idulna li jien ma missnix nitkellem g\u0127ax darba kont membru tal-PN jew g\u0127ax tmien snin ilu l-karrozza tal-linja kienet waslet tard jew g\u0127ax jien o\u0127xon. Dawn ir-ra\u0121unijiet huma kollha minnhom i\u017cda huma lkoll irrelevanti g\u0127all-\u0127sibijiet \u0127ielsa ta&#8217; persuni li jien ma nafhomx u li l-\u0126add li g\u0127adda \u0121abu xemg\u0127a u talbu lil Owen Bonnici, lil Peter Grech, lil Keith Arnaud u l-bqija biex iwettqu dmirhom.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">U jg\u0127id x&#8217;jg\u0127id Owen Bonnici, m&#8217;g\u0127andix l-i\u010bken dubju li se jer\u0121g\u0127u imorru biex iqieg\u0127du l-fjuri u x-xemg\u0127at. M&#8217;humiex se ji\u0121u ntimidati b&#8217;xi akku\u017ca ta&#8217; &#8220;approprjazzjoni&#8221; tal-mafkar tal-Assedju l-Kbir. U lanqas m&#8217;huma se jaqtg\u0127u qalbhom mill-fatt li Owen Bonnici \u0127arref li twaqqg\u0127et ix-xemg\u0127a fuq l-ir\u0127am tal-mafkar.\u00a0<\/span><\/p>\n<p class=\"p1\"><span class=\"s1\">U biex taqla&#8217; ftit xemg\u0127a minn fuq ir\u0127ama hemm g\u0127alfejn &#8220;restawr&#8221;? Owen ma jafx li tista&#8217; tag\u0127mel festa bi ftit mis\u0127un u b&#8217;barraxa?<\/span><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Aqraw hawn dak li stqarr Owen Bonnici hu u jfittex l-isku\u017ci biex jie\u0127u passi kontra r-reat kriminali li jikkommetti min jipprotesta pubblikament. \u0126add m&#8217;g\u0127andu xi intenzjoni li l-mafkar tal-Assedju l-Kbir &#8220;jag\u0127mlu tieg\u0127u&#8221;. L-u\u017cu ta&#8217; kliem tqil ma jimpressjona lil \u0127add. Il-mafkar tal-Assedju l-Kbir f&#8217;postu baqa&#8217; &#8211; \u0127add ma \u0127adu d-dar mieg\u0127u. Wara l-massakru tal-Bataclan li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":10805,"comment_status":"open","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10800\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=10800"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10800\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":10843,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/10800\/revisions\/10843\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/10805\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=10800"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=10800"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=10800"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}