{"id":108685,"date":"2022-03-31T13:31:44","date_gmt":"2022-03-31T11:31:44","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=108685"},"modified":"2022-03-31T20:13:07","modified_gmt":"2022-03-31T18:13:07","slug":"qed-inxandar-l-iskript-ta-ix-xiha-dramm-oxxen-ta-mario-p-azzopardi-dwar-daphne","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/03\/qed-inxandar-l-iskript-ta-ix-xiha-dramm-oxxen-ta-mario-p-azzopardi-dwar-daphne\/","title":{"rendered":"Qed inxandar l-iskript ta&#8217; ix-Xi\u0127a, dramm oxxen ta&#8217; Mario P Azzopardi dwar Daphne"},"content":{"rendered":"<p>Tista&#8217; tni\u017c\u017cel hawn l-iskript ta&#8217; <em>ix-Xi\u0127a<\/em> li se tittella&#8217; ftit tal-\u0121ranet o\u0127ra fuq il-palk tat-teatru nazzjonali ta&#8217; Malta.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/ix-xiha-script.pdf\">L-iskript ta&#8217; ix-Xi\u0127a<\/a><\/p>\n<p>Mhuwiex il-\u0127sieb tieg\u0127i li lil dan id-dramm nag\u0127millu riklam. Lanqas mhi l-intenzjoni tieg\u0127i li nara li jsegwuh \u0127afna nies. Jien nirrispettak u jekk trid tie\u0127u \u0127sieb is-sa\u0127\u0127a fi\u017cika u mentali tieg\u0127ek, ikun a\u0127jar jekk ma taqrahx. L-iskript ta&#8217; dan id-dramm huwa wie\u0127ed medjokri u superfi\u010bjali u dan barra li huwa wkoll mi\u017cg\u0127ud bil-mibg\u0127eda, bil-pre\u0121udizzji u bi vjolenza morali.<\/p>\n<p>Qed inxandar l-iskript biex nipprotesta kontra dan id-dramm. Mario Philip Azzopardi g\u0127andu kull dritt li jikteb u jippre\u017centah. U jien g\u0127andi kull dritt li nie\u0127u g\u0127alija. U nistqarr li \u0127adt g\u0127alija.<\/p>\n<p>Wa\u0127da min-nisa f&#8217;dan ir-ritratt ta\u0127dem il-parti ta&#8217; karattru bl-isem ta&#8217; Jenny, li taparsi hi Daphne Caruana Galizia. It-titlu i<em>x-Xi\u0127a<\/em>\u00a0ma jirriferix g\u0127aliha.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-108677\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1142\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-200x143.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-300x214.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-400x286.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-600x428.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-768x548.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-800x571.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-1200x857.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/WhatsApp-Image-2022-03-31-at-12.55.59-PM-1536x1096.jpeg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>Ix-xi\u0127a hi l-omm il-mejta li, f&#8217;konfoffa mal-udjenza, tivvendika ru\u0127ha mal-erba&#8217; wliedha b&#8217;imne\u0127irhom imxammar u egoisti billi taqtag\u0127hom mill-wirt u t\u0127alli \u0121idha lis-seftura tag\u0127ha u lil mara o\u0127ra li kienet trabbi lil uliedha. Wa\u0127da minn uliedha hi bla dubju Daphne Caruana Galizia, jew a\u0127jar, dak li ming\u0127alihom kienet Daphne Caruana Galizia g\u0127at-telespettaturi u s-semmieg\u0127a tas-Super One.<\/p>\n<p>Din hi mara vendikattiva, klassista, nieqsa mill-empatija u mill-emozzjoni umana. Hi tirrappre\u017centa karattru stereotipatiku f&#8217;dramm stereotipatiku tal-ewwel \u017cminijiet tal-propaganda fl-Unjoni Sovjetika tas-snin 20 li fih il-qaddejja u l-plebej huma mpin\u0121ijin b\u0127ala nies twajba filwaqt li l-aristokrati\u010bi mpin\u0121ijin b\u0127ala nies \u0127\u017ciena.<\/p>\n<p>Dik li ta\u0127dem il-parti ta&#8217; Daphne, tpin\u0121iha b\u0127ala persuna partikolarment imxajtna. Ara ftit x&#8217;kwalit\u00e0 ta&#8217; diskors tlissen l-attri\u010bi li tirrappre\u017centaha fid-dramm &#8211; diskors in\u0121urju\u017c li int suppost g\u0127andek tiskandalizza ru\u0127ek int u tisimg\u0127u:<\/p>\n<p>\u201c<em>Jalla it-tfal tag\u0127kom imutu kollha kemm huma bil-kan\u010ber. Kull fejn t\u0127ares, \u0127allelin biss. SITWAZZJONI DDISPRATA<\/em>.\u201d<\/p>\n<p>Lesti ru\u0127ek biex taqla&#8217; l-istonku tieg\u0127ek.<\/p>\n<p>Huwa ta&#8217; g\u0127ajb kbir li t-teatru nazzjonali kellu ja\u010b\u010betta li jiffinanzja dramm b\u0127al dan. Imma\u0121inaw produzzjoni drammatika fi Broadway li tiddie\u0127ak bl-ekwipa\u0121\u0121 tal-ajruplani li \u0121\u0121arrfu fil-World Trade Centre. Imma\u0121inaw produzzjoni drammatika fuq palk Ruman li fih il-karattru ta&#8217; Paolo Borsellino ji\u0121i interpretat b\u0127ala wie\u0127ed li jilg\u0127ab il-flus u li ji\u0121ri wara n-nisa.<\/p>\n<p>It-teatru nazzjonali tag\u0127na qed i\u0127allas g\u0127al dramm li jippromwovi 30 sena s\u0127a\u0127 ta&#8217; gideb u vilifikazzjoni fil-konfront ta&#8217; Daphne mill-Partit Laburista. Liema vilifikazzjoni g\u0127enet biex wasslet g\u0127all-qtil tag\u0127ha.<\/p>\n<p>Iva, Mario Philip Azzopardi g\u0127andu kull dritt li ja\u0127den produzzjoni b\u0127al din g\u0127ax ma jkunx qed iwettaq delitt meta joqtol mara bil-kliem u b&#8217;memorji foloz. Imma b&#8217;daqshekk dan ma jfissirx li dan g\u0127andna na\u010b\u010bettawh.<\/p>\n<p>Mela mur tnejjek Mario Philip Azzopardi. \u0126assartlek il-festi, ja miskin li int, g\u0127ax issa l-udjenza tieg\u0127ek mhux ser tissorprendi ru\u0127ha bil-kitba tieg\u0127ek. U int u tipprova taqta&#8217; kif \u0121ie f&#8217;idejja l-iskript tad-dramm, ng\u0127idlek li fit-teatru je\u017cistu numru ta&#8217; impjegati li g\u0127andhom kuxjenza &#8211; g\u0127ad fadal xi ftit minnhom &#8211; li tkexkxu huma u jarawkom tag\u0127mlu l-provi.<\/p>\n<p>Nittama li \u0127add ma jg\u0127addilu minn rasu li j\u0127assarlek id-dramm. Nittama li jittella&#8217;. Nittama li l-istudju\u017ci tal-istorja jie\u0127du l-briga biex jaqrawh u jit\u0127assbu dwar kif pajji\u017c jista&#8217; jg\u0127ix seren bil-qtil ta&#8217; \u0121urnalista li kienet mag\u0127rufa mad-dinja, li kienet ukoll omm, bint, mara u o\u0127t. U jiskantaw dwar kif artisti inkompetenti jistg\u0127u qatt jitqabbdu minn teatru biex iperr\u010bu l-mibg\u0127eda u l-velenu li jkollhom fl-istonku tag\u0127hom.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-108679\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n.jpg\" alt=\"\" width=\"1125\" height=\"1125\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-66x66.jpg 66w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-150x150.jpg 150w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-200x200.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-300x300.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-400x400.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-600x600.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-768x768.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n-800x800.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/03\/223166520_10166334364580377_6510268573437800512_n.jpg 1024w\" sizes=\"(max-width: 1125px) 100vw, 1125px\" \/><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Tista&#8217; tni\u017c\u017cel hawn l-iskript ta&#8217; ix-Xi\u0127a li se tittella&#8217; ftit tal-\u0121ranet o\u0127ra fuq il-palk tat-teatru nazzjonali ta&#8217; Malta. L-iskript ta&#8217; ix-Xi\u0127a Mhuwiex il-\u0127sieb tieg\u0127i li lil dan id-dramm nag\u0127millu riklam. Lanqas mhi l-intenzjoni tieg\u0127i li nara li jsegwuh \u0127afna nies. Jien nirrispettak u jekk trid tie\u0127u \u0127sieb is-sa\u0127\u0127a fi\u017cika u mentali tieg\u0127ek, ikun a\u0127jar jekk [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":108680,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108685\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=108685"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108685\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":108691,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108685\/revisions\/108691\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/108680\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=108685"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=108685"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=108685"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}