{"id":108939,"date":"2022-04-22T16:32:50","date_gmt":"2022-04-22T14:32:50","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=108939"},"modified":"2022-04-22T16:32:50","modified_gmt":"2022-04-22T14:32:50","slug":"impenn-qawwi-bhar-rih-li-jnaddaf","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/04\/impenn-qawwi-bhar-rih-li-jnaddaf\/","title":{"rendered":"Impenn qawwi b\u0127ar-ri\u0127 li jnaddaf"},"content":{"rendered":"<p><em>Din hi l-omelija tal-Isqof Joseph Galea Curmi f&#8217;quddies g\u0127al Daphne Caruana Galizia li saret aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a.<\/em><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-108936\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n.jpg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1435\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-200x179.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-300x269.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-400x359.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-600x538.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-768x689.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-800x718.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n.jpg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-1200x1076.jpg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/04\/278695435_4866359800128541_2925054668965247235_n-1536x1378.jpg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p>G\u0127adna kif g\u0127exna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta\u2019 \u0120es\u00f9. Hemm osservazzjoni interessanti li jag\u0127mel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tieg\u0127u fuq \u0120es\u00f9 ta\u2019 Na\u017caret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9. Hu jitkellem fuq meta \u0120es\u00f9 da\u0127al \u0120erusalemm u kien milqug\u0127 b\u2019mod trionfali min-nies, li bdew jg\u0127ajtu: \u201cOsanna, imbierek min \u0121ej f\u2019isem il-Mulej\u201d. Imbag\u0127ad, ftit wara, naraw lil \u0120es\u00f9 quddiem Pilatu, u l-folla tg\u0127ajjat \u201cSallbu\u201d, u tag\u0127\u017cel li te\u0127les lill-brigant u ssallab lil Sid il-\u0127ajja. Spiss a\u0127na nirrimarkaw kif in-nies f\u2019temp ta\u2019 ftit \u0121ranet minn \u201cOsanna\u201d bdew jg\u0127idu \u201cSallbu\u201d, imma l-Papa Benedittu XVI jg\u0127id: ma kinux l-istess nies dawk li g\u0127ajtu \u201cOsanna\u201d u ftit wara \u201cSallbu\u201d, ma kinetx l-istess folla. Il-problema kienet li fil-mument tal-passjoni, dawk li g\u0127ajtu \u201cOsanna\u201d u fer\u0127u bih, baqg\u0127u ma dehrux, abbandunawh, \u0127arbu.<\/p>\n<p>Hi osservazzjoni interessanti g\u0127ax turina xi \u0127a\u0121a importanti fuq il-\u0127ajja reali tag\u0127na: li \u0127afna drabi l-i\u017cball ikun dak ta\u2019 l-ommissjoni, li ma nag\u0127mlux dak li g\u0127andna nag\u0127mlu, li na\u0127arbu flok nerfg\u0127u r-responsabbilt\u00e0 tag\u0127na, li n\u0127allu lill-\u0127a\u017cen jinfirex min\u0127abba n-nuqqas ta\u2019 azzjoni tag\u0127na.<\/p>\n<p>Aktarx dawn i\u017c-\u017cew\u0121 dixxipli fi triqthom lejn Emmaus, li rajna fl-Evan\u0121elju llum, kienu huma wkoll fost dawk li ma dehrux fil-passjoni tieg\u0127u. Huma u mexjin jesprimu n-niket u d-di\u017cappunt tag\u0127hom b\u2019dak li kien \u0121ara, u kif qiesu kollox kien sfaxxa fix-xejn, \u0120es\u00f9 jibda miexi mag\u0127hom, jakkumpanjahom, jismag\u0127hom u jistaqsihom. Kienet din il-pre\u017cenza tieg\u0127u u l-kelma tieg\u0127u li g\u0127enuhom jag\u0127rfuh fil-qsim tal-\u0127ob\u017c u jinteb\u0127u li \u0120esu hu \u0127aj, li kien qam g\u0127al \u0127ajja \u0121dida, u g\u0127alhekk imbag\u0127ad jer\u0121g\u0127u lura biex i\u0127abbru li l-mewt ma kellhiex l-a\u0127\u0127ar kelma fuqu, imma \u0120esu reba\u0127 il-mewt. Ir-reb\u0127a tieg\u0127u kienet dik li g\u0127enithom jag\u0127rfu mill-\u0121did ir-responsabbilt\u00e0 tag\u0127hom u ma jibqg\u0127ux passivi.<\/p>\n<p>B\u0127al nhar is-Sibt li g\u0127adda erbg\u0127a snin u nofs ilu, \u0121iet assassinata Daphne Caruana Galizia. Kien assassinju brutali li \u0121ab tbatija enormi lill-familja, qraba u \u0127bieb tag\u0127ha, u li \u0127alla \u0121er\u0127a kbira fis-so\u010bjet\u00e0 Maltija. Illum, f\u2019din il-quddiesa, a\u0127na qed nitolbu g\u0127aliha biex il-Mulej, li hu \u0127aj, jag\u0127tiha l-mistrie\u0127 ta\u2019 dejjem, u g\u0127all-familja tag\u0127ha, li sofrew telfa hekk kbira, biex il-Mulej jag\u0127tihom l-g\u0127ajnuna. Qed nitolbu wkoll biex il-\u0121ustizzja sse\u0127\u0127, u kull min kien involut, fid-dieher u fil-mo\u0127bi, b\u2019li g\u0127amel jew b\u2019li ordna li jsir, mieg\u0127u jew mag\u0127ha ssir \u0121ustizzja; u qed nitolbu wkoll biex ilkoll nissa\u0127\u0127u fl-impenn tag\u0127na \u0127alli na\u0127dmu g\u0127al dak li hu veru, dak li hu sewwa, dak li hu \u0121ust, g\u0127ar-rispett tal-istat tad-dritt u l-\u0127arsien tal-\u0127ajja u tad-drittijiet tal-bniedem.<\/p>\n<p>Il-Papa Fran\u0121isku, meta kien Malta, fakkarna kemm hu importanti li a\u0127na ma nibqg\u0127ux passivi imma nag\u0127tu lkoll is-sehem tag\u0127na g\u0127al so\u010bjet\u00e0 li tkun tixraq lill-bniedem u li tirrispetta l-\u0127ajja u d-dinjita ta\u2019 kull bniedem mill-bidu sal-a\u0127\u0127ar, u f\u2019kull waqt tag\u0127ha. Meta tkellem fuq l-g\u0127aqda u l-konvivenza so\u010bjali, fakkarna li dawn iridu jserr\u0127u fuq id-dritt u l-legalit\u00e0. Fi kliemu: \u201cL-onest\u00e0, il-\u0121ustizzja, is-sens tad-dmir u t-trasparenza huma pilastri essenzjali ta\u2019 so\u010bjet\u00e0 \u010bivilment avvanzata. L-impenn biex jintemmu l-illegalit\u00e0 u l-korruzzjoni g\u0127andu jkun qawwi b\u0127ar-ri\u0127 li meta jonfo\u0127 mit-tramuntana jnaddaf il-kosta tal-Pajji\u017c. U jalla dejjem jibqg\u0127u jkunu kkultivati l-legalit\u00e0 u t-trasparenza li jippermettu li jitqa\u010b\u010btu mill-g\u0127eruq il-\u0127ajja \u0127a\u017cina u l-kriminalit\u00e0 li huma marbutin flimkien min\u0127abba li l-a\u0121ir tag\u0127hom ma jsirx fid-dawl tax-xemx.\u201d<\/p>\n<p>Dan huwa kliem li qal il-Papa f\u2019Malta. Huwa kliem qawwi u ta\u2019 inkora\u0121\u0121iment g\u0127al dawk kollha li ma jfarfrux ir-responsabbilt\u00e0 tag\u0127hom imma jibqg\u0127u ja\u0127dmu bis-s\u0127i\u0127 biex ikunu parti minn dan ir-ri\u0127 qawwi me\u0127tie\u0121 li jnaddaf il-pajji\u017c mill-illegalit\u00e0 u l-korruzzjoni. Infakkar f\u2019dak li kien qal il-Papa Fran\u0121isku fl-istess linja fid-dokument Misericordiae Vultus, meta tkellem fuq il-persuni li jappo\u0121\u0121jaw jew huma kompli\u010bi ta\u2019 korruzzjoni. Kien qal hekk: \u201cDin il-pjaga li tnawwar is-so\u010bjet\u00e0 hi dnub gravi li jg\u0127ajjat lis-Sema, g\u0127ax jhe\u017c\u017ce\u017c l-istess pedamenti tal-\u0127ajja personali u so\u010bjali.\u00a0 Il-korruzzjoni xxekkilna milli n\u0127arsu lejn il-futur b\u2019tama, g\u0127ax bil-prepotenza u r-reg\u0127ba tag\u0127ha teqred il-pro\u0121etti tad-dg\u0127ajfin u tg\u0127affe\u0121 lill-i\u017cjed foqra. Hu \u0127a\u017cen li jixxettel fil-\u0121esti tal-\u0127ajja ta\u2019 kuljum biex imbag\u0127ad jitwessa\u2019 g\u0127all-iskandli pubbli\u010bi. Il-korruzzjoni tfisser li twebbes qalbek fid-dnub, u fil-post ta\u2019 Alla trid tpo\u0121\u0121i l-illu\u017cjoni tal-flus b\u0127ala g\u0127amla ta\u2019 setg\u0127a.\u00a0 Hi opra tad-dlamijiet, imwie\u017cna mis-suspett u l-intri\u010b\u010bi.\u00a0 Corruptio optimi pessima [l-ag\u0127ar \u0127a\u0121a hija l-korruzzjoni tat-tajbin], kien jg\u0127id bir-ra\u0121un San Girgor il-Kbir, biex juri li \u0127add ma jista\u2019 j\u0127ossu me\u0127lus minn din it-tentazzjoni\u201d (Misericordiae Vultus, 19).<\/p>\n<p>U meta kien indirizza lill-membri tal-Kummissjoni Parlamentari Kontra l-Mafja, l-Italja, lanqas xahar qabel il-qtil ta\u2019 Daphne Caruana Galizia, kien qal hekk: \u201cMeta bniedem jing\u0127alaq fih innifsu u jsir awtosuffi\u010bjenti fa\u010bilment jibda\u2019 jiggratifika lilu nnifsu u jidhirlu li hu jkun regola g\u0127alih innifsu u g\u0127al kul\u0127add.\u00a0 Sinjal ta\u2019 dan hi l-politika devjata, mo\u0127\u0127ha fl-interessi personali u mehdija bil-ftehim xejn trasparenti.\u00a0 Allura tasal biex to\u0127noq it-tingi\u017ca tal-kuxjenza, tibbanalizza l-\u0127a\u017cen, ma tag\u0127rafx aktar liema hi l-verit\u00e0 u liema l-gidba u tapprofitta ru\u0127ha mir-rwol ta\u2019 responsabblit\u00e0 pubblika li jkollha\u201d (Diskors 21 ta\u2019 Settembru 2017).<\/p>\n<p>Il-Papa jsostni li l-bini ta\u2019 kuxjenza \u010bivili \u0121dida hi l-unika li tista\u2019 twassal g\u0127all-\u0127elsien veru mill-mafji.\u00a0 Hu jispjega li biex inwarrbu l-korruzzjoni mill-\u0127ajja personali u so\u010bjali \u201chuma me\u0127tie\u0121a prudenza, g\u0127assa fuqna nfusna, lealt\u00e0, trasparenza, flimkien mal-kura\u0121\u0121 tal-kundanna.\u00a0 Jekk ma ni\u0121\u0121ildulhiex fil-bera\u0127, il-lum jew g\u0127ada nsiru kompli\u010bi tag\u0127ha u teqridilna \u0127ajjitna\u201d (Misericordiae Vultus, 19).<\/p>\n<p>Dan hu kliem il-Papa Fran\u0121isku, li hu kliem li jag\u0127mel il-qalb lil dawk kollha li lesti jg\u0127idu l-verit\u00e0 anke meta hi skomda.<\/p>\n<p>A\u0127na u nitolbu g\u0127al Daphne Caruana Galizia llum, nitolbu lill-Mulej g\u0127all-\u0121urnalisti biex ma jib\u017cg\u0127ux, biex jaqdu b\u2019impenn ir\u2011rwol tag\u0127hom li jkunu l\u2011g\u0127ajnejn, il\u2011widnejn u x\u2011xofftejn tal\u2011poplu b\u2019rispett s\u0127i\u0127 lejn il\u2011verit\u00e0 u b\u2019libert\u00e0 s\u0127i\u0127a.\u00a0 Nitolbu lill-Mulej g\u0127alina lkoll biex jg\u0127inna nerfg\u0127u r-responsabbilt\u00e0 tag\u0127na u nag\u0127mlu dak li g\u0127andna nag\u0127mlu, biex qatt ma nibqg\u0127u passivi jew indifferenti, imma nkunu lesti anke nag\u0127mlu s-sagrifi\u010b\u010bji ne\u010bessarji g\u0127al dak li hu sewwa.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Din hi l-omelija tal-Isqof Joseph Galea Curmi f&#8217;quddies g\u0127al Daphne Caruana Galizia li saret aktar kmieni din il-\u0121img\u0127a. G\u0127adna kif g\u0127exna t-tifkira tal-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta\u2019 \u0120es\u00f9. Hemm osservazzjoni interessanti li jag\u0127mel il-Papa Benedittu XVI fil-ktieb tieg\u0127u fuq \u0120es\u00f9 ta\u2019 Na\u017caret, meta jitkellem fuq ir-rakkont tal-passjoni ta\u2019 \u0120es\u00f9. Hu jitkellem fuq meta \u0120es\u00f9 da\u0127al [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":108937,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108939\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=108939"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108939\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":108940,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/108939\/revisions\/108940\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/108937\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=108939"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=108939"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=108939"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}