{"id":109223,"date":"2022-05-11T09:51:42","date_gmt":"2022-05-11T07:51:42","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=109223"},"modified":"2022-05-11T16:45:12","modified_gmt":"2022-05-11T14:45:12","slug":"il-qerq-jiekluh-bil-hobz","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/05\/il-qerq-jiekluh-bil-hobz\/","title":{"rendered":"Il-qerq jiekluh bil-\u0127ob\u017c"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Kienu l-g\u0127erf ta&#8217; Senatur mill-Kalifornja, ta&#8217; drammaturgu Grieg antik, ta&#8217; strate\u0121ista militari \u010aini\u017c u ta&#8217; tant o\u0127rajn li wasslu biex tfasslet il-fra\u017ci: \u2018<strong>meta tfaqqa&#8217; gwerra, l-verit\u00e0 tkun l-ewwel li tikolha<\/strong>\u2019.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan huwa fatt tassew ironiku.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda kemm huwa aktar ironiku l-fatt li, hekk kif tfaqqa&#8217; gwerra, hawn Malta l-verit\u00e0 tkun ilha li g\u0127ebet. Hawn Malta, s-sin\u010berit\u00e0 \u0127add ma j\u0127oss in-nuqqas tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ejjew nag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn \u201cl-istorja uffi\u010bjali\u201d dwar dak li Volodymyr Zelensky kellu xi jg\u0127id lill-Parlament ta&#8217; Malta lbiera\u0127.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-istorja uffi\u010bjali hi dik imxandra mid-&#8220;Dipartiment tal-Informazzjoni\u201d li huwa l-ver\u017cjoni Maltija tal-Ministeru tal-Verit\u00e0 ta&#8217; Orwell.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Araw ftit x&#8217;kitbu:<\/p>\n<p><iframe style=\"border: none; overflow: hidden;\" src=\"https:\/\/www.facebook.com\/plugins\/post.php?href=https%3A%2F%2Fwww.facebook.com%2FDOImalta%2Fposts%2F369574851873556&amp;show_text=true&amp;width=500\" width=\"500\" height=\"771\" frameborder=\"0\" scrolling=\"no\" allowfullscreen=\"allowfullscreen\" data-mce-fragment=\"1\"><\/iframe><\/p>\n<p>&#8220;<em>Fir-rimarki tieg\u0127u huwa rrefera kif ir-re\u017ciljenza tal-Maltin idefinixxit il-futur tal-Mediterran fi \u017cmien it-Tieni Gwerra Dinjija<\/em>&#8220;. Skont huma, dak hu kulma qal.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Int u taqra din is-sentenza, tinteba\u0127 li l-Maltin jie\u0127du pja\u010bir kull meta jfa\u0127\u0127ruhom il-barranin. B\u0127al kull pajji\u017c ie\u0127or li jkun \u0127are\u0121 mis-seklu dsatax mog\u0127ni b&#8217;tifsira elitista tal-e\u010b\u010bezzjonali\u017cmu tieg\u0127u, bil-\u0127ila unika tal-pajji\u017c, bil-wirt storiku, bl-eroi\u017cmu inimitabbli u bil-kura\u0121\u0121 ta&#8217; sur li tippretendi li g\u0127andha, Malta t\u0127ares lejn l-istorja tag\u0127ha b\u0127ala g\u0127odda li serva l-iskop politiku tad-dekolonizzazzjoni. I\u017cda l-verit\u00e0 hi li Malta g\u0127adha sal-lum tg\u0127ix fis-seklu dsatax. G\u0127adna sal-lum na\u0127sbu li Alla g\u0127a\u017cel lil Malta biex tkun fi\u010b-\u010bentru tal-univers.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Lill-Parlamentari Maltin, Zelensky qalilhom \u0127afna aktar minn hekk. I\u017cda skont id-DOI, huwa fa\u0127\u0127ar ir-re\u017ciljenza ta&#8217; Malta fit-Tieni Gwerra dinjija&#8230;.u daqshekk. B\u0127allikieku waqaf g\u0127al sieg\u0127a mill-\u0121lied mar-Russi g\u0127all-\u0127elu wi\u010b\u010bna biex joqg\u0127od jg\u0127idilna kemm kienu qalbiena n-nanniet u l-bu\u017cnanniet tag\u0127na. Ir-rapport imkien ma jg\u0127id <em>l-g\u0127ala<\/em> tkellem kif tkellem u ma jsemmi xejn aktar. Biex b&#8217;hekk kul\u0127add jo\u0127ro\u0121 kuntent li ndlikna dilka mill-kbarat.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Issa ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-istorja semiuffi\u010bjali li xandru l-hekk imsej\u0127a \u0121urnalisti li ja\u0127dmu mal-istazzjon nazzjonali. <a href=\"https:\/\/tvmnews.mt\/news\/juri-apprezzament-ghall-appogg-malti-u-jappella-biex-ebda-russu-ma-juza-lil-malta\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Mar-rapport jidher isem l-editur ta&#8217; TVM innifisha, Norma Saliba.<\/a><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0126arsu ftit lejn dan it-titlu.<\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-109212\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59.png\" alt=\"\" width=\"1728\" height=\"1466\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-200x170.png 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-300x255.png 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-400x339.png 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-600x509.png 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-768x652.png 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-800x679.png 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59.png 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-1200x1018.png 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/Screenshot-2022-05-11-at-09.47.59-1536x1303.png 1536w\" sizes=\"(max-width: 1728px) 100vw, 1728px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-kliem \u201c<em>juri apprezzemant g\u0127all-appo\u0121\u0121 Malti<\/em>\u201d hi riflessjoni klassika dwar kemm il-Maltin m&#8217;hawnx b\u0127alhom. U dan minkejja li fil-fatt Zelensky kien qed jg\u0127idilna &#8220;grazzi g\u0127ad-diskorsi ta&#8217; appo\u0121\u0121, i\u017cda d-diskorsi tag\u0127kom biss mhux ser jg\u0127inuni nirba\u0127 il-gwerra&#8221;.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">It-tieni bi\u010b\u010ba tas-sentenza mhi xejn \u0127lief gidba \u0127oxna. Zelensky \u201c<em>jappella biex ebda Russu ma ju\u017ca lil Malta<\/em>&#8221; &#8211; sentenza li nkitbet biex tqarraq. Min jaqra sentenza b\u0127al din jasal biex jifhem li r-Russi l-\u0127\u017ciena qed &#8220;ju\u017caw&#8221; lil Malta (min jaf min kiteb dan x&#8217;ried jg\u0127id biha?) u li <em>huma<\/em> m&#8217;g\u0127andhomx ikomplu jag\u0127mlu dan. U dan b\u0127allikieku Zelensky l-appell g\u0127amlu lir-Russi u mhux lilna. G\u0127aliex li kieku l-appell tieg\u0127u sar lilna, ikun ifisser li m&#8217;a\u0127niex perfetti u \u0127a\u0121a b\u0127al din ma tkunx a\u010b\u010bettabbli, hux hekk?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mhux biss it-titlu huwa qarrieq. Fir-rapport tat-TVM m&#8217;hemmx l-i\u010bken riferenza g\u0127all-passaporti Maltin li nxtraw minn \u010bittadini Russi u lil Zelensky rrappurtawh li qal l-oppost ta&#8217; dak li ried ifisser.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Volodymyr Zelensky huwa bniedem m\u0121arrab. Il-propaganda uffi\u010bjali Russa ilha \u017cmien twil tg\u0127awwi\u0121lu kliemu. Minn pajji\u017c li invada lil pajji\u017cu dan hu g\u0127emil mistenni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda ma nafx kienx sorpri\u017c jew le hekk kif \u0121ie wi\u010b\u010b imb wi\u010b\u010b mal-propaganda qarrieqa f&#8217;Malta, il-pajji\u017c newtrali li jrid ikompli jimpala l-flus minn fuq dahar il-bastimenti li qed jit\u0127allsu mill-pajji\u017c li invada lill-Ukrajina.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kienu l-g\u0127erf ta&#8217; Senatur mill-Kalifornja, ta&#8217; drammaturgu Grieg antik, ta&#8217; strate\u0121ista militari \u010aini\u017c u ta&#8217; tant o\u0127rajn li wasslu biex tfasslet il-fra\u017ci: \u2018meta tfaqqa&#8217; gwerra, l-verit\u00e0 tkun l-ewwel li tikolha\u2019. Dan huwa fatt tassew ironiku. I\u017cda kemm huwa aktar ironiku l-fatt li, hekk kif tfaqqa&#8217; gwerra, hawn Malta l-verit\u00e0 tkun ilha li g\u0127ebet. Hawn Malta, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":109215,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109223\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=109223"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109223\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":109230,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109223\/revisions\/109230\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/109215\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=109223"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=109223"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=109223"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}