{"id":109422,"date":"2022-05-19T13:13:06","date_gmt":"2022-05-19T11:13:06","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=109422"},"modified":"2022-05-19T18:48:24","modified_gmt":"2022-05-19T16:48:24","slug":"xkien-ighid-anton-refalo-li-kieku-pittura-tal-caravaggio-ghebet-mill-kon-katidral-ta-san-gwann-u-nstabet-imdendla-fis-salott-tieghi","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/05\/xkien-ighid-anton-refalo-li-kieku-pittura-tal-caravaggio-ghebet-mill-kon-katidral-ta-san-gwann-u-nstabet-imdendla-fis-salott-tieghi\/","title":{"rendered":"X&#8217;kien jg\u0127id Anton Refalo li kieku pittura tal-Caravaggio g\u0127ebet mill-Kon-Katidral ta&#8217; San \u0120wann u nstabet imdendla fis-salott tieg\u0127i?"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-109413\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo.jpg\" alt=\"\" width=\"684\" height=\"441\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo-200x129.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo-300x193.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo-400x258.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo-600x387.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/05\/2.1_refalo.jpg 684w\" sizes=\"(max-width: 684px) 100vw, 684px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/british-era-relic-still-at-ministers-house.956026\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Araw kif ikkummenta Anton Refalo hekk kif tat-<em>Times of Malta<\/em><\/a> staqsewh dwar il-plier tal-mili ta&#8217; \u017cmien ir-Re\u0121ina Vittorja li kien tqa\u010b\u010bat minn fejn kien jinsab u spi\u010b\u010ba fil-\u0121nien privat tieg\u0127u biex b&#8217;hekk ikun jista&#8217; joqg\u0127od jammirah waqt li jkun qed i\u010baf\u010baf fil-pixxina tieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Parti mir-ra\u0121uni l-g\u0127ala Anton Refalo qed jibqa&#8217; jg\u0127addiha lixxa hi li bosta huma dawk li ma japprezzawx mill-ewwel is-sinjifikat storiku tal-plier li huwa seraq. Dan wie\u0127ed jasal biex jifhmu. G\u0127alkemm forsi g\u0127andu jing\u0127ad ukoll li Anton Refalo stess tant japprezzah li \u0127atfu g\u0127alih.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jidher madankollu li l-apprezzament ta&#8217; Refalo g\u0127andu l-limitu tieg\u0127u. L-iskop wara t-tqeg\u0127id fi triq ta&#8217; plier tal-mili hu sabiex jimmarka l-kejl ta&#8217; mil jew ta&#8217; distanza fi\u017cika minn lok g\u0127al ie\u0127or b\u0127alma hu, ng\u0127idu a\u0127na, belt kapitali jew inkella l-iskop spe\u010bifiku ta&#8217; lokalit\u00e0 spe\u010bifika jew il-lokalit\u00e0 ta&#8217; min hi. Dan ifisser li plier tal-mili m&#8217;g\u0127andu qatt jinqala&#8217; minn postu u, meta jinqala&#8217;, l-valur tieg\u0127u jonqos drastikament.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ironikament Anton Refalo jridha ta&#8217; xi dilettant ta&#8217; \u0127wejje\u0121 stori\u010bi u\u00a0 f&#8217;mo\u0127\u0127u \u010bertament jipprova ji\u0121\u0121ustifika l-\u0127tif li g\u0127amel tal-plier li qed nid\u0127addtu dwaru. I\u017cda \u0127mar kien, u \u0127mar baqa&#8217;. Dan mhux biss seraq o\u0121\u0121ett storiku, i\u017cda qalg\u0127u minn postu u \u0127assar il-memorja storika ta&#8217; o\u0121\u0121ett li postu ma seta&#8217; qatt ikun band&#8217;o\u0127ra.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan il-plier tal-mili ma nafx minn fejn inqala&#8217; u nissuspetta li g\u0127ad nisimg\u0127u li dan inqala&#8217; minn xi post imwarrab jew minn post fejn illum hemm xi triq wiesg\u0127a. Nissuspetta li l-isku\u017ca li ser i\u0121ib Anton Refalo hi li l-plier tal-mili salvah g\u0127all-posterit\u00e0. Sku\u017ca mill-aktar banali.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan l-imbierek ta&#8217; Anton Refalo ming\u0127alih li kull darba li jipprova ja\u0127rab milli jwie\u0121eb il-mistoqsijiet tal-\u0121urnalisti jkun qed i\u0121ib ru\u0127u fl-interess tal-\u0121ustizzja. Kemm hu ba\u0127nan! Dan ming\u0127alih li, g\u0127ax hu avukat, jista&#8217; jag\u0127mel li jrid u li jfettillu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-interessi tal-\u0121ustizzja \u010bertament ma jservihomx meta jonqos milli jwie\u0121eb mistoqsija dwar kif plier tal-mili spi\u010b\u010ba fil-\u0121nien tieg\u0127u &#8211; o\u0121\u0121ett li bla dubju mhuwiex u qatt ma kien tieg\u0127u u li postu mhuwiex f&#8217;daru. Ikun fl-interess tal-\u0121ustizzja biss meta o\u0121\u0121ett misruq jintradd lura.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fit-titlu ta&#8217; din il-kitba semmejt lil Caravaggio b&#8217;mod sarkastiku g\u0127al \u017cew\u0121 ra\u0121unijiet. L-ewwel: xi snin ilu kienet insterqet pittura tal-Caravaggio mill-Kon-Katidtral ta&#8217; San \u0120wann. It-tieni: bosta huma dawk li japprezzaw il-valur storiku ta&#8217; pittura stil barokk g\u0127aliex jifhmu li l-valur tieg\u0127u huwa wie\u0127ed imprezzabbli (f&#8217;termini monetarji) jew g\u0127aliex ikun jidhrilhom li, min\u0127abba l-isfond reli\u0121ju\u017c, o\u0121\u0121ett ikollu aktar importanza milli qatt jista&#8217; jkollu plier tal-mili.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk xi darba tonqos mill-Kon Katridral ta&#8217; San \u0120wann pittura tal-Caravaggio u jkun hemm xi proxxmu li din il-pittura jilma\u0127ha mdendla fis-salott tieg\u0127i &#8211; kif il-plier tal-mili misruq intlema\u0127 mill-ajru fil-\u0121nien ta&#8217; Anton Refalo &#8211; ibqg\u0127u \u010berti li mhux ser jg\u0127iduli biex il-pittura nibqa&#8217; n\u017commha fis-salott tieg\u0127i sakemm jintemm il-kors tal-\u0121ustizzja.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bla dubju l-pittura je\u0127duhieli dak il-\u0127in stess, jer\u0121g\u0127u iqeg\u0127duha f&#8217;postha u jinbeda l-pro\u010bess biex ji\u0121i stabilit jekk kont jien li sraqtha u x&#8217;kastig g\u0127andi naqla&#8217; kemm-il darba ninstab \u0127ati. U dan jg\u0127odd anki jekk jien m&#8217;jiniex ministru tal-gvern responsabbli g\u0127all-wirt storiku nazzjonali b&#8217;dmir ewlieni li n\u0127ares il-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U bil-plier tal-mili fil-\u0121nien tieg\u0127u, Anton Refalo mhux biss mhuwiex jikkopera mal-kors tal-\u0121ustizzja. Qieg\u0127ed jag\u0127mel il-bsaten fir-roti u jisfidaha. Baqa&#8217; j\u017comm g\u0127andu o\u0121\u0121ett misruq bi tbissima fuq fommu.\u00a0 Dan, g\u0127al \u0121ie\u0127na, ministru tal-gvern li kien responsabbli fl-img\u0127oddi g\u0127all-wirt storiku u li jinsab fid-dmir li j\u0127ares il-li\u0121ijiet tal-pajji\u017c.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan l-imbierek kif g\u0127adu ministru u kif g\u0127adha ma ddabbritlux rasu?<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Araw kif ikkummenta Anton Refalo hekk kif tat-Times of Malta staqsewh dwar il-plier tal-mili ta&#8217; \u017cmien ir-Re\u0121ina Vittorja li kien tqa\u010b\u010bat minn fejn kien jinsab u spi\u010b\u010ba fil-\u0121nien privat tieg\u0127u biex b&#8217;hekk ikun jista&#8217; joqg\u0127od jammirah waqt li jkun qed i\u010baf\u010baf fil-pixxina tieg\u0127u. Parti mir-ra\u0121uni l-g\u0127ala Anton Refalo qed jibqa&#8217; jg\u0127addiha lixxa hi li bosta [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":109414,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109422\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=109422"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109422\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":109430,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109422\/revisions\/109430\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/109414\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=109422"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=109422"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=109422"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}