{"id":109781,"date":"2022-06-08T12:36:22","date_gmt":"2022-06-08T10:36:22","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=109781"},"modified":"2022-06-19T20:24:27","modified_gmt":"2022-06-19T18:24:27","slug":"meta-ser-jistenbhu-l-awtoritajiet-biex-jitharsu-d-drittijiet-tal-vittmi-tat-tbaghbis","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/06\/meta-ser-jistenbhu-l-awtoritajiet-biex-jitharsu-d-drittijiet-tal-vittmi-tat-tbaghbis\/","title":{"rendered":"Meta ser jistenb\u0127u l-awtoritajiet biex jit\u0127arsu d-drittijiet tal-vittmi tat-tbag\u0127bis?"},"content":{"rendered":"<p><img class=\"size-full wp-image-109776 aligncenter\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/tellerfraude.jpg\" alt=\"\" width=\"501\" height=\"262\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/tellerfraude-200x105.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/tellerfraude-300x157.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/tellerfraude-400x209.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/tellerfraude.jpg 501w\" sizes=\"(max-width: 501px) 100vw, 501px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/comment\/editorial\/117185\/sins_of_omission_incompetence_or_corruption#.YqBwZC8RqX1\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-editorjal tal-lum tal-<em>Malta Today<\/em> li stqarr li l-kwistjoni tat-tbag\u0127bis fl-arlo\u0121\u0121i tal-karrozzi sekondaman ma tikkon\u010bernax biss it-tbag\u0127bis li twettaq mill-bejjieg\u0127a ta&#8217; dawn il-karrozzi.<\/a> It-tbag\u0127bis jista&#8217; ji\u0121i evitat u l-uffi\u010bjali pubbli\u010bi jistg\u0127u jevitawh kemm-il darba jkun hemm kontrolli serji fil-port u kontrolli o\u0127rajn hekk kif ser ikunu re\u0121istrati karrozzi sekondaman mar-regolatur.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tbag\u0127bis b\u0127al dan ma jse\u0127\u0127x f&#8217;Malta biss. Jing\u0127ad li, fil-\u0120ermanja biss, karrozza minn kull g\u0127axra jsirilha tbag\u0127bis fl-arlo\u0121\u0121 li jkejjel il-kilometri.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, l-editur tal-<em>Malta Today<\/em> g\u0127andu ra\u0121un. Qabel karrozzi impurtati li jkunu sekondaman jaslu Malta, jistg\u0127u jsiru aktar kontrolli u d-databases jistg\u0127u jkunu mg\u0127arbla b&#8217;aktar reqqa mill-awtorit\u00e0 li tkun irre\u0121istrathom. U l-fatt li l-awtoritajiet jidher xejn ma wrew \u0127e\u0121\u0121a biex isibu tarf tal-problema ifisser li hemm xamma jew suspett ta&#8217; korruzzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Biex \u0127adma b\u0127al din setg\u0127et timxi \u0127arir u bla skossi, il-bejjieg\u0127a ta&#8217; dawn il-karrozzi li wettqu t-tbag\u0127bis bilfors kellhom fidu\u010bja s\u0127i\u0127a li ma kinux ser jinqabdu. U biex setg\u0127et tirnexxi din il-\u0127adma, kien je\u0127tie\u0121 li l-uffi\u010bjali jing\u0127ataw in\u010bentiv biex jag\u0127lqu g\u0127ajnejhom fejn kien ikun me\u0127tie\u0121 li jift\u0127uhom bera\u0127.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Transport Malta g\u0127andha problema f&#8217;\u0127o\u0121orha mhux min\u0127abba xi dg\u0127jufija tan-nies li ja\u0127dmu fi \u0127danha. Transport Malta tir\u010bievi numru kbir ta&#8217; \u0127lasijiet u twettaq kontrolli regolatorji. Xi drabi tittratta direttament mal-pubbliku in \u0121enerali u xi drabi o\u0127ra tag\u0127mel dan permezz tal-a\u0121enti f&#8217;isem il-pubbliku.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din is-sitwazzjoni mhi xejn \u0127lief g\u0127alqa g\u0127ammiela g\u0127all-korruzzjoni. Fl-img\u0127oddi kienu se\u0127\u0127ew ka\u017ci ta&#8217; tbag\u0127bis. Kien sar tbag\u0127bis fil-\u0127ru\u0121 tal-li\u010benzji tat-tba\u0127\u0127ir lil persuni li ma kinux g\u0127addew mill-e\u017cami kif ukoll tbag\u0127bis fil-\u0127ru\u0121 tal-li\u010benzji tas-sewqan lil dawk li ma kellhomx il-kwalifiki ne\u010bessarji.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fejn jid\u0127lu l-flus u n-nies, it-tentazzjonijiet jafu jinfirxu dejjem aktar. I\u017cda meta ma&#8217; dawn i\u017c\u017cid l-opportunitajiet, il-korruzzjoni tkun qed tistedinha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min ikun qed imexxi dawn l-entitajiet g\u0127andu fuq spallejh ir-responsabbilt\u00e0 li jara li jse\u0127\u0127u kontrolli serji internament, li jsiru audits, verifiki u investigazzjonijiet esterni regolari biex b&#8217;hekk ma jkun hemm qatt xi nuqqas ta&#8217; \u0127e\u0121\u0121a li tista&#8217; twassal g\u0127all-korruzzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Min ikun f&#8217;po\u017cizzjoni ta&#8217; tmexxija g\u0127andu dejjem jassumi li l-korruzzjoni ser tibqa&#8217; sse\u0127\u0127 sakemm tinkixef. Hi tmexxija irresponsabbli (jew korrotta) dik li ti\u010b\u010baqlaq biss wara li tinkixef il-korruzzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-<em>Malta Today<\/em> semmiet b&#8217;isimhom lil dawk il-bejjieg\u0127a li allegatament bag\u0127bsu l-arlo\u0121\u0121i u serqu lix-xerrejja tag\u0127hom. L-editur imbag\u0127ad kellu ra\u0121un jikteb li x&#8217;aktarx kien hemm responsabbilt\u00e0 g\u0127al dan it-tbag\u0127bis min-na\u0127a tal-awtoritajiet li naqsu li jipprote\u0121u bi\u017c\u017cejjed lix-xerrejja ta&#8217; dawn il-karrozzi sekondaman.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jien ng\u0127id li hemm ukoll il-fatt li l-awtoritajiet pubbli\u010bi naqsu li jwettqu kontrolli serji internament. Li kieku saru dawn il-kontrolli, dawn l-awtoritjiet kienu jsiru jafu min minn fost l-impjegati ma kienx qed jaqdi dmiru sewwa u spi\u010b\u010ba biex ixxa\u0127\u0127am. Ma kienx messhom qag\u0127du jistennew biex jinkixef skandlu b\u0127al dan, biex issa b\u0127al donnu tathom rashom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Hemm ukoll \u010bertu skiet li jtarrax ta&#8217; awtoritajiet o\u0127rajn. it-<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/angry-mileage-scam-victims-demanding-compensation.960302\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"><em>Times of<\/em> <em>Malta,<\/em> li wkoll tkellmet dwar din il-kwistjoni, qed tg\u0127id li \u201cbag\u0127tet mistoqsijiet lill-Ministeru tat-Trasport, lil Transport Malta u lill-Malta Competition and<em> C<\/em>onsumer Affairs Authorit<em>y<\/em> i\u017cda li s&#8217;issa ma r\u010beviet ebda twe\u0121iba\u201d.<\/a><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Is-skiet min-na\u0127a tal-awtorit\u00e0 dwar affarijiet tal-konsumatur huwa wie\u0127ed li j\u0127asseb. G\u0127alkemm g\u0127ad irid ji\u0121i stabilit kienx hemm uffi\u010bjali tat-Transport Malta u tad-dwana mda\u0127\u0127lin ukoll f&#8217;din il-kwistjoni, m&#8217;hemmx dubju li hemm numru ta&#8217; persuni li nsterqu \u0127ajjin mill-bejjieg\u0127a.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan il-ka\u017c huwa wie\u0127ed dwar difetti mo\u0127bija. Dawk li jimpurtaw prodotti ma\u0127dumin barra mill-Ewropa huma kunsidrati responsabbli g\u0127ad-danni ka\u0121unati minn difett fil-prodott. U l-vittmi &#8211; ji\u0121ifieri x-xerrejja tal-karrozzi li jkunu ngidmu &#8211; jkunu je\u0127tie\u0121u biss jippruvaw li se\u0127\u0127ew id-danni, li je\u017cisti d-difett u l-fatt li kien dan id-difett li wassal g\u0127ad-danni. Il-vittmi mhumiex me\u0127tie\u0121a jippruvaw li d-danni u d-difett se\u0127\u0127ew tort tal-importatur.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Difett ifisser anqas sigurt\u00e0 g\u0127ax-xerrej. F&#8217;dan il-ka\u017c, il-karrozzi \u0121ew reklamati b\u0127ala karrozzi li, pere\u017cemju, kellhom mhux aktar minn\u00a0 \u201c20,000 mil\u201d meta fil-fatt kellhom aktar minn \u201c120,000 mil\u201d. Dan il-fatt biss iwassal g\u0127al anqas sigurt\u00e0.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">I\u017cda l-li\u0121i g\u0127andha l-limiti tag\u0127ha. Id-danni li jistg\u0127u jirb\u0127u l-vittmi tat-tbag\u0127bis huma limitati g\u0127all-mewt jew korriment li jistg\u0127u ji\u0121u ka\u0121unati min\u0127abba d-difett fil-vettura. U dan huwa ta&#8217; \u017cvanta\u0121\u0121 g\u0127all-\u0127afna mill-vittmi tat-tbag\u0127bis.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-ambigwit\u00e0 fil-li\u0121ijiet ma te\u017cistix f&#8217;Malta biss. Fil-\u0120ermanja, il-vittmi tat-tbag\u0127bis fl-arlo\u0121\u0121i jkunu me\u0127tie\u0121a li jippruvaw li l-arlo\u0121\u0121 \u0121ie mbag\u0127bas u li l-bejjieg\u0127 kellu l-intenzjoni li jid\u0127ak bihom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fi Franza din l-ambigwit\u00e0 ma te\u017cistix. Jekk ikollok il-\u0127ila tipprova li l-kejl reali tal-arlo\u0121\u0121 ma jaqbilx ma&#8217; dak dikjarat fil-kuntratt tal-bejg\u0127, tkun tista&#8217; tikkan\u010bella l-kuntratt min\u0127abba difett mo\u0127bi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">B\u0127alissa l-awtorit\u00e0 dwar il-konsumaturi jmissha qed tiggwida lil dawn il-vittmi u tg\u0127addilhom informazzjoni dwar x&#8217;inhuma d-drittijiet tag\u0127hom. Dawn ser ikollhom i\u0127arrku lill-bejjieg\u0127a wie\u0127ed wie\u0127ed? Jekk dan huwa l-ka\u017c, quddiem liema awtorit\u00e0 jkunu jistg\u0127u j\u0127arrkuhom? Xi \u0127las ta&#8217; danni jkunu jistg\u0127u jitolbu?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-awtoritajiet m&#8217;g\u0127andhomx ifarfru fuq l-avukati tal-vittmi. L-istat huwa fid-dmir li j\u0127ares id-drittijiet tal-konsumaturi aktar u aktar meta jkun l-istat stess li jkun naqas li jevita t-tbag\u0127bis.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0126a naraw humiex ser jistenb\u0127u.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Ag\u0127tu daqqa t&#8217;g\u0127ajn lejn l-editorjal tal-lum tal-Malta Today li stqarr li l-kwistjoni tat-tbag\u0127bis fl-arlo\u0121\u0121i tal-karrozzi sekondaman ma tikkon\u010bernax biss it-tbag\u0127bis li twettaq mill-bejjieg\u0127a ta&#8217; dawn il-karrozzi. It-tbag\u0127bis jista&#8217; ji\u0121i evitat u l-uffi\u010bjali pubbli\u010bi jistg\u0127u jevitawh kemm-il darba jkun hemm kontrolli serji fil-port u kontrolli o\u0127rajn hekk kif ser ikunu re\u0121istrati karrozzi sekondaman mar-regolatur. Tbag\u0127bis b\u0127al [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":109777,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109781\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=109781"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109781\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":110021,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/109781\/revisions\/110021\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/109777\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=109781"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=109781"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=109781"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}