{"id":110082,"date":"2022-06-24T09:13:25","date_gmt":"2022-06-24T07:13:25","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=110082"},"modified":"2022-06-26T09:50:47","modified_gmt":"2022-06-26T07:50:47","slug":"il-proposta-li-joseph-muscat-jinhatar-president-tal-ghaqda-tal-klabbijiet-tal-futbol-ewlenin-xejn-ma-ghogbot-lil-ta-kastilja","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/06\/il-proposta-li-joseph-muscat-jinhatar-president-tal-ghaqda-tal-klabbijiet-tal-futbol-ewlenin-xejn-ma-ghogbot-lil-ta-kastilja\/","title":{"rendered":"Il-proposta li Joseph Muscat jin\u0127atar president tal-g\u0127aqda tal-klabbijiet tal-futbol ewlenin xejn ma g\u0127o\u0121bot lil &#8220;ta&#8217; Kastilja&#8221;"},"content":{"rendered":"<div id=\"attachment_110073\" style=\"width: 810px\" class=\"wp-caption aligncenter\"><img aria-describedby=\"caption-attachment-110073\" class=\"size-full wp-image-110073\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345.jpg\" alt=\"\" width=\"800\" height=\"487\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345-200x122.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345-300x183.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345-400x244.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345-600x365.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345-768x468.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/06\/2019-12-01T164800Z_1550354019_RC2FMD9WLM2D_RTRMADP_3_MALTA-DAPHNE-1575257345.jpg 800w\" sizes=\"(max-width: 800px) 100vw, 800px\" \/><p id=\"caption-attachment-110073\" class=\"wp-caption-text\">Ritratt: REUTERS\/Darrin Zammit Lupi<\/p><\/div>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Diversi g\u0127ejun minn fost il-klabbijiet tal-futbol tal-Premier qaluli li \u0127addiema li ja\u0127dmu fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Robert Abela qed i\u010bemplulhom biex iwissuhom kontra l-proposta li jin\u0127atar Joseph Muscat biex imexxilhom l-g\u0127aqda tag\u0127hom tal-klabbijiet tal-futbol professjonali. Lil dawn il-klabbijiet, \u0127addiema tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru qalulhom li jekk huma jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom biex Joseph Muscat jin\u0127atar b\u0127ala l-president tal-g\u0127aqda tag\u0127hom, il-gvern ma kienx bi\u0127siebu jag\u0127tihom l-appo\u0121\u0121 me\u0127tie\u0121 jekk ji\u0121u b\u017connu g\u0127all-pro\u0121etti li g\u0127andhom f&#8217;mo\u0127\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Lil u\u0127ud mill-presidenti ta&#8217; dawn il-klabbijiet u lil xi membri tal-kumitati tag\u0127hom qalulhom li jkunu qed &#8220;jag\u0127mlu \u0127sara lill-pajji\u017c&#8221;\u00a0 kemm-il darba Muscat, li kellu jwarrab minn prim ministru wara li \u0127ar\u0121u fil-bera\u0127 diversi skandli u rabtiet mal-pjan biex ti\u0121i assassinata l-\u0121urnalista Daphne Caruana Galizia, jing\u0127ata \u0127atra strate\u0121ika fil-qasam tal-isport.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn l-g\u0127ejun qaluli li \u0127addiema li ja\u0127dmu fl-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru fakkruhom li Malta g\u0127adha kemm tne\u0127\u0127iet mil-Lista l-Gri\u017ca tal-FATF u r-ritorn ta&#8217; Joseph Muscat fil-\u0127ajja pubblika lokali g\u0127andu jwassal biex Malta ter\u0121a&#8217; titqieg\u0127ed fi\u010b-\u010bentru tal-iskrutinju internazzjonali. Il-mexxejja tal-14-il klabb tal-futbol ewlenin f&#8217;Malta \u0121ew imwissija li kemm-il darba dawn jidde\u010biedu li jqabbdu l-karru tag\u0127hom ma&#8217; dak ta&#8217; Muscat, jistg\u0127u jibqg\u0127u \u010berti li l-banek kienu ser i\u017cidu l-g\u0127assa fuqhom jew ikollhom jerfg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Sadattant g\u0127ejun mill-MFA qaluli li l-proposta li jin\u0127atar Joseph Muscat hi wa\u0127da ta&#8217; t\u0127assib. Fl-img\u0127oddi l-MFA kienet \u0127ajret u inkora\u0121\u0121iet lill-klabbijiet il-kbar sabiex jiffurmaw l-g\u0127aqda tag\u0127hom u sabiex ja\u0127tru persuna indipendenti biex tirrappre\u017centahom. Fil-fatt, l-MFA fa\u0127\u0127ret id-de\u010bi\u017cjoni li kienet ittie\u0127det li permezz tag\u0127ha tne\u0127\u0127iet il-\u0127tie\u0121a li l-president ta&#8217; kull klabb imexxi lill-g\u0127aqda kull meta jkun imissu, b\u0127ala pass ie\u0127or li jwassal g\u0127all-professjonali\u017cmu.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127ejun fl-MFA qaluli li l-proposta li jin\u0127atar Joseph Muscat biex imexxi lil din l-g\u0127aqda xejn m&#8217;g\u0127o\u0121bithom u semmew \u017cew\u0121 ra\u0121unijiet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-ewwel: l-MFA kienet \u0127ajret lill-klabbijiet li jo\u0127olqu l-g\u0127aqda tag\u0127hom sabiex tkun tista&#8217; ssir applikazzjoni kollettiva fejn g\u0127andhom x&#8217;jaqsmu programmi ta&#8217; finanzjament mill-UEFA u sabiex ikun jista&#8217; jsir negozjar dwar drittijiet tax-xandir ma&#8217; g\u0127aqdiet \u017cg\u0127ar o\u0127rajn tal-futbol. Skont dawn, il-pre\u017cenza ta&#8217; Joseph Muscat f&#8217;negozjar b\u0127al dan, iwassal biex inaffar lill-parti l-o\u0127ra fin-negozju.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Wie\u0127ed mill-g\u0127ejun stqarr mieg\u0127i li \u201ca\u0127jar ma jkollna g\u0127aqda xejn milli jkollna wa\u0127da mmexxija minn Muscat&#8221;.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">It-tieni: \u0127addiema fi \u0127dan l-MFA jinsabu m\u0127assbin mill-fatt li, b\u0127ala president tal-g\u0127aqda tal-klabbijiet Joseph Muscat x&#8217;aktarx je\u017ci\u0121i li jsir membru fuq il-kumitat e\u017cekuttiv tal-MFA u li bi\u017c-\u017cmien isir il-president tag\u0127ha. Skont dawn l-g\u0127ejun, jekk isse\u0127\u0127 din il-mossa, ir-reputazzjoni \u0127a\u017cina li di\u0121\u00e0 g\u0127andu l-futbol Malti f&#8217;dik li hi korruzzjoni ting\u0127ata daqqa o\u0127ra &#8216;l isfel.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Joseph Muscat qed i\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lin-nies tieg\u0127u sabiex jirre\u017cistu g\u0127all-pressjoni \u0121ejja min-nies ta&#8217; Robert Abela biex b&#8217;hekk tg\u0127addi tieg\u0127u u jsir il-president ta&#8217; din l-g\u0127aqda tal-klabbijiet tal-futbol professjonali. Dawk li fl-img\u0127oddi kellhom karigi fil-Partit Laburista u fil-gvern u li kienu wkoll qrib Joseph Muscat meta dan kien prim ministru, qed i\u010bemplu lill-mexxejja ta&#8217; dawn il-klabbijiet biex jag\u0127mlu pressjoni fuqhom. Bosta minn dawk li qed jag\u0127mlu dawn it-telefonati kienu tne\u0127\u0127ew mill-kariga li kellhom minn Robert Abela wara li dan le\u0127aq prim ministru.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-pre\u017cenza ta&#8217; dawn il-qaddejja tindika li Joseph Muscat bi\u0127siebu jinvolvi fil-futbol Malti lil u\u0127ud minn dawk li kienu mda\u0127\u0127la fl-ag\u0127ar skandli ta&#8217; korruzzjoni li qatt rat Malta fl-istorja tag\u0127ha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-proposta li jin\u0127atar Joseph Muscat g\u0127amluha l-president tal-g\u0127aqda Robert Micallef, li hu wkoll il-president ta&#8217; Santa Lu\u010bija FC u Jesmond Abela, li jsibuh b\u0127ala \u201cil-\u0126a\u010b\u010b\u201d u huwa wkoll membru tal-kumitat tal-Hibernians ta&#8217; Ra\u0127al \u0120did.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jing\u0127ad li Micallef u Abela xejn ma kienu \u010bari dwar l-intenzjonijiet li g\u0127andu Joseph Muscat g\u0127all-g\u0127aqda tag\u0127hom u stqarrew biss li l-kwalitajiet li g\u0127andu Joseph Muscat huma \u201cdawk li huma me\u0127tie\u0121a b\u0127alissa g\u0127all-futbol Malti.\u201d<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127alkemm kien hemm min semma&#8217; l-possibilit\u00e0 li, mal-\u0127atra ta&#8217; Joseph Muscat, il-klabbijiet jistg\u0127u jgawdu minn finanzjament \u0121did, ma saru ebda proposti konkreti. Madankollu, dawk li qed jappo\u0121\u0121jaw il-\u0127atra ta&#8217; Joseph Muscat qed jg\u0127idu li dan ser jipproponi li jxolji l-g\u0127aqda u jikkonvertiha f&#8217;kumpannija. Mhuwiex \u010bar x&#8217;inhu l-\u0127sieb wara din il-proposta.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din in-nuqqas ta&#8217; kjarezza dwar l-intenzjonijiet li g\u0127andu Joseph Muscat wasslet g\u0127al spekulazzjonijiet dwar il-\u0127sibijiet veri li jista&#8217; g\u0127andu f&#8217;mo\u0127\u0127u. Wie\u0127ed mill-g\u0127ejun qalli li skont xi w\u0127ud mda\u0127\u0127lin fil-qasam tal-futbol, ir-ritorn fix-xena ta&#8217; Joseph Muscat jista&#8217; g\u0127andu rabta mal-Izibet li dan l-a\u0127\u0127ar reb\u0127et kon\u010bessjoni monopolistika f&#8217;dawk li huma lotteriji.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; bidliet fir-regolamenti, il-banek tal-lottu issa jistg\u0127u jibdew jir\u010bievu l-im\u0127atri dwar log\u0127biet tal-futbol f&#8217;Malta.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn l-g\u0127ejun qaluli li sid l-Izibet huwa \u010bertu Johann Schembri &#8211; bniedem li hu &#8220;qrib \u0127afna&#8221; ta&#8217; Joseph Muscat. S&#8217;issa g\u0127adni ma rnexxilix insir naf aktar dwar xi kwalit\u00e0 ta&#8217; relazzjoni te\u017cisti bejniethom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dakinhar li isem Joseph Muscat issemma&#8217; l-ewwel darba f&#8217;laqg\u0127a tal-klabbijiet, kienu pre\u017centi 13 mill-14-il president. Tnejn minnhom, ji\u0121ifieri l-presidenti ta&#8217; Santa Lu\u010bija u tal-Hibernians, wrew li kienu jaqblu b&#8217;sa\u0127\u0127a mal-\u0127atra ta&#8217; Joseph Muscat. Tnejn o\u0127ra, ji\u0121ifieri l-presidenti tal-Gudja u tal-Valletta, wrew ri\u017cervi. X&#8217;ser jidde\u010biedu l-10 presidenti l-o\u0127ra mhux mag\u0127ruf. Lill-klabbijiet, in-nies ta&#8217; Joseph Muscat qalulhom li huwa qed jistenna li jing\u0127ata l-appo\u0121\u0121 massi\u010b\u010b tag\u0127hom u li ma\u0121\u0121oranza sempli\u010bi mhix bi\u017c\u017cejjed.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Madankollu, skont kif qalli membru ta&#8217; kumitat li mhuwiex president, jidher li l-\u0127atra ta&#8217; Joseph Muscat mhi \u010berta xejn, aktar u aktar jekk jittie\u0127ed vot sigriet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-istatut tal-g\u0127aqda ma jsemmix it-te\u0127id ta&#8217; vot sigriet i\u017cda lanqas ma jg\u0127id li vot b\u0127al dan ma jistax jittie\u0127ed.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-g\u0127ejun tieg\u0127i qaluli li min\u0127abba l-pressjoni li qed issir fuq il-klabbijiet minn nies ta&#8217; Robert Abela u minn dawk ta&#8217; Joseph Muscat, vot sigriet biss jista&#8217; jwassal biex tkun mag\u0127rufa r-rieda vera rieda tal-presidenti tal-klabbijiet.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Diversi g\u0127ejun minn fost il-klabbijiet tal-futbol tal-Premier qaluli li \u0127addiema li ja\u0127dmu fl-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Robert Abela qed i\u010bemplulhom biex iwissuhom kontra l-proposta li jin\u0127atar Joseph Muscat biex imexxilhom l-g\u0127aqda tag\u0127hom tal-klabbijiet tal-futbol professjonali. Lil dawn il-klabbijiet, \u0127addiema tal-Uffi\u010b\u010bju tal-Prim Ministru qalulhom li jekk huma jag\u0127tu l-appo\u0121\u0121 tag\u0127hom biex Joseph Muscat jin\u0127atar b\u0127ala l-president tal-g\u0127aqda tag\u0127hom, [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":110074,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110082\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=110082"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110082\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":110130,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110082\/revisions\/110130\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/110074\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=110082"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=110082"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=110082"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}