{"id":110224,"date":"2022-07-05T14:21:46","date_gmt":"2022-07-05T12:21:46","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=110224"},"modified":"2022-07-05T18:58:02","modified_gmt":"2022-07-05T16:58:02","slug":"inkjesta-indipendenti-dwar-il-hidma-tal-avukat-generali-tista-twassal-biex-nibdew-insibu-tarf-ghall-krizi-tas-saltna-tad-dritt-fmalta","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/07\/inkjesta-indipendenti-dwar-il-hidma-tal-avukat-generali-tista-twassal-biex-nibdew-insibu-tarf-ghall-krizi-tas-saltna-tad-dritt-fmalta\/","title":{"rendered":"Inkjesta indipendenti dwar il-\u0127idma tal-Avukat \u0120enerali tista&#8217; twassal biex nibdew insibu tarf g\u0127all-kri\u017ci tas-saltna tad-dritt f&#8217;Malta"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Titnikket int u taqra r-rapport li xxandar illum fil-<em>Malta Toda<\/em>y dwar il-kaw\u017ca li qed tmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-<em>Pilatus Bank<\/em> u kontra wa\u0127da mill-impjegati g\u0127oljin li kellu. Jidher li l-Ma\u0121istrat issa waslet biex titlef is-sabar. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/defence-questions-relevance-evidence-pilatus-officials-court-case.965950\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Donatella Frendo Dimech wissiet lill-prosekuturi biex &#8220;ma jidfnux il-ka\u017c&#8221; u stqarret li l-provi li tressqu s&#8217;issa &#8220;mhumiex rilevanti&#8221;.<\/a> Kliem b\u0127al dan ma tantx iqawwi l-qlub, s&#8217;intendi, sakemm ma tkunx is-sid ta&#8217; dak li kien il-<em>Pilatus Bank<\/em> u qed t\u0127ejji xi kaw\u017ca warrab wi\u010b\u010bek kontra l-istat Malti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ming\u0127ajr ma jkolli g\u0127alfejn noqg\u0127od nissimpatizza ma&#8217; Claude-Ann Sant Fournier &#8211; dik li kienet uffi\u010bjal g\u0127oli ta&#8217; kontra l-\u0127asil tal-flus &#8211; li wa\u0127edha \u0121iet im\u0127arrka, jing\u0127ad in\u0121ustament, minn prosekuzzjoni kajmana li x&#8217;aktarx hi irrilevanti, ma nistax ma naqbilx mal-argument li \u0121abet id-difi\u017ca fis-sens li lil din il-bniedma qabdu mag\u0127ha in\u0121ustament.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk Sant Fournier tassew ta\u0127ti g\u0127al dak li se\u0127\u0127 fil-<em>Pilatus Bank<\/em> (kif qed tallega l-prosekuzzjoni fil-qorti) ma jistax ikun li hi kienet l-unika bniedma responsabbli. Din ma kinitx sidt il-Bank. Lill-Bank ma kinitx qed tmexxih hi. Ma kinitx tfittex lill-klijenti u t\u0127addmilhom flushom. Hemm o\u0127rajn li kienu responsabbli g\u0127al dan kollu u \u0127add minnhom ma \u0121ie m\u0127arrek. \u0126atja kemm tista&#8217; tkun \u0127atja din il-mara, il-li\u0121ijiet g\u0127andhom dejjem jg\u0127oddu g\u0127al kul\u0127add l-istess.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110220\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1.jpeg\" alt=\"\" width=\"1600\" height=\"1200\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-200x150.jpeg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-300x225.jpeg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-400x300.jpeg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-600x450.jpeg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-768x576.jpeg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-800x600.jpeg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1.jpeg 1024w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-1200x900.jpeg 1200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Image-1-1536x1152.jpeg 1536w\" sizes=\"(max-width: 1600px) 100vw, 1600px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Illum Robert Aquilina ta&#8217; <em>Repubblika<\/em> re\u0121a&#8217; tfa\u010b\u010ba fil-bini tal-Qorti ftit jiem wara li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/06\/why-repubblika-has-gone-to-court-again-over-the-pilatus-bank-scandal\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">sfida lill-kummissarju tal-pulizija biex iressaq lis-sid u lid-diretturi tal-bank fil-qorti.<\/a> Il-kumissarju <a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/police-chief-asks-court-to-throw-out-repubblikas-pilatus-bank-challenge\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Angelo Gaf\u00e0 wie\u0121eb fis-sens li hu biss g\u0127andu d-diskrezzjoni li jidde\u010biedi dwar min g\u0127andu ji\u0121i m\u0127arrek u li <em>Repubblika<\/em> m&#8217;g\u0127andhiex dritt tinda\u0127al fejn ma jesag\u0127hiex<\/a>. Il-qorti trid tidde\u010biedi je\u017cistux ra\u0121unijiet g\u0127al din l-isfida u ser tisma&#8217; l-provi lejn tmiem Ottubru.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u0126wejje\u0121 li bilkemm jitwemmnu: sfida fil-qorti dwar in-nuqqas ta&#8217; azzjoni fil-\u0127in min-na\u0127a tal-Pulizija u l-qorti ser iddum tliet xhur s\u0127a\u0127 biex tara jekk hemmx ba\u017ci legali g\u0127al din l-isfida!<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Robert Aquilina llum ipprova j\u0121ieg\u0127el lill-Avukat \u0120enerali ti\u010b\u010baqlaq. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/the-sunday-times-silence-of-the-wolves\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Kif spjegajt f&#8217;\u010bertu dettal fl-artiklu tieg\u0127i mxandar fis-<em>Sunday Times of Malta<\/em><\/a>, ma nafx kemm ser jirnexxilu. Il-li\u0121ijiet tag\u0127na tfasslu b&#8217;mod li jillimitaw il-possibilit\u00e0 li l-Avukat \u0120enerali ji\u0121i m\u0121ieg\u0127el jie\u0127u passi fil-qorti. I\u017cda a\u0127na ser nippruvaw in\u0121eg\u0127luha ti\u010b\u010baqlaq bil-mezzi kollha li tag\u0127tina l-li\u0121i.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Saqajna je\u0127tie\u0121 li n\u017commuhom mal-art. Jista&#8217; jag\u0127ti l-ka\u017c li l-Avukat \u0120enerali tag\u0127\u017cel li ti\u010b\u010baqlaq i\u017cda wie\u0127ed ma jista&#8217; qatt iserra\u0127 rasu li xog\u0127olha ser tag\u0127mlu sewwa u kif suppost. Il-prosekuzzjoni fqira li qed issir fil-ka\u017c tal-<em>Pilatus Bank<\/em> mhix isservi biex tqawwilna qalbna.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fil-qorti, l-avukati difensuri tal-Bank u tal-uffi\u010bjal ewlieni tieg\u0127u jidher li kixfu vavata min-na\u0127a tal-Avukat \u0120enerali li saret bil-g\u0127an ji\u0121u evitati l-obbligi tad-disclosure meta din tal-a\u0127\u0127ar ippre\u017centat quddiem il-Ma\u0121istrat patafjun ta&#8217; dokumenti li huma irrilevanti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ali Sadr Hasheminejad, <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2020\/06\/us-government-drops-case-against-ali-sadr-on-a-technicality\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">wara li kien instab \u0127ati ta&#8217; frodi bankarja minn qorti fi New York, ftit wara rnexxielu jg\u0127addiha lixxa min\u0127abba nuqqasijiet tal-prosekuzzjoni f&#8217;dik li hi disclosure<\/a>. Tg\u0127id dan il-bniedem g\u0127andu xorti li hi daqshekk tajba li jsib ma&#8217; wi\u010b\u010bu prosekuturi li jkollhom f&#8217;idejhom il-provi kollha me\u0127tie\u0121a biex isallbuh i\u017cda mbag\u0127ad ifallu min\u0127abba xi teknikalit\u00e0?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Illum fil-qorti l-avukati tad-difi\u017ca lmentaw mill-fatt li s-segretezza kollha li qed tin\u017camm fil-ka\u017c qed isservi ta&#8217; \u017cvanta\u0121\u0121 g\u0127all-klijenti tag\u0127hom. Dawn l-avukati qed jaqdu d-dmir tag\u0127hom u dak huwa xog\u0127olhom. I\u017cda ma tistax ma tinkwetax meta tisma&#8217; lill-ma\u0121istrat tilmenta mill-mod kif qed tittratta mag\u0127ha l-prosekuzzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/court_and_police\/117666\/ag_accused_of_withholding_evidence_despite_forcing_police_to_arraign_pilatus_official#.YsQdly8RqX0\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Skont ir-rapport li xxandar mill-<em>Malta Today <\/em>tal-lum, il-ma\u0121istrat stqarret li \u201cfl-awla tieg\u0127i ma ni\u0127ux pja\u010bir nisma&#8217; lil min jipprova jiddefendi dak li huwa indifensibbli\u201d.<\/a> Hawn ma kinitx qed tirreferi g\u0127all-avukati tad-difi\u017ca i\u017cda g\u0127all-uffi\u010bjali tal-prosekuzzjoni.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dak li kien id-dekan tal-fakult\u00e0 tal-li\u0121i, Kevin Aquilina <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2022-07-05\/newspaper-opinions\/To-resign-or-not-to-resign-That-is-the-question-6736244226\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">stqarr li ebda avukat \u0121enerali m&#8217;g\u0127andu jitke\u010b\u010ba mill-Parlament g\u0127ax hekk qed tg\u0127id li g\u0127andu jse\u0127\u0127 xi NGO<\/a>. Jekk ise\u0127\u0127 dan, tkun qed tinkiser is-saltna tad-dritt g\u0127aliex, wara kollox, l-istess saltna tad-dritt te\u0127tie\u0121 li jkollha prosekutur indipendenti li jit\u0127alla ja\u0127dem kif suppost. Is-saltna tad-dritt ma tistax ta\u0127dem bi prosekutur li jkun jista&#8217; jitke\u010b\u010ba biss b&#8217;daqqa ta&#8217; pinna.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dan kollu huwa minnu. Dejjem g\u0127andu jkun hemm pro\u010bess. Kevin Aquilina jg\u0127id li \u0121udikanti rtirati u l-prede\u010bessuri ta&#8217; Victoria Buttigieg g\u0127andhom jitqabbdu biex imexxu inkjesta bil-g\u0127an li ji\u0121u stabbiliti l-fatti dwar l-operat ta&#8217; Victoria Buttigieg qabel jin\u0121ibdu konklu\u017cjonijiet li jistg\u0127u jkunu s-sisien ta&#8217; de\u010bi\u017cjoni parlamentari dwar it-tke\u010b\u010bija tag\u0127ha mill-kariga.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;hemmx dubju li m&#8217;a\u0127niex ser naslu s&#8217;hawn. Dan g\u0127aliex wie\u0127ed je\u0127tie\u0121 jammetti li s-sistema politika tag\u0127na qatt ma wasslet biex ikun hemm qbil li titke\u010b\u010ba persuna li tkun qed tgawdi mis-security of tenure, a\u0127seb u ara kemm ser ikun hemm qbil dwar it-tke\u010b\u010bija ta&#8217; uffi\u010bjal b\u0127al Victoria Buttigieg li hi persuna utli g\u0127al min g\u0127andu kull interess li jara li l-verit\u00e0 kollha dwar il-<em>Pilatus Bank<\/em> tibqa&#8217; mistura.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk din ser tibqa&#8217; tinjora s-sej\u0127iet li saru biex twarrab mill-kariga, inkjesta indipendenti minn esperti fil-materja biss li tasal g\u0127all-konklu\u017cjoni wara anali\u017ci o\u0121\u0121ettiva li mhix persuna kompetenti tista&#8217; mbag\u0127ad twassalha biex iddabbar rasha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk dan jista&#8217; jsir, je\u0127tie\u0121 li jsir u dan biex il-pajji\u017c ma jibqax jeg\u0127req billi lill-kriminali jippermettilhom jg\u0127adduha lixxa bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; prosekuzzjonijiet imnejkin, ta&#8217; dewmien mhux \u0121ustifikat u ta&#8217; preskrizzjonijiet.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Naqbel li l-kri\u017ci tas-saltna tad-dritt f&#8217;pajji\u017cna ma nistg\u0127ux insibu tarfha billi naqtg\u0127u g\u0127ad-dritt u billi niksru aktar li\u0121ijiet. Lanqas ser neg\u0127lbuha billi noqog\u0127du b&#8217;idejna fuq \u017caqqna jew billi nag\u0127mlu b\u0127al dak li qed ise\u0127\u0127 b\u0127alissa fil-qorti f&#8217;kaw\u017ca kontra bank li issa ilu li ng\u0127alaq.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Titnikket int u taqra r-rapport li xxandar illum fil-Malta Today dwar il-kaw\u017ca li qed tmexxi l-prosekuzzjoni kontra l-Pilatus Bank u kontra wa\u0127da mill-impjegati g\u0127oljin li kellu. Jidher li l-Ma\u0121istrat issa waslet biex titlef is-sabar. Donatella Frendo Dimech wissiet lill-prosekuturi biex &#8220;ma jidfnux il-ka\u017c&#8221; u stqarret li l-provi li tressqu s&#8217;issa &#8220;mhumiex rilevanti&#8221;. Kliem b\u0127al dan [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":110221,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110224\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=110224"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110224\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":110238,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110224\/revisions\/110238\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/110221\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=110224"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=110224"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=110224"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}