{"id":110508,"date":"2022-07-27T11:50:14","date_gmt":"2022-07-27T09:50:14","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=110508"},"modified":"2022-07-28T11:55:01","modified_gmt":"2022-07-28T09:55:01","slug":"l-inkjesta-daphne-sena-wara","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/07\/l-inkjesta-daphne-sena-wara\/","title":{"rendered":"L-Inkjesta Daphne: sena wara"},"content":{"rendered":"<p>Dan li \u0121ej huwa sunt tar-rakkomandazzjonijiet li segwew il-konklu\u017cjonijiet tal-inkjesta dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li xxandru sena ilu. Il-kolonna tax-xellug tikkwota estratti<a href=\"https:\/\/s3.documentcloud.org\/documents\/21114883\/public-inquiry-report-en.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> tar-rakkomandazzjonijiet im\u0127ejjija u mxandrin bl-Ingli\u017c mid-<em>Daphne Caruana Galizia Foundation.<\/em><\/a><\/p>\n<p>Fin-nofs jidher is-simbolu &#8220;traffic light&#8221; li jindika l-istat tat-twettiq ta&#8217; kull proposta: il-kulur a\u0127dar ifisser li l-proposta twettqet, il-kulur isfar ifisser li l-proposta twettqet parzjalment u l-kulur a\u0127mar ifisser li l-proposta baqg\u0127et ma twettqitx. Tista&#8217; tg\u0127id li kwa\u017ci r-rakkomandazzjonijiet kollha g\u0127andhom il-kulur a\u0127mar u ebda wie\u0127ed minnhom m&#8217;g\u0127andu l-a\u0127dar. Fil-kolonna fuq in-na\u0127a tal-lemin hemm spjegazzjoni fil-qosor ta&#8217; dak kollu li se\u0127\u0127 minn dakinhar li xxandret il-proposta. Dan mhuwiex anali\u017ci jew kummentarju s\u0127i\u0127 i\u017cda sunt li jg\u0127in lil dak li jkun iqieg\u0127ed kollox fil-kuntest tieg\u0127u u dan bil-g\u0127an li tissokta d-diskussjoni.<\/p>\n<p><a href=\"https:\/\/www.gov.mt\/en\/Government\/DOI\/Press%20Releases\/Documents\/pr211432a.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Hawn tista&#8217; ssib il-ver\u017cjoni ori\u0121inali tal-inkjesta.<\/a><\/p>\n<p><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110503\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia.jpg\" alt=\"\" width=\"870\" height=\"489\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-200x112.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-300x169.jpg 300w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-400x225.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-600x337.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-768x432.jpg 768w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia-800x450.jpg 800w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/Daphne-Caruana-Galizia.jpg 870w\" sizes=\"(max-width: 870px) 100vw, 870px\" \/><\/p>\n<table style=\"font-weight: 400;\" width=\"100%\">\n<tbody>\n<tr>\n<td width=\"6%\">1.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>\u00a0I<span class=\"fontstyle0\">l-Pulizija&#8230;&#8230;.g\u0127andhom jissoktaw bl-investigazzjonijiet<br \/>\ntag\u0127hom biex jidentifikaw il-persuni kollha b\u2019xi mod involuti fl-assassinju u jassiguraw li kollha jirrispondu g\u0127al g\u0127emilhom quddiem il-Qrati.\u00a0<\/span><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ir-rapport tal-inkjesta xxandar wara li <a href=\"https:\/\/lovinmalta.com\/opinion\/analysis\/who-are-the-tal-maksar-agius-brothers-under-arrest-for-supplying-bomb-that-murdered-daphne-caruana-galizia\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">tressqu l-qorti l-a\u0127wa tal-Maksar u Jamie Vella<\/a>. Minn dakinhar &#8216;l hawn ma tressaq \u0127add aktar. Fi\u017c-\u017cmien li kienu \u0121ew arrestati l-a\u0127wa tal-Maksar, il-kummissarju An\u0121lu Gaf\u00e0 stqarr li \u201c<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/watch-police-commissioner-adressing-conference-ahead-of-major.853897\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">kull persuna involuta &#8211; il-mo\u0127\u0127 u l-kompli\u010bi, jinsabu ta\u0127t arrest u mixlija fil-qorti<\/a>.\u201d Din l-istqarrija hemm min fehemha li l-investigazzjonijiet waqfu. Madankollu fi Frar li g\u0127adda l-prosekutur Philip Galea Farrugia stqarr fil-qorti li \u201c<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/other-people-probably-involved-in-daphne-murder-deputy-ag-says.934702\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">x&#8217;aktarx hemm persuni o\u0127rajn imda\u0127\u0127la fil-qtil (ta&#8217; Daphne)<\/a>.\u201d Mhuwiex \u010bar jekk dan fisser li l-pulizija g\u0127adha qed tipprova ssibhom.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">2.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>\u00a0<span class=\"fontstyle0\">Il-Bord jag\u0127mel tieg\u0127u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni<br \/>\nVenezja, il-Kummissjoni Greco u mil-\u201clegal affairs committee\u201d tal-Parlament Ewropew biex isa\u0127\u0127a\u0127 il-governanza tajba<\/span><br \/>\n<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Twettqu ftit wisq mir-rakkomandazzjonijiet li ressqu dawn l-a\u0121enziji u kwa\u017ci lkoll tg\u0127aw\u0121u b&#8217;mod li jmur lil hinn mill-iskop ori\u0121inali li g\u0127alihom saru. <a href=\"https:\/\/www.venice.coe.int\/webforms\/documents\/default.aspx?pdffile=CDL(2020)017-e\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Ir-rakkomandazzjonijiet dwar riformi fl-uffi\u010b\u010bju tal-President, dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-Parlament, dwar it-tis\u0127i\u0127 tal-indipendenza tal-\u0121udikatura fit-tribunali amministrattivi u dwar it-tnedija ta&#8217; pro\u010bess ta&#8217; riformi kostituzzjonali baqg\u0127u lkoll fuq l-ixkaffa ji\u0121mg\u0127u it-trab<\/a>. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/05\/malta-fails-to-implement-most-anti-corruption-recommendations\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Twettqu tnejn biss mit-23 rakkomandazzjoni mressqa mill- GRECO<\/a>. <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2022-05-25\/local-news\/LIBE-committee-raises-concerns-over-slow-justice-system-calls-on-Malta-to-scrap-passport-scheme-6736243212\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">F&#8217;Mejju 2022 il-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew baqa&#8217; m\u0127asseb aktar minn qatt qabel dwar il-\u0121ustizzja g\u0127al Daphne, dwar il-protezzjoni tal-\u0121urnalisti u dwar it-t\u0127addim tal-\u0121ustizzja f&#8217;Malta<\/a>. Ma&#8217; dawn l-a\u0121enziji issa ng\u0127aqdet <a href=\"https:\/\/www.osce.org\/files\/f\/documents\/8\/7\/522712.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-OSCE fit-t\u0127assib dwar il-kundizzjonijiet g\u0127all-\u0121urnalisti.<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">3.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>\u00a0<span class=\"fontstyle0\">Emendi fil-li\u0121ijiet li jistg\u0127u jg\u0127inu mhux ftit biex<br \/>\njikkontrastaw il-mentalit\u00e0 li wie\u0127ed jista\u2019 jevadi li\u0121ijiet u anke jwettaq \u010berti<br \/>\ndelitti serji g\u0127aliex ikun f\u2019po\u017cizzjoni ta\u2019 poter, politiku jew ekonomiku jew<br \/>\ng\u0127ax ikun parti minn organizzazzjoni kriminali protetta minn dan il-poter.<br \/>\nF\u2019dan ir-rigward hu essenzjali li l-li\u0121ijiet jipprovdu li l-politika ta\u2019 sanzjonar ta\u2019<br \/>\nirregolaritajiet u illegalitajiet tkun ridotta g\u0127all-minimu u ka\u017cijiet e\u010b\u010bezzjonali.<br \/>\nMin jikser il-li\u0121i g\u0127andu jsofri l-konsegwenzi tal-g\u0127emil tieg\u0127u, m\u2019g\u0127andux <\/span><\/em><em><span class=\"fontstyle0\">ikollu l-aspettattiva li bil-flus jissana dak li bil-li\u0121i ma kellux dritt g\u0127alih. Hija din il-mentalit\u00e0 prevalenti fis-so\u010bjet\u00e0 li ssa\u0127\u0127a\u0127 l-arroganza ta\u2019 min g\u0127andu poter politiku u ekonomiku. Hi \u017c-\u017cerrieg\u0127a li tnibbet il-korruzzjoni<\/span>\u00a0<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Bl-emendi g\u0127al-li\u0121ijiet jew ming\u0127ajrhom, l-impunit\u00e0 baqg\u0127et tirrenja. Minkejja l-provi li rri\u017cultaw mill-Panama Papers u mill-investigazzjonijiet li kienet g\u0127amlet Daphne, \u0127add ma tressaq il-qorti. Komplew l-inkjesti dwar il-privatizzazzjoni tal-isptarijiet, dwar il-kuntratt tal-Electrogas, dwar l-imtie\u0127en tar-ri\u0127 tal-Montenegro, dwar 17 Black u o\u0127rajn fl-assenza ta&#8217; xi \u010baqliq minn na\u0127a tal-pulizija. Bis-sa\u0127\u0127a tal-inkjesta dwar il-Pilatus Bank, tressqu l-qorti l-bank u uffi\u010bjal i\u017cda <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/bullet-fee\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-prosekuzzjoni tidher li hi monka<\/a>. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/watch-repubblika-challenges-ag-inaction-on-pilatus-bank\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-Pulizija baqg\u0127et sal-lum tinjora ordni biex jitressaq il-qorti sid il-bank u d-diretturi<\/a>. <a href=\"https:\/\/www.moneylaundering.com\/news\/maltas-aml-battle-enters-the-courtroom\/?fbclid=IwAR0ADSEwH6bK-IyisORYDCoNKFTcNO7PeYJV5kMvLzFN2n3MN3nbqi6pL5M\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">De\u010bi\u017cjonijiet li tkun \u0127adet l-FIAU qed ji\u0121u appellati b&#8217;mod sistematiku u qed ji\u0121u revokati mill-qorti u l-multi amministrattivi qed jit\u0127allew ming\u0127ajr ba\u017ci legali difensibbli.<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">4.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>P<span class=\"fontstyle0\">ratti\u010bi amministrattivi li jirregolaw sewwa u b\u2019mod effettiv ir-relazzjonijiet li jistg\u0127u jin\u0127olqu bejn l-amministrazzjoni pubblika u nies tan-negozji li mag\u0127hom l-entitajiet tal-Istat ne\u010bessarjament iridu jitrattaw biex jin\u0127oloq il-\u0121id. <\/span><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/governments-shuns-launch-new-proposed-ethics-transparency-standards.967606\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Effettivament il-gvern mhuwiex jikkopera mal-isforzi tal-Kummissarju tal-Istandards biex jidda\u0127\u0127lu regolamenti \u0121odda.<\/a> Dan ix-xahar stess<a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/polidano-met-prime-minister-robert-abela-days-arrest.968758\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\"> l-uffi\u010b\u010bju ta&#8217; Robert Abela ddefenda d-de\u010bi\u017cjoni tal-prim ministru li jiltaqa&#8217; ma&#8217; Charles i\u010b-\u010aaqnu Polidano ftit \u0121ranet biss wara li dan \u0121ie arrestat dwar suspett ta&#8217; \u0127asil ta&#8217; flus ma\u0127mu\u0121in u korruzzjoni<\/a>. La hemm regoli dwar trasparenza u lanqas re\u0121istru dwar laqg\u0127at b\u0127al dawn u l-poplu qed isir jaf bihom biss meta jinteb\u0127u bihom il-\u0121urnalisti.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">5.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Fuq kollox je\u0127tie\u0121 li infurzar ta\u2019 li\u0121ijiet u regolamenti li di\u0121\u00e0 je\u017cistu ji\u0121u fejn hemm<br \/>\nb\u017conn emendati biex isiru aktar rigoru\u017ci u sewwa applikati \u0127alli ji\u0121i evitat l-abbu\u017c. Fost dawn il-Bord jindika t-tis\u0127i\u0127 tal-li\u0121i tal-Whistleblower, dik tal-finanzjament tal-Partiti, il-li\u0121ijiet li jirregolaw l-g\u0127oti ta\u2019 kuntratti inklu\u017ci<br \/>\ntenders u direct orders.<\/span><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Emendi li dda\u0127\u0127lu g\u0127al-li\u0121i dwar il-protezzjoni tal-whistleblowers wettqu l-bi\u010b\u010ba l-kbira tad-direttivi tal-UE <a href=\"https:\/\/repubblika.org\/malta-new-law-to-protect-whistleblowers-a-trojan-horse\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">i\u017cda naqsu li jindirizzaw ir-ra\u0121uni l-g\u0127ala l-li\u0121i fil-prattika qatt ma kienet effettiva: il-gvern \u017camm id-diskrezzjoni dwar l-g\u0127oti tal-protezzjoni lil dawk li jkunu disposti li jixhdu kontrih<\/a>. Ma saret ebda diskussjoni dwar ir-riforma fil-finanzjament tal-partiti u ma saru ebda proposti dwar ir-revi\u017cjoni tar-regolamenti tal-public procurement.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">6.<\/td>\n<td width=\"35%\">&nbsp;<\/p>\n<p><em><span class=\"fontstyle0\">Il-li\u0121ijiet g\u0127andhom jassiguraw li m\u2019g\u0127andux ikun permess n-negozjar bil-mo\u0127bi bejn l-amministratur pubbliku u nies fin-negozju. Spe\u010bjalment g\u0127andu ji\u0121i projbit kull kuntatt mag\u0127hom fuq investiment pro\u0121ettat permezz ta\u2019<br \/>\nkomunikazzjoni li ma jkunx governattiv u uffi\u010bjali. <\/span> <\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 4 aktar &#8216;il fuq.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">7.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Je\u0127tie\u0121 li jkun hemm li\u0121ijiet bil-g\u0127an ti\u0121i mi\u0121\u0121ielda l-kriminalit\u00e0 finanzjarja, t-tix\u0127im u l-korruzzjoni bis-sa\u0127\u0127a ta&#8217; \u201cUnexplained Wealth Orders\u201d.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/103795\/unexplained_wealth_order_law_placed_on_backburner#.YuDw7S8RpQI\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-gvern ressaq proposti dwar li\u0121i tal-UWO u mbag\u0127ad g\u0127all-g\u0127arrieda re\u0121\u0121a&#8217; kollox lura ming\u0127ajr ma ta ebda spjegazzjoni.\u00a0\u00a0<\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">8.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Ji\u0121i kreat reat spe\u010bifiku g\u0127al meta persuna b\u2019kariga pubblika tfixkel jew<br \/>\ntittanta tfixkel lill-Pulizija jew awtoritajiet o\u0127ra fil-qadi ta\u2019 dmirijiethom fosthom investigazzjonijiet ta\u2019 reati;<\/span><br \/>\n<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/pn-mega-bill-defeated-in-parliament-after-government-votes-against.930685\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-gvern ivvota kontra numru ta&#8217; abbozzi ta&#8217; li\u0121ijiet dwar is-su\u0121\u0121ett imressqa minn Jason Azzopardi.<\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">9.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">B\u017conn li ji\u0121i introdott reat simili g\u0127all-artikolu 416 <\/span><span class=\"fontstyle2\">bis <\/span><span class=\"fontstyle0\">tal-Kodi\u010bi Kriminali Taljan li jikkontempla r-reat ta\u2019 \u201c<\/span><span class=\"fontstyle2\">di associazione di stampo<br \/>\nmafioso<\/span><span class=\"fontstyle0\">\u201d;<\/span><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 8. <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/01\/he-says-it-isnt-a-mafia-state-which-proves-it-is\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-Prim Ministru Robert Abela ipprova jwaqqa&#8217; kollox g\u0127ar-redikolu u stqarr li l-li\u0121ijiet ta&#8217; kontra l-mafja riduhom biss dawk li jixtiequ lil Malta tissejja\u0127 Mafia State.<\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">10.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Jidda\u0127\u0127al fil-Kodi\u010bi Kriminali Malti r-reat \u0121did ta\u2019 \u201cAbbuso d\u2019Ufficcio\u201d li jsir minn uffi\u010bjal pubbliku jew inkarigat minn servizz pubbliku fil-qadi ta\u2019<br \/>\ndmirijietu jew fl-e\u017cer\u010bizzju tal-funzjonijiet tieg\u0127u;<\/span> <\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 8.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">11.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Hemm lok ta\u2019 revi\u017cjoni tal-li\u0121i tal-Avukat \u0120enerali biex ji\u0121u<br \/>\nimplimentati g\u0127alkollox ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja<br \/>\ng\u0127al dak li jirrigwarda l-kontroll s\u0127i\u0127 tal-investigazzjoni ta\u2019 reati gravi flimkien mal-Pulizija kif ukoll li hu stess jibda investigazzjoni<\/span><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">L-idea g\u0127adha ma \u0121ietx diskussa, a\u0127seb u ara kemm \u0121iet imwettqa. Sadattant, permezz ta&#8217; sensiela ta&#8217;<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/06\/its-a-mistake-to-call-this-a-mistake\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u00a0\u201c\u017cbalji\u201d,<\/a> l-Avukat \u0120enerali Victoria Buttigieg kompliet miexja fuq il-passi ta&#8217; dak ta&#8217; qabilha\u00a0 Peter Grech billi ssuktat bit-tfixkil fil-konfront ta&#8217; investigazzjonijiet li g\u0127andhom il-potenzjal li jikxfu lil dawk li kellhom jew li g\u0127ad g\u0127andhom is-setg\u0127a politika.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">12.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Ix-xhieda quddiem il-Bord juru \u0127tie\u0121a li ji\u0121i introdott fil-li\u0121i kriminali r-reat ta\u2019 ostruzzjoni tal-\u0121ustizzja simili g\u0127al dak ta\u2019 \u201c<\/span><span class=\"fontstyle2\">obstruction of justice<\/span><span class=\"fontstyle0\">\u201d f\u2019\u0127afna kodi\u010bijiet esteri. Dana b\u2019penalitajiet adegwati li jkopri wkoll it-tentattiv ta\u2019 \u201c<\/span><span class=\"fontstyle2\">depistaggio<\/span><span class=\"fontstyle0\">\u201d;<\/span><br \/>\n<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 8.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">13.<\/td>\n<td width=\"35%\">\u00a0<em><span class=\"fontstyle0\">B\u017conn ta\u2019 provvedimenti le\u0121islattivi u fil-Kodi\u010bijiet tal-Etika biex jilqg\u0127u g\u0127al im\u0121iba mhux xierqa ta\u2019 uffi\u010bjali pubbli\u010bi fil-qadi ta\u2019 dmirijiethom;<\/span><\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 8.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">14.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><em>\u00a0<span class=\"fontstyle0\">L-aqwa protezzjoni li g\u0127andha ting\u0127ata lil min ikun espost g\u0127al riskju gravi huwa li l-Pulizija tkun f\u2019po\u017cizzjoni li tidentifika l-kaw\u017ca ta\u2019 dak ir-riskju biex tkun tista\u2019 tilqa\u2019 g\u0127alih. Fil-ka\u017c tal-\u0121urnalista dan ifisser, fost \u0127wejje\u0121<br \/>\no\u0127ra, investigazzjoni tempestiva u effettiva tal-kaw\u017ca ta\u2019 dak ir-riskju jew<br \/>\nriskji. Biex dan ikun jista\u2019 jse\u0127\u0127, je\u0127tie\u0121 li jkun hemm struttura <\/span><span class=\"fontstyle2\">ad hoc <\/span><span class=\"fontstyle0\">fil-Korp tal-Pulizija.<\/span><\/em><\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Din l-istruttura jidher li n\u0127olqot u \u0121ew introdotti pro\u010beduri fi \u0127dan il-korp tal-pulizija bil-g\u0127an li d-diskrezzjoni dwar kwistjonijiet b\u0127al dawn ma tibqax f&#8217;idejn il-Kummissarju. Ma jidhrix li dan il-pro\u010bess huwa mg\u0127asses esternament\u00a0 u g\u0127aldaqstant wie\u0127ed ma jistax ikun \u010bert li qed jitwettqu l-proposti tal-inkjesta.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">15.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em><span class=\"fontstyle0\">Il-Bord jelenka b\u2019mod sintetiku s-segwenti rakkomandazzjonijiet, ukoll<br \/>\nb\u2019riferenza g\u0127al dak illi dig\u00e0 \u0121ie espost fil-konsiderazzjonijiet tieg\u0127u dwar it-tielet terminu ta\u2019 riferenza.<\/span><br \/>\n<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 3. Kemm ilu li xxandar ir-rapport tal-inkjesta, ma jidhirx li sar progress jew titjib.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">16.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Il-Korp g\u0127andu japprezza r-rwol tal-\u0121urnalist b\u0127ala g\u0127assies tad-demokrazija fil-pajji\u017c u l-valur tal-\u0121urnali\u017cmu b\u0127ala sie\u0127eb mal-awtoritajiet fl-infurzar tal-li\u0121ijiet bil-g\u0127an li tit\u0127ares is-saltna tad-dritt.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Il-Pulizija g\u0127a\u017clet uffi\u010bjal li g\u0127andu ja\u0127dem mill-qrib mal-g\u0127aqda tal-\u0121urnalisti. Madankollu, <a href=\"https:\/\/www.independent.com.mt\/articles\/2022-05-31\/local-news\/Repubblika-demands-that-police-commissioner-call-press-conference-and-be-held-to-account-6736243365\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">l-Kummissarju An\u0121lu Gaf\u00e0 qed jevita lill-istampa<\/a> u ma jidhrix li hemm djalogu bejn l-uffi\u010b\u010bju tieg\u0127u u l-\u0121urnalisti.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">17.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Il-Korp tal-Pulizija &#8230; g\u0127andu jkun im\u0127arre\u0121 sewwa mhux biss fil-konfront tal-valur tal-\u0121urnali\u017cmu i\u017cda anki fit-teknika investigattiva u\u017cata mill-\u0121urnalisti, fil-metodi li dawn ju\u017caw biex jinkisbu r-ri\u017cultati li jag\u0127tu valur lill-konklu\u017cjonijiet li jaslu g\u0127alihom li jkunu msejsin fuq anali\u017ci li jkun g\u0127amlu.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ma jidhirx li b&#8217;xi mod twettqet din ir-rakkomandazzjoni.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">18.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Wie\u0127ed g\u0127andu jara hemmx lok li ti\u0121i emendata l -Kostituzzjoni sabiex l-artikli li jittrattaw dwar il-libert\u00e0 tal-kelma u l-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles ji\u0121u rikonoxxuti b\u0127ala kolonni ta&#8217; so\u010bjet\u00e0 demokratika u li l-istat g\u0127andu d-dmir li jiggarantihom u j\u0127arishom. Din l-emenda g\u0127andha wkoll tirrikonoxxi d-dritt tal-individwu li jir\u010bievi informazzjoni mill-Istat u mill-amministrazzjoni pubblika u li l-Istat u l-awtoritajiet pubbli\u010bi huma obbligati li jipprovdu din l-informazzjoni.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 8. Ma sar ebda dibattitu pubbliku bl-involviment tal-gvern dwar metodi formali li permezz tag\u0127hom ji\u0121i rikonoxxut id-dritt tal-poplu li jing\u0127ata informazzjoni u dwar ir-rwol tal-\u0121urnali\u017cmu f&#8217;pajji\u017c demokratiku.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">19.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>G\u0127andu jin\u0127oloq Uffi\u010b\u010bju Indipendenti tal-Ombudsman jew Kummissarju dwar l-Etika \u0120urnalistika fuq l-istess linji tal-Kummissarju dwar Istandards fil-\u0126ajja Pubblika. Din l-awtorit\u00e0 g\u0127andha tkun totalment awtonoma u imparzjali u g\u0127andu jkollha s-setg\u0127a li twettaq il-li\u0121ijiet u r-regolamenti li jipprote\u0121u l-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles, is-sigurt\u00e0 tal-\u0121urnalisti u d-dritt g\u0127all-informazzjoni.\u00a0\u00a0<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ma kien hemm ebda dibattitu u ma ttie\u0127du ebda inizjattivi biex ti\u0121i mwettqa din il-mi\u017cura.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">20.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>G\u0127andha ssir revi\u017cjoni tal-Kostituzzjoni fejn g\u0127andha x&#8217;taqsam l-Awtorit\u00e0 tax-Xandir.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/www.osce.org\/files\/f\/documents\/8\/7\/522712.pdf\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-\u0127tie\u0121a ta&#8217; riforma b\u0127al din issemmiet mill-OSCE<\/a>, i\u017cda ma ttie\u0127du ebda passi f&#8217;dan ir-rigward.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">21.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Il-Freedom of Information Act (Kapitlu 496) g\u0127andu ji\u0121i emendat sabiex jonqsu l-okka\u017cjonijiet li fihom l-amministrazzjoni pubblika tkun tista&#8217;, b&#8217;mod arbitrarju, tirrifjuta li tipprovdi informazzjoni li tkun fl-interess pubbliku.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ma ttie\u0127du ebda passi f&#8217;dan ir-rigward.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">22.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Il-problema tal-kaw\u017ci ta&#8217; libell SLAPP g\u0127andha ti\u0121i indirizzata. <\/em><em>\u00a0<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">F&#8217;Jannar 2022, il-gvern xandar abbozz li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/03\/ngos-publish-recommendations-for-media-freedom-and-safety-of-journalists\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">jindirizza din il-kwistjoni parzjalment <\/a>i\u017cda l-kwistjoni ma dda\u0127\u0127litx fl-a\u0121enda tal-Parlament. Jing\u0127ad li l-kwistjoni \u0121iet indirizzata mill-kumitat ta&#8217; esperti ma\u0127tura mill-gvern i\u017cda l-<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/broken-promises-on-press-freedom-reforms\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Prim Ministru Robert Abela baqa&#8217; jinjora l-impenn li kien g\u0127amel biex ixandar ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">23.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Elimina l-possibilt\u00e0 ta&#8217; libelli vessatorji kontra \u0121urnalisti li jinbdew minn persuni li g\u0127andhom kariga pubblika u li huma fid-dmir li jiddefendu l-libert\u00e0 tal-kelma.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Jidher li dan is-su\u0121\u0121ett \u0121ie indirizzat mill-kumitat ta&#8217; esperti ma\u0127tur mill-gvern i\u017cda l-<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/broken-promises-on-press-freedom-reforms\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Prim Ministru Robert Abela baqa&#8217; jinjora l-impenn li kien g\u0127amel biex ixandar ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu.<\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">24.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Kaw\u017ci tal-libell g\u0127andhom jieqfu mal-mewt tal-\u0121urnalist im\u0127arrek. <\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">F&#8217;Jannar 2022, il-gvern xandar abbozz li <a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/03\/ngos-publish-recommendations-for-media-freedom-and-safety-of-journalists\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">jindirizza din il-kwistjoni parzjalment <\/a>i\u017cda l-kwistjoni ma dda\u0127\u0127litx fl-a\u0121enda tal-Parlament. Jing\u0127ad li l-kwistjoni \u0121iet indirizzata mill-kumitat ta&#8217; esperti ma\u0127tura mill-gvern i\u017cda l-<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/broken-promises-on-press-freedom-reforms\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Prim Ministru Robert Abela baqa&#8217; jinjora l-impenn li kien g\u0127amel biex ixandar ir-rakkomandazzjonijiet li sarulu.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">25.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Flus tal-poplu minfuqin f&#8217;reklami g\u0127andhom jitqassmu b&#8217;\u0121ustizzja u ming\u0127ajr diskriminazzjoni.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 23.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">26.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Li\u0121i li tirregola l-professjoni tal-\u0120urnali\u017cmu.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\">Ara paragrafu 23.<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">27.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>L-Istat g\u0127andu jg\u0127arbel il-qag\u0127da tal-\u0121urnali\u017cmu u l-e\u017cer\u010bizzju tad-dritt fundamentali tal-libert\u00e0 tal-kelma&#8230; Dan l-e\u017cer\u010bizzju g\u0127andu jsir minn kumitat ta&#8217; esperti mag\u0127mul minn persuni akkademi\u010bi, esperti fil-li\u0121ijiet dwar ix-xandir, \u0121urnalisti u sidien ta&#8217; \u0121urnali &#8230; ta\u0127t l-awspi\u010bi tal-E\u010b\u010bellenza Tieg\u0127u il-President ta&#8217; Malta anki b\u0127ala estensjoni tal-pro\u0121ett tal-Presidenza g\u0127ar-riforma Kostituzzjonali u sabiex ji\u0121u garantiti l-governanza tajba u s-saltna tad-dritt.<\/em><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110560\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/yellow.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/government-announces-committee-of-experts-to-analyse-journalism-in-malta\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Seba&#8217; xhur ilu n\u0127oloq kumitat ta&#8217; esperti ftit wara l-konklu\u017cjoni tal-inkjesta. <\/a>Il-Prim Ministru R<a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/2022\/07\/broken-promises-on-press-freedom-reforms\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">obert Abela baqa&#8217; jinjora l-impenn li kien g\u0127amel li jxandar ir-rakkomandazzjonijiet<\/a>. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/whatever-happened-to-manuel-delia.956335\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">\u00a0Il-\u201cpro\u0121ett Presidenzjali dwar riforma Kostituzzjonali\u201d jidher li miet fuq ommu.<\/a><\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">28.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>L-Istat &#8230; g\u0127andu jirrikonoxxi formalment u pubblikament in-nuqqasijiet serji tal-amministrazzjoni pubblika b&#8217;rabta mal-assassinju tal-\u0121urnalista Daphne Caruana Galizia. <\/em><em>\u00a0<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-110558\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/07\/red.png\" alt=\"\" width=\"50\" height=\"50\" \/><\/td>\n<td width=\"44%\"><a href=\"https:\/\/www.maltatoday.com.mt\/news\/national\/112024\/president_george_vella_visits_bidnija_site_where_daphne_caruana_galiza_was_killed#.YuEIfi8RpQI\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Wara li xxandar ir-rapport tal-inkjesta, il-President ta&#8217; Malta ta qima lil Daphne Caruana Galizia permezz ta&#8217; \u017cjara qasira fil-post fejn se\u0127\u0127 l-assassinju<\/a>. <a href=\"https:\/\/timesofmalta.com\/articles\/view\/prime-minister-meets-caruana-galizia-family.891454\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">Il-Prim Ministru Robert Abela kellu laqg\u0127a privata mal-membri tal-familja ta&#8217; Daphne.<\/a> Sal-lum g\u0127adu ma sar ebda rikonoxximent mill-amministrazzjoni pubblika dwar xi nuqqasijiet fl-amministrazzjoni pubblika u l-gvern ipprova jagti l-impressjoni li m&#8217;a\u010b\u010betta ebda responsabbilt\u00e0 g\u0127an-nuqqasijiet.\u00a0 Dan l-a\u0127\u0127ar <a href=\"https:\/\/newsbook.com.mt\/en\/greylisting-not-labours-fault-cressida-galea\/\" target=\"_blank\" rel=\"noopener\">id-Deputat Laburista Cressida Galea stqarret li ma kienx tort tal-gvern li Malta tqieg\u0127det fil-lista l-gri\u017ca mill-FATF.\u00a0<\/a><\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<tr>\n<td width=\"6%\">29.<\/td>\n<td width=\"35%\"><em>Il-Gvern g\u0127andu jie\u0127u passi biex ji\u0121i \u017cgurat li l-Istat jirrikon\u010bilja mal-familja tal-\u0121urnalista assassinata.<\/em><\/td>\n<td width=\"13%\"><\/td>\n<td width=\"44%\">Il-membri tal-familja ta&#8217; Daphne biss jistg\u0127u ji\u0121\u0121udikaw jekk din ir-rakkomandazzjoni twettqitx jew le. Huwa l-Istat li g\u0127andu jassigura li ssir \u0121ustizzja ma&#8217; kull minn kellu x&#8217;jaqsam mal-kumplott li wassal g\u0127all-qtil ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. S&#8217;issa l-uniku bniedem li \u0121ie kundannat g\u0127at-twettiq tad-delitt ing\u0127ata sentenza ta&#8217; \u0127abs imnaqqsa wara li ddikjara ru\u0127u \u0127ati. Il-ka\u017c g\u0127adu miftu\u0127 bera\u0127 u l-\u0121ustizzja g\u0127adha ma saritx.<\/p>\n<p>&nbsp;<\/td>\n<\/tr>\n<\/tbody>\n<\/table>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan li \u0121ej huwa sunt tar-rakkomandazzjonijiet li segwew il-konklu\u017cjonijiet tal-inkjesta dwar l-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia li xxandru sena ilu. Il-kolonna tax-xellug tikkwota estratti tar-rakkomandazzjonijiet im\u0127ejjija u mxandrin bl-Ingli\u017c mid-Daphne Caruana Galizia Foundation. Fin-nofs jidher is-simbolu &#8220;traffic light&#8221; li jindika l-istat tat-twettiq ta&#8217; kull proposta: il-kulur a\u0127dar ifisser li l-proposta twettqet, il-kulur isfar ifisser li [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":110504,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110508\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=110508"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110508\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":110569,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110508\/revisions\/110569\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/110504\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=110508"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=110508"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=110508"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}