{"id":110734,"date":"2022-08-08T06:33:41","date_gmt":"2022-08-08T04:33:41","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=110734"},"modified":"2022-08-08T16:50:21","modified_gmt":"2022-08-08T14:50:21","slug":"ghala-lil-joseph-qed-ittih-rasu-1-jekk-jeghreq-wiehed","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/08\/ghala-lil-joseph-qed-ittih-rasu-1-jekk-jeghreq-wiehed\/","title":{"rendered":"G\u0127ala lil Joseph qed tag\u0127tih rasu (1): Jekk jeg\u0127req wie\u0127ed&#8230;&#8230;."},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Joseph Muscat kien ilu li beda jispara l-kanuni. Ftit xhur ilu, il-Pulizija kienu g\u0127amlu tfittxija f&#8217;daru fuq ordni ta&#8217; Ma\u0121istrat u dan wara li \u0121urnal lokali kixef sensiela ta&#8217; \u0127lasijiet suspettu\u017ci li hu kien ir\u010bieva ming\u0127and dawk li ng\u0127atawlhom f&#8217;idejhom tliet sptarijiet tal-poplu, liema ka\u017c kien \u0121ie investigat mill-istess Pulizija. Muscat jaf li x&#8217;aktarx wasal i\u017c-\u017cmien li jsiru l-kontijiet mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fl-istituzzjonijiet tal-pajji\u017c u madwarhom, g\u0127ad g\u0127andu l-\u0127bieb. Ix-xibka li kien nise\u0121 fuq medda ta&#8217; 7 snin g\u0127adha b&#8217;sa\u0127\u0127itha u g\u0127andha l-\u0127ila li tipprote\u0121i lilu u lill-impunit\u00e0 li g\u0127adu jgawdi. Dawn mhux biss huma leali lejh &#8211; huma wkoll impenjati favurih g\u0127aliex, fir-rwoli li kienu tqieg\u0127du fihom, gawdew mieg\u0127u.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Huma g\u0127andhom b\u017connu daqskemm hu g\u0127andu b\u017connhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jidher \u010bar li kull darba li xi \u0127add minn tal-qalba ta&#8217; madwaru jduq l-inkwiet, Joseph Muscat jibda jirtog\u0127od. Ir-reazzjoni tieg\u0127u g\u0127all-fatt li ser jittella&#8217; l-qorti Frederick Azzopardi, li ji\u0121i r-ra\u0121el ta&#8217; ku\u0121intu u li huwa wie\u0127ed minn ta&#8217; \u0121ewwa, kixfet it-t\u0127assib serju li g\u0127andu.<\/p>\n<blockquote class=\"twitter-tweet\">\n<p dir=\"ltr\" lang=\"en\"><em>Forsi <a href=\"https:\/\/twitter.com\/LovinMalta?ref_src=twsrc%5Etfw\">@LovinMalta<\/a> g\u0127andha ti\u010b\u010bara li l-kitba ta&#8217; Joseph Muscat fil-Facebook fis-sens \u201chuwa d-difensur ta\u010b-\u010bittadini kontra l-istituzzjonijiet imqarbin\u201d g\u0127andha tinftiehem fid-dawl tal-fatt li Frederick Azzopardi ji\u0121i r-ra\u0121el tal-ku\u0121ina ta&#8217; Muscat\u2026<a href=\"https:\/\/t.co\/Z0TyQPvBu1\">https:\/\/t.co\/Z0TyQPvBu1<\/a> <a href=\"https:\/\/t.co\/5Nm1sLzWea\">pic.twitter.com\/5Nm1sLzWea<\/a><\/em><\/p>\n<p>\u2014 BugM (@bugdavem) <a href=\"https:\/\/twitter.com\/bugdavem\/status\/1556221730854772736?ref_src=twsrc%5Etfw\">7 ta&#8217; Awwissu 2022<\/a><\/p><\/blockquote>\n<p><script async src=\"https:\/\/platform.twitter.com\/widgets.js\" charset=\"utf-8\"><\/script><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Frederick Azzopardi mhuwiex ser ji\u0121i mixli b&#8217;korruzzjoni jew tix\u0127im. Ser ji\u0121i mixli talli g\u0127amel l-arja u li sfida l-li\u0121ijiet u lill-awtorit\u00e0 pubblika ma\u0127tura biex tinfurzahom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fl-2019, b\u0127ala kap tat-taqsima tal-bini tat-toroq, kien ordna lill-\u0127addiema sabiex jinjoraw l-ordnijiet tal-uffi\u010bjali tal-a\u0121enzija tal-t\u0127aris tal-ambjent li kienu ordnaw il-waqfien tax-xog\u0127ol ta&#8217; twessieg\u0127 ta&#8217; triq f&#8217;wied protett.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dak i\u017c-\u017cmien, Frederick Azzopardi kien idde\u010bieda li fil-pajji\u017c m&#8217;hawn ebda awtorit\u00e0 li tista&#8217; g\u0127alih u li xog\u0127lu hu aktar importanti mix-xog\u0127ol li jwettqu l-\u0127addiema li j\u0127arsu l-ambjent. Tg\u0127id kien Joseph Muscat li ordna lil Frederick Azzopardi biex jinjora lill-a\u0121enzija g\u0127at-t\u0127aris tal-ambjent u biex jissokta bix-xog\u0127ol u jag\u0127mel li jrid? Min jaf?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din il-kwistjoni hija riflessjoni ta\u017c-\u017cmien li fih Joseph Muscat dam fis-setg\u0127a. Kien \u017cmien it-tirannija tal-\u0127akma personali. Kien \u017cmien li fih Joseph Muscat g\u0127adda romblu minn fuq is-saltna tad-dritt, iddetta r-rieda tieg\u0127u u \u0121\u0121ustifika l-illegalitajiet bil-\u0121udizzji tieg\u0127u dwar dak li kien pubblikament me\u0127tie\u0121. Hu u jiddefendi lil Frederick Azzopardi, hekk g\u0127amel ilbiera\u0127. Qed jg\u0127idu li t-twessieg\u0127 tat-triq kien ta&#8217; natura ur\u0121enti u li g\u0127aldaqstant dak li jipprovdu l-li\u0121ijiet dwar il-protezzjoni tal-widien u tas-si\u0121ar ma kienx importanti. Li jg\u0127odd kien dak li ordnaw Joseph Muscat (u Frederick Azzopardi).<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Ilbiera\u0127 Joseph Muscat \u0127adha qatta bla \u0127abel kontra &#8220;l-istituzzjonijiet&#8221; li kellhom il-\u0127ila li jie\u0127du azzjoni kontra l-illegalitajiet li kienu se\u0127\u0127ew f&#8217;ismu. F&#8217;dan il-ka\u017c m&#8217;hemmx dubju li kien qed jirreferi g\u0127all-a\u0121enzija tat-t\u0127aris tal-ambjent li rrappurtat il-ka\u017c u g\u0127all-Puliizja li investigawh. Kliemu kienu ukoll twissija indiretta lill-uffi\u010b\u010bju tal-prosekutur u lill-ma\u0121istrat li ser jisma&#8217; l-ka\u017c.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Skont Joseph Muscat, dawn mhuma xejn \u0127lief \u0121wejjef g\u0127aliex jinsabu mwerwrin minn &#8220;dawk l-erba&#8217; tas-soltu&#8221; li ta&#8217; sikwit jag\u0127mlu pressjoni fuq l-istituzzjonijiet sabiex jittie\u0127du passi kontrih u kontra dawk ta&#8217; madwaru. Skont Muscat dawn l-istituzzjonijiet m&#8217;g\u0127andhomx imissu lilu u lil dawk ta&#8217; madwaru u g\u0127andhom joqog\u0127du b&#8217;idejhom fuq \u017caqqhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127al Joseph Muscat dawn l-uffi\u010bjali u a\u0121enti pubbli\u010bi qed i\u010bedu g\u0127all-pressjoni u qed jippersegwitaw lil Frederick Azzopardi biex b&#8217;hekk jg\u0127adduha lixxa huma.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">G\u0127aldaqstant, skont Joseph Muscat, issa jmiss lilu li jintimidahom. Qalilna li g\u0127ad g\u0127andu l-eluf isegwuh u li lil dawn jinsab lest li jsej\u0127ilhom biex b&#8217;hekk lill-istituzzjonijiet u lill-uffi\u010bjali tag\u0127hom jurihom xi jsarraf.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk xejn, permezz tal-kitba tieg\u0127u, Joseph Muscat qed juri d-disprezz li g\u0127andu g\u0127as-saltna tad-dritt. Skontu, min jifla\u0127 l-aktar g\u0127andu j\u0127awwel. Meta jallega li l-istituzzjonijiet qed ji\u0121u intimidati, juri li m&#8217;g\u0127andu ebda apprezzament g\u0127all-valur tad-demokrazija.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fuq kollox qed juri wkoll li jinsab imwerwer. Frederick Azzopardi m&#8217;g\u0127adux ja\u0127dem mal-gvern. Qed ja\u0127dem fis-settur privat u \u010bertament m&#8217;g\u0127andu ebda aptit g\u0127all-ftu\u0127 ta&#8217; pro\u010beduri kriminali kontrih dwar l-im\u0121iba tieg\u0127u. I\u017cda l-inkwiet ta&#8217; Joseph Muscat m&#8217;g\u0127andu x&#8217;jaqsam xejn mal-inkonvenjent li ser ikollu j\u0121arrab Frederick Azzopardi.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Frederick Azzopardi hu wie\u0127ed minn tal-qalba li jaf bil-qo\u0127ob kollha. Kien hu li qassam il-miljuni g\u0127all-pro\u0121etti finanzjati mill-Unjoni Ewropea. U tal-Unjoni Ewropea jinsabu mxenqin biex jaraw li dawn il-miljuni ntefqu fejn kellhom jintefqu, ming\u0127ajr tix\u0127im.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;g\u0127andniex xi ng\u0127idu, Joseph Muscat g\u0127andu ra\u0121un meta jsostni li l-fatt li ser ji\u0121i mixli Frederick Azzopardi ma jfissirx li l-istituzzjonijiet tag\u0127na qed ikunu effettivi bi\u017c\u017cejjed biex iqarrbu l-bo\u010b\u010ba lejn il-likk. Dan nafuh di\u0121\u00e0 g\u0127aliex hemm \u010berti istituzzjonijiet li qed jippruvaw jikkuntentaw lil kul\u0127add u, fl-istess waqt, qed jag\u0127\u017cqu fl-ilma.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">X&#8217;ji\u0121ri jekk il-prosekuzzjoni f&#8217;dan il-ka\u017c jirnexxilha tipprova l-ka\u017c tag\u0127ha u jkun hemm kundanna? Kundanna b\u0127al din ma tasalx biss biex turi l-arroganza u l-im\u0121iba illegali ta&#8217; uffi\u010bjal tal-gvern li g\u0127adda romblu fuq is-saltna tad-dritt.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Tasal biex turi wkoll li Joseph Muscat m&#8217;g\u0127adx g\u0127andu l-\u0127ila li jiggarantixxi l-impunit\u00e0 g\u0127al s\u0127abu u g\u0127all-kompli\u010bi tieg\u0127u, kemm dawk tal-lum kif ukoll dawk tal-img\u0127oddi. Tasal biex turi li Joseph Muscat mhuwiex infallibbli u sservi ta&#8217; twissija lill-ba\u017cu\u017cli tieg\u0127u, li jafu bil-qo\u0127ob tieg\u0127u, li ser ikollhom ifittxu \u0127ajt ta&#8217; kenn ie\u0127or biex isalvaw il-\u0121ilda tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U g\u0127aldaqstant il-kwistjoni ma tibqax dwar it-twettiq tal-li\u0121ijiet ambjentali anki fil-konfront tal-a\u0121enziji tal-gvern li jwessg\u0127u t-toroq. Issir wa\u0127da dwar id-delitti kriminali li wettqu dawk li jkunu tkaxkru lejn l-i\u017cbarra tal-qorti.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Din hi r-ra\u0121uni g\u0127ala Joseph Muscat qed ittih rasu.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Joseph Muscat kien ilu li beda jispara l-kanuni. Ftit xhur ilu, il-Pulizija kienu g\u0127amlu tfittxija f&#8217;daru fuq ordni ta&#8217; Ma\u0121istrat u dan wara li \u0121urnal lokali kixef sensiela ta&#8217; \u0127lasijiet suspettu\u017ci li hu kien ir\u010bieva ming\u0127and dawk li ng\u0127atawlhom f&#8217;idejhom tliet sptarijiet tal-poplu, liema ka\u017c kien \u0121ie investigat mill-istess Pulizija. Muscat jaf li x&#8217;aktarx wasal [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":110706,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110734\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=110734"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110734\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":110764,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/110734\/revisions\/110764\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/110706\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=110734"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=110734"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=110734"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}