{"id":111994,"date":"2022-10-11T12:24:59","date_gmt":"2022-10-11T10:24:59","guid":{"rendered":"https:\/\/manueldelia.com\/?p=111994"},"modified":"2022-10-16T09:29:05","modified_gmt":"2022-10-16T07:29:05","slug":"lill-faxxisti-jehtieg-li-nibqghu-niqfulhom","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/2022\/10\/lill-faxxisti-jehtieg-li-nibqghu-niqfulhom\/","title":{"rendered":"Lill-Faxxisti je\u0127tie\u0121 li nibqg\u0127u niqfulhom"},"content":{"rendered":"<p style=\"font-weight: 400;\">Il-portavu\u010bi tal-Prim Ministru Robert Abela &#8211; Karl Stagno Navarra &#8211; \u0127a g\u0127alih talli l-president ta&#8217; Repubblika Robert Aquilina stqarr li tnikket meta sema&#8217; li l-Partit Laburista ser isejja\u0127 laqg\u0127a g\u0127all-partitarji tieg\u0127u fis-16 ta&#8217; Ottubru, jum li ja\u0127bat il-\u0127ames anniversarju mill-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n<div style=\"width: 640px;\" class=\"wp-video\"><!--[if lt IE 9]><script>document.createElement('video');<\/script><![endif]-->\n<video class=\"wp-video-shortcode\" id=\"video-111994-1\" width=\"640\" height=\"304\" preload=\"metadata\" controls=\"controls\"><source type=\"video\/mp4\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/WhatsApp-Video-2022-10-11-at-8.01.10-AM.mp4?_=1\" \/><a href=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/WhatsApp-Video-2022-10-11-at-8.01.10-AM.mp4\">https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/WhatsApp-Video-2022-10-11-at-8.01.10-AM.mp4<\/a><\/video><\/div>\n<p style=\"font-weight: 400;\">L-istqarrija ta&#8217; Robert Aquilina, Karl Stagno Navarra fehemha b\u0127ala twissija lil Bernard Grech biex il-PN ma jsejja\u0127x laqg\u0127at g\u0127an-nies tieg\u0127u dakinhar.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Lo\u0121ika ta&#8217; ta\u0127t fuq.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">M&#8217;hemmx dubju li jnikkitna kull min f&#8217;pajji\u017cna jinjora l-anniversarju tal-assassinju ta&#8217; \u0121urnalista. Kif qatt jista&#8217; jkun differenti n-niket tag\u0127na kemm-il darba l-Partit Nazzjonalista jidde\u010biedi li j\u0121ib ru\u0127u b\u0127alma ser i\u0121ib ru\u0127u l-Partit Laburista?<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawk li jattendu g\u0127all-attivitajiet li jfakkru lil Daphne Caruana Galizia u lill-assassinju tag\u0127ha qalg\u0127u kundanna ming\u0127and Karl Stagno Navarra. Dan beda jsemmi l-ismijiet ta&#8217; persuni privati bil-g\u0127an li jaqlag\u0127lhom l-inkwiet fuq il-lant tax-xog\u0127ol u sabiex jikkastigahom talli ja\u017c\u017cardaw juru fehmithom li \u0121urnalista m&#8217;g\u0127andha qatt tinqatel anke jekk tag\u0127\u017cel li tikkritika lill-Partit Laburista. Tahom fastidju fil-pubbliku apposta biex i\u0127ajjar lil \u0127addie\u0127or jag\u0127mel l-istess.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dawn ma jifil\u0127ux jisimg\u0127u b&#8217;dawk li fil-bera\u0127 ikunu jridu juru s-sog\u0127ba tag\u0127hom g\u0127all-qtil ta&#8217; \u0121urnalista.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Fil-\u0127in li qed inqatta&#8217; f&#8217;Bieb il-Belt, ma&#8217; wi\u010b\u010bi sibt persuni mimlijin rabja li b\u0127al donnu j\u0127ossuhom qed jifgg\u0127u f&#8217;demmhom hekk kif jisimg\u0127u jitlissen isem Daphne Caruana Galizia. Ilbiera\u0127 jien u miexi fi Triq ir-Repubblika bil-mobile ma&#8217; widnejja, smajt ra\u0121el igorr hekk kif lema\u0127 ir-ritratt kbir ta&#8217; Daphne li armajna barra l-bini tal-Parlament.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><img class=\"aligncenter size-full wp-image-111989\" src=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n.jpg\" alt=\"\" width=\"768\" height=\"1024\" srcset=\"https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n-200x267.jpg 200w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n-225x300.jpg 225w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n-400x533.jpg 400w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n-600x800.jpg 600w, https:\/\/manueldelia.com\/wp-content\/uploads\/2022\/10\/310954400_5661944483828378_2443027120856245388_n.jpg 768w\" sizes=\"(max-width: 768px) 100vw, 768px\" \/><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u201c<em>X&#8217;wi\u010b\u010b irid ikollhom?<\/em>\u201d staqsa dan l-imbierek. \u201c<em>Lil din il-mara li riedet lit-tfal tal-Laburisti jmutu bil-kan\u010ber kif qed jag\u0127mluha b\u0127allikieku kienet xi qaddisa?\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Minflok injorajtu, \u017cbaljajt u we\u0121ibtu:<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">\u201c<em>Qatt smajtha tg\u0127id dawn il-kliem? Jew forsi dawn il-kliem qatt rajthom miktubin xi mkien?<\/em>\u201d<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Hekk kif temmejt l-a\u0127\u0127ar mistoqsija, tfa\u010b\u010baw xi r\u0121iel o\u0127rajn madwar dan ir-ra\u0121el u, flimkien mieg\u0127u, qabdu jg\u0127ajtu u jgorru a\u0127na u mexjin flimkien tul Triq ir-Repubblika.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Dalg\u0127odu minn nofs il-pjazza ta&#8217; quddiem Bieb il-Belt sejja\u0127li gwida tat-turisti. <em>\u201cLi kieku kienet g\u0127adha \u0127ajja&#8221;<\/em> stqarr b&#8217;le\u0127en g\u0127oli, \u201c<em>kont noqtolha b&#8217;idejja jien stess\u201d.<\/em><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">We\u0121ibtu: \u201c<em>U g\u0127aliex qed tg\u0127id dan?&#8221;<\/em> Kompla jg\u0127ajjat u, wara \u0127afna diskors, ammetta li &#8211; anki kieku dak li Daphne kienet tikteb dwar kien minnu &#8211; il-piena tal-mewt xorta kienet wa\u0127da tkun wa\u0127da sproporzjonata. Madankollu ma rtira xejn minn dak li kien g\u0127adu kemm stqarr.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Aktar tard, intba\u0127t li xi \u0127add kien g\u0127amel \u0127sara b&#8217;sikkina jew b&#8217;xifer li jaqta&#8217; lir-ritratt kbir ta&#8217; Daphne li armajna quddiem il-bini tal-Parlament. Il-\u0127sara saret fuq ir-ritratt fejn jidher fomm Daphne. Sal-lum baqg\u0127u ma ja\u0127mlux il-memorja ta&#8217; kitbietha u sal-lum g\u0127adhom iridu jsoddulha \u0127alqha. U lesti li ju\u017caw il-vjolenza u l-armi\u00a0 biex isikktuha.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Wara \u0127ames snin, qed infakkru lil Daphne g\u0127aliex dawn il-kummiedji g\u0127adhom ise\u0127\u0127u sal-lum. G\u0127aliex g\u0127ad hemm Karl Stagno Navarra li, bi kliemu minn fuq l-istazzjon televi\u017civ tal-Labour, qed jog\u0127xa jxewwex u jhedded lil kull min g\u0127andu fehma li ma taqbilx ma&#8217; dik tal-img\u0127allem tieg\u0127u Robert Abela.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Il-libert\u00e0 tal-kelma baqg\u0127et ti\u0121i mhedda sal-lum, l-istess b\u0127alma kienet mhedda dakinhar li nqatlet Daphne. Sa\u0127ansitra anki fomm \u0121urnalista assassinata ta fastidju lill-fanati\u010bi li jappo\u0121\u0121jaw lill-gvern u li ji\u0121\u0121ustifikaw il-vjolenza biex jassiguraw li l-a\u0127\u0127ar kelma dejjem tkun tag\u0127hom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Mhux kul\u0127add g\u0127andu l-istonku li, f&#8217;nofs Triq ir-Repubblika, joqg\u0127od jisma&#8217; l-il\u0127na rrabjati ta&#8217; dawk li jemmnu b&#8217;serjet\u00e0 kbira li int qed titkellem f&#8217;isem sa\u0127\u0127ara li kienet xtaqet lit-tfal tal-Laburisti jmutu bil-kan\u010ber. Ma nafx kemm g\u0127andi stonku jien stess.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">U peress li l-gvern jidher li huwa lest li jpattiha lil kull min jidher li f&#8217;xi attivit\u00e0 li tfakkar lil Daphne, nifhem li hemm min jag\u0127\u017cel li jibqa&#8217; lura.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">F&#8217;wie\u0127ed mill-artikli tag\u0127ha, Daphne kienet kitbet dan li \u0121ej:<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\"><em>\u201cMalta: the place where bad things happen because those who can stop them are either completely useless or too busy protecting their own interests, making hay while the sun shines or saving their neck while watching others go under the guillotine.\u201d<\/em><\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Jekk ma tridx li f&#8217;dan pajji\u017cna nkomplu ni\u017clin &#8216;l isfel, lill-faxxisti li qed jippruvaw isikktuna u jirrumblaw minn fuqna je\u0127tie\u0121 li niqfulhom.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">Nhar il-\u0126add li \u0121ej ing\u0127aqad mag\u0127na.<\/p>\n<p style=\"font-weight: 400;\">T\u0127allihomx ja\u0127sbu li b&#8217;xi mod jistg\u0127u isikktuk u jirrumblaw minn fuqek.<\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-portavu\u010bi tal-Prim Ministru Robert Abela &#8211; Karl Stagno Navarra &#8211; \u0127a g\u0127alih talli l-president ta&#8217; Repubblika Robert Aquilina stqarr li tnikket meta sema&#8217; li l-Partit Laburista ser isejja\u0127 laqg\u0127a g\u0127all-partitarji tieg\u0127u fis-16 ta&#8217; Ottubru, jum li ja\u0127bat il-\u0127ames anniversarju mill-assassinju ta&#8217; Daphne Caruana Galizia. L-istqarrija ta&#8217; Robert Aquilina, Karl Stagno Navarra fehemha b\u0127ala twissija lil [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":111990,"comment_status":"open","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":[],"categories":[54],"tags":[],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/111994\/"}],"collection":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/"}],"about":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post\/"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1\/"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments\/?post=111994"}],"version-history":[{"count":5,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/111994\/revisions\/"}],"predecessor-version":[{"id":112078,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/111994\/revisions\/112078\/"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/111990\/"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/?parent=111994"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories\/?post=111994"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/manueldelia.com\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags\/?post=111994"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}